Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar – Tas-Sliema — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Tas-Sliema bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – San Ġiljan — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – San Ġiljan – Paceville — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar Paceville li jinsab fil-konfini tal-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – Il-Gżira – sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Gżira bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – Pembroke – sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Pembroke bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – Is-Swieqi – sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tas-Swieqi bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Reġistru ta’ djar antiki protetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6320 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix reġistru ta’ djar antiki li huma protetti u li ma jistgħux jitwaqqgħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-registru ta’ proprjetà skedata jinżamm mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Xogħol ta’ kostruzzjoni – ħinijiet u ġranet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema ġranet u ħinijiet jista’ jsir xogħol ta' kostruzzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jistgħu jsiru xogħlijiet ta’ kostruzzjoni bejn it-Tnejn u s-Sibt mis-7.00 a.m. sat-8.00 p.m. Bejn is-2.00 p.m. u l-4.00 p.m. iżda ma jistax isir xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ, dan jgħodd ukoll għal perjodu bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru fiż-żoni turistiċi f’kull ħin.

Ħal Tarxien – Skedar ta’ villa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta daħlet it-talba għall-iskedar tal-villa li kienet tal-Perit Dom Mintoff, ġewwa Ħal Tarxien? Min għamel it-talba tal-iskedar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba għall-iskedar tal-proprjetà Nru. 110, The Olives kienet saret minn Dr. Joan Bland Mintoff permezz tà ittra datata l-14 tà Frar 2018.

Lista ta’ proprjetajiet jistennew evalwazzjoni għall-iskedar

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetà li fid-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari qed jistennew li tingħalaq l-evalwazzjoni tagħhom dwar jekk jikkwalifikawx għal skedar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proċess tal-iskedar issir in camera mill-Kunsill Eżekuttiv. Għall-raġunijiet ovvji informazzjoni dwar proprjetajiet li qiegħdin jiġu kkunsidrati għall-iskedar ma tistax tingħata minħabba li din tista’ timmina serjament il-proċess tal-iskedar u l-integrità tal-proprjetà nnifisha.

SportsMalta – permess għal Proposed Regional Park

Question

B'referenza għall-PA/03069/18, jista' l-Ministru jikkonferma li f'dan il-proġett hekk kif intavolat minn SportsMalta li qed jiġi msejjaħ bħala Proposed Regional Park, hemm ukoll propost li jkun hemm track għall-ġiri madwar is-swar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif muri fil-pjanta 1G li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, fl-applikazzjoni bin-numru PA 3069/18 (Proposed Regional Park as specified in Local Plan), il-proġett jipproponi walking track u jogging track min-naħa għall-oħra tas-sit, jiġifieri minn Triq Għajn Dwieli sa taħt is-Sur ta’ San Alwiġi.

Awtorità għall-Ippjanar — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni hemm quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar għal żvilupp ta' agrituriżmu? Jista' jgħid fejn qed jiġu proposti?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6643, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiema tlett (3) applikazzjoni relatati ma’ agrituriżmu. Waħda San Pawl il-Baħar, waħda l-Imġarr (Malta) u waħda Ta’ Kerċem (Għawdex). Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet pendenti li ġew ivvalidati jew ippublikati, li huma indikati fl-istess sistema bħala li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti: · Agrituriżmu · Agroturiżmu · Agri-tourism · Agro-tourism

Skedar ta’ proprjetà — proċess

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li jiġi segwit f'każ li proprjetà tiġi skedata sabiex wieħed jassigura li kwalunkwe strutturi jew affarijiet oħra li huma projbiti li jkunu fi proprjetà skedata, jitneħħew?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull żvilupp li jaffetwa proprjetà skedata għandu bżonn permess tal-iżvilupp. Xi forom ta' żvilupp minuri huwa permessibli li jsir pemezz ta' Development Notification Order.

Mellieħa – sit f’Ta’ Masrija — dokumenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6482 u ċjoè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5123, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mas-sit f'Ta' Masrija fil-Mellieħa (biswit il-bypass tal-Mellieħa) li jitrattaw l-applikazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (BORG, IAN)

Nemmen li din il-Kamra żgur tapprezza l-fatt li din il-mistoqsija parlamentari mressqa titlob ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk hija meqjusa bħala umanament impossibbli li jkun żgurat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Cutajar tinġabar kollha. Infurmat li f’kull applikazzjoni ta’ żvilupp l-ammont ta’ korrispondenza li ssir bejn uffiċjali differenti fl-awtoritajiet konċernati dejjem tkun waħda voluminuża biex ikun żgurat li l-policies kollha jkunu qed jiġu osservati. L-informazzjoni li waslitli hija li dan il-każ ma kienx b’inqas. Nispera biss li bit-talba tiegħu għal korrispondenza kollha li għaddiet bejn l-uffiċjali fiż-żewg awtoritajiet, l-Onor. Cutajar mhux qed jipprova jqajjem dubju fuq il-ħidma siewja li jagħmlu l-mijiet ta’ uffiċjali li jaħdmu fiż-żewġ awtoritajiet konċernati. Nikkoreġi wkoll li l-Onor. Interpellant meta qal li ttieħdet xi art biex issir xi service road u nindirizzah jerġa' jaqra r-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet bin-numri 6016 u 6647.

Mellieħa – żona Ta’ Masrija — dokumenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6483 u ċjoè: B'referenza għaż-żona Ta' Masrija fil-Mellieħa, li tinkludi wkoll is-service road li “ttieħdet” fl-aħħar xhur mill-bypass tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull dokument relatat (inkluż korrispondenza li għaddiet bejn TM u l-MEPA) mal-applikazzjoni PC 42/15, kif ukoll dokumenti relatati mal-applikazzjoni tal-MEPA PA 4811/15?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6645 tal-istess Seduta.

