Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjan li nħareġ mill-Isptar Mater Dei bil-pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4072, peress li ma ntalbet ebda informazzjoni medika fuq ebda pazjent individwali, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb din id-domanda u jgħid għaliex il-persuna kkonċernata nħarġet mill-Isptar Mater Dei bil-Pulizija u jgħid ukoll għaliex il-familja ma ġewx infurmati b'din id-deċiżjoni li jiġi rrilaxxat u wkoll bid-deċiżjoni li jinħareġ mill-isptar mill-Pulizija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4072.

Dipartiment tas-saħħa — tobba

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn tobba f’Malta u kemm minnhom huma speċjalisti? Jista' jgħid kemm minn dawn it-tobba li huma speċjalisti huma Ġinekoloġi u kemm huma Ostetriċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tobba reġistrati f’Malta hawn 3392 u minnhom 1712 huma speċjalisti. L-ispeċjalità tal-Ostetrija u l-Ġinikoloġija hija Speċjalitá waħda u mhux żewġ speċjalitajiet separati.

Vjaġġi tas-servizz ta' ambulanzi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3566, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi tabella li turi kemm-il vjaġġ sar lejn lokalitajiet differenti (Valletta, Birkirkara, Qormi, Attard, Balzan, Paola, Tarxien etc) minn kull wieħed mis-servizzi indikati (North Region, Central Region, South Region)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3566.

Imtarfa Mental Health Clinic – kura ta’ pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pazjent jiġi kkurat fl-Imtarfa Mental Health Clinic, kemm hemm ħaddiema u f’liema grad jaħdmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Imtarfa Mental Health Clinic jiġu kkurati 1695 pazjenti u ħaddiema hemm skont it-tabella t'hawn taħt: Nurses 1 charge nurse (full time) 2 senior staff nurses (full time) 1 psychiatric nurse (full time) 1 staff nurse (part-time) Carers 1 senior carer (full-time) 1 carer (3 day week) Psychologists 1 Warranted pscyhologist (full time) 1 Psychology practitioner (full time) 1 Psychology Assistant (full time ) Occupational therapists 2 occupational therapists (assigned few hours) 1 Occupational Therapist (16 hours) Social worker 1 social worker (full-time) Doctors One Consultant (twice a week) Once Consultant (Once a week) Two Resident Specialists (3 times a week) Two BST (3 times a week) One doctor in Staff Grade (full time)

Sptar Mater Dei – Pubblikazzjoni tal-activity report

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ġie ppubblikat l-aħħar activity report tal-Isptar Mater Dei u meta se jiġi ppubblikat dak li jmiss?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li activity report tal-Isptar Mater Dei jiġi ppubblikat internament darba fix-xahar.

Ċentri tas-saħħa – testijiet tal-vista tal-għajnejn

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kenux qegħdin isiru testijiet tal-vista fiċ-Ċentri tas-Saħħa f'dawn l-aħħar xahrejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi madwar 200 persuna sarilhom eżami tal-vista fl-aħħar xahrejn.

Mosta – Ċentru tas-Saħħa — ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm xi rinovar strutturali jew żieda ta' ħaddiema fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta sabiex ilaħħaq mad-domanda minħabba l-għeluq taċ-Ċentru tas-Saħħa f'Birkirkara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi staff, inkