Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara — Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Infakkar lill-Onor. Membru li kif tħabbar fil-baġit, il-Gvern ivvota għall-2025, is-somma ta’ €14-il miljun, li hi d-doppju ta’ dik ivvutata għas-sena 2024 biex isir outsourcing ta’ bosta operazzjonijiet, inkluż cholecystectomy. B’hekk il-178 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, kif ukoll persuni oħra li jinħtieġu dawn l-operazzjonijiet, il-perjodu ta’ stennija dejjem ikompli jonqos. Inserraħ ras kulħadd, li kull każ urġenti jiġi trattat fl-iqsar żmien possibbli. Nenfasizza li jkun hemm diversi raġunijiet, uħud mediċi għala ikun hemm dan id-dewmien.

Operazzjoni ta’ kirurġija ġenerali — Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni relatata ma’ kirurġija ġenerali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.

Kura tas-saħħa bla ħlas — Persuni minn pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta persuni minn pajjiżi terzi jkunu intitolati għall-kura tas-saħħa bla ħlas? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni minn pajjiżi terzi li għandhom kontijiet pendenti relatati mas-servizzi tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li persuni minn pajjiżi terzi jkunu intitolati għall-kura tas-saħħa bla ħlas wara l-ewwel sena ħlas ta' kontribuzzjonijiet. Infurmat li bejn Jannar 2025 u Mejju 2025, l-ammont ta' 958 persuna wżaw is-servizz tal-Isptar Mater Dei u għadhom ma ħallsux l-ammont dovut fl-intier tiegħu.

Kura tas-saħħa bla ħlas — Persuni minn pajjiżi terzi - Kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn pajjiżi terzi li għandhom kontijiet pendenti relatati mas-servizzi tas-saħħa, li mhumiex koperti minn assikurazzjoni tas-saħħa privata u mhux intitolati għall-kura bla ħlas f’Malta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27320.

Kura tas-saħħa bla ħlas — Persuni minn pajjiżi terzi - Kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn pajjiżi terzi li għandhom kontijiet pendenti relatati mas-servizzi tas-saħħa, li mhumiex koperti b’assikurazzjoni tas-saħħa privata, mhumiex intitolati għas-saħħa bla ħlas u li għandhom kontijiet li jaqgħu fil-kategoriji ta’ bejn: i. €1 - €1,000; ii. €1,001 - €5,000; iii. €5,001 - €10,000; u iv. €10,001 + ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li 796 persuna għandhom jagħtu sa elf ewro; 125 persuna bejn €1,001 u ħamest elef ewro; 23 persuna bejn €5,001 u għaxart elef ewro; u 14 persuna li għandhom iħallsu aktar minn għaxart elef ewro.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Servizz ta’ Silver T — Lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif f’liema lokalitajiet hemm is-servizz tas-Silver T? Lejn liema postijiet jistgħu jitwasslu dawk li jużaw dan is-servizz skont il-lokalità li minnha jingħata s servizz? Jista’ wkoll jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jikkunsidra li jestendi dan is-servizz?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li s-servizz tas-Silver T qed jingħata fuq skala nazzjonali. L-anzjani li jużaw is-servizz jistgħu jmorru l-bank, is-suq lokali, il-klinika, il-kunsill lokali, postijiet ta’ qima, u postijiet oħra fir-reġjun tagħhom. Is-servizz tas-Silver T diġà qed jiġi pprovdut fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.

Donazzjonijiet finanzjarji jew rigali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-donazzjonijiet finanzjarji jew rigali li ngħataw mill-Ministeru tas-Saħħa matul is-sena 2024, inkluż l-ammont ta’ kull donazzjoni u lil min ingħataw (individwi, NGOs jew għaqdiet)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fejn hemm imniżżel ir-rigali uffiċjali li ngħataw matul din is-sena u f’liema okkażjoni. L-ispiża totali kienet tlaħħaq €302.20.

Faċilità San Vinċenz de Paul — Carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-carers kollha li jaħdmu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul humiex qed jitħallsu bl-istess rata fis-siegħa? Jista’ jgħid ukoll jekk ir-rata hijiex differenti għal dawk li kisbu ċ-ċertifikat ta’ carer qabel l-MQF u x’inhuma r-rati li bihom qed jitħallsu l-carers kollha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont il-LN 128/24, il-Health Care Workers illum magħrufa bħala Carer 1 u Carer 2 fil-Faċilità San Vinċenz de Paul se jkunu qed igawdu mill-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema tal-istess kategorija fis-Servizz Pubbliku minn l-1 ta’ Jannar 2025, ċjoè skala rispettiva Step 1 u allowances. Ir-rata ta’ ħlas hija bbażata fuq il-kwalifika li għandhom u se tingħata pro rata skont in-numru ta’ sigħat li jaħdmu. Minn l-1 ta’ Jannar 2026, jew wara li jilħqu “FULL TIME equilvalence” u dawn il-ħaddiema se jibbenefikaw mill-ewwel increment kif ukoll minn żieda tas-sena fis-salarju. Jekk hemm minnhom bi kwalifiċi inferjuri se jiġu upskilled sabiex igawdu mill-istess kundizzjonijiet ta’ paga.

Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti kollha li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu, kif ukoll lid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll it-terminu ta’ kull konsulenza kif ukoll il-valur tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23741.

Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista kollha tad-direct orders li ngħataw fis-sena 2024 u fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll lil min ingħataw dawn id-direct orders u x’kien il-valur ta’ kull wieħed minnhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Djar tal-anzjani — Xiri ta’ sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema djar tal-anzjani sar ftehim ġdid għal xiri ta’ sodod fis-sena 2024 u fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm sodod ġodda nxtraw u b’liema rata nxtraw?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 sar ftehim ġdid ma’ dawn id-djar tal-anzjani: · Villa Anna Teresa · Casa Francesco · Golden Care · St Thomas Community Living · Dar Pinto Sad-data tar-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari, matul is-sena 2025 sar ftehim ġdid ma’ CareMalta, li jinkludi d-djar li ġejjin: · Casa Arkati · Casa San Paolo · Roseville · Villa Messina L-informazzjoni relatata man-numru ta’ sodod li nxtraw u r-rati rispettivi tagħhom ma tistax tingħata, peress li hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Parkeġġ riservat personalizzat — Kundizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28784 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid jekk kundizzjonijiet bħal Multiple Sclerosis u/jew Fibromyalgia humiex meqjusa bħala kundizzjonijiet li jikkawżaw problemi ta’ mobilità li jwasslu biex persuna tista’ tikkwalifika għal parkeġġ riservat personalizzat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28939.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Credit/Debit cards

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23591 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u xi nxtara, item item, b’din il-credit/debit card?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’kollox hemm 3 cards taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva li jinkludi s-Segretarju Permanenti u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva. Il-ħruġ ta’ card jsir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi, skont il-proċedura stabbilita. Inżid ngħid illi kull nefqa ssir skont u fil-parametri stabbiliti ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi. Il-ħlas isir mil-line item rispettiv kif approvati fl-estimi finanzjarji tal-baġit u li koppja tagħhom diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anjzanità Attiva – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Servizz ta’ Awdjoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-tim tal-Awdjoloġija fl-Isptar Mater Dei m’għadux jagħmel aġġustamenti tal-hearing aids fl-Isptar Mater Dei (twaqqaf is-servizz) u minflok qed isir biss fl-Isptar San Vinċenz de Paul?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25503.