Bypass Mellieħa – service road

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6487 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6016 tat-12 ta' Ġunju, jista’ l-Ministru jgħid, jekk is-service road in kwistjoni kenitx oriġinarjament tifforma parti mill-art li l-istess żviluppatur għandu b'ċens temporanju u għaldaqstant taqa' fil-konfini tal-istess art jew jekk l-Awtorità tal-Artijiet tatx lill-istess żviluppatur parti minn art pubblika oltre l-konfini tal-art tiegħu, u dan sabiex jaqdi l-interessi privati tal-proġett?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art li ġiet żviluppata tifforma parti minn dik l-art deskritta fil-kuntratt tal-akkwist tal-utile dominium temporanium datat 29 ta’ Diċembru 2014, fl-Atti tan-Nutar Sam Abela u li sussegwentament għal dan, wara sejħa għall-offerti, id-dirett dominum temporanium u s-sussegwenti proprjetà ġew akkwistati permezz ta’ kuntratt fl-atti tal-istess Nutar Sam Abela datat 21/10/2016. L-art in kwistjoni tifforma parti minn art akbar oriġinarjament mogħtija b’ċens temporanju għal 150 sena, skont il-kuntratt datat 6 ta’ Ġunju 1933 tan-Nutar Calcedonio Gatt. Kif diġà tennejt f’PQ 6016 din l-art imsemmija (li l-Onor. Interpellant jirreferi għaliha bħala Service Road) li kienet u għadha proprjetà pubblika, filwaqt li għadha suġġett għaċ-ċens temporanju għal 150 sena u qatt ma ġiet mittiefsa.

Għawdex – Ir-Rabat – każ ta’ esproprjazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6578, li tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6452, (fejn f’din it-tweġiba ma twieġbet l-ebda waħda mill-mistoqsijiet li saru fil-mistoqsija parlamentari 6578) jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6578 u ċjoè jgħid: a) Meta ġiet esproprjata l-art in kwistjoni; b) Id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija 6452 minn terzi persuni; c) Jekk mal-kontestazzjoni ta' dawn it-terzi persuni, ippreżentawx dokumenti bħala prova li għandhom xi titolu fuq din l-art; d) Jekk fl-affermattiv, meta ġew ippreżentati dawn id-dokumenti u jekk l-uffiċċju legali tal-Awtorità analizzawx ir-riċerki sottomessi; e) Jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ippreżentawx dokument azzjonijiet bħal testmenti, riċerki u dikjarazzjoni ta' trasferiment causa mortis ; f) Jekk l-Uffiċċju Legali tal-Awtorità analizzawx ir-riċerki miż-żewġ partijiet u g) Jekk fin-negattiv jistax jara li din l-analiżi ssir, kemm jista’ jkun malajr?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li, permezz ta’ dikjarazzjoni tal-President maħruġa fl-14 ta’ Diċembru 1993 permezz tal-avviż nru. 826 fil-Gazzetta tal-Gvern, l-art in kwistjoni kienet meħtieġa għal skop pubbliku, fejn l-akkwist tagħha kellu jkun bl-impożizzjoni tas-servitù li jikkonsisti f’mogħdija tal-kejl ta’ 90mk u 139mk rispettivament. Fil-31 ta’ Jannar 1997, il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzzjoni għamel talba sabiex tiġi esproprijata l-art in kwistjoni sabiex jiġi kkreat aċċess għall-foss taċ-Ċittadella Għawdex. Minn dan isegwi li fit-2 ta’ Mejju 1997, permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ President bl-avviż numru 324 fil-Gazzetta tal-Gvern, l-art ġiet meħtieġa għal skop pubbliku fejn l-akkwist kellu jsir b’xiri assolut. Sussegwentement, l-art inqasmet f’żewġ plots – plot 1 u plot 2, u wara plot 1 reġa’ ġie maqsum fi plot 1A u 1B. Fit-22 ta’ Jannar 1998, l-aħwa Żammit kienu ddikjaraw li plot 1A ma jappartjeniex lilhom. Fil-waqt li rigward plot 1B kien sar il-kuntratt relattiv fis-16 ta’ Ġunju 1999, ippubblikat min-Nutar Vincent Miċeli, fejn l-aħwa Żammit kienu ngħataw l-kumpens skont is-suq ta’ dakinhar kif ukoll l-imgħaxx bir-rata ta’ 5% mid-data tat-teħid jiġifieri mid-29 ta’ April 1989 (u allura qabel ma nħarġet id-dikarazzjoni ta’ servitù), fl-ammont totali ta’ Lm 16, 870 (li minnhom Lm 11,195 kien jirrifletti l-prezz tal-proprjetà u r-rimanenti Lm 5,675 kien jirrifletti l-imgħax). Filwaqt li rigward Plot 2, l-ebda persuna għadha ma ġabet provi konkreti sabiex jiġi ppruvat titolu. Minn analiżi tal-pjanti annessi ma’ diviżjoni ppreżentata mill-aħwa Zammit, l-art immarkata ‘2’ mhix inkluża f’tali diviżjoni.

Transport Malta – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex se timpjega lill-individwu (a) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jekk huwiex se jkun impjegat mal-istess Transport Malta fil-kariga li kellu l-individwu (b) li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent la huwa impjegat tal-Awtorità u ma hemm ebda proċess sabiex jiġi mpjegat.

In-Naxxar – Triq Gaetano Vitale– xogħol ta’ kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6106 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Gaetano Vitale (parti) fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6120 f’Seduta 129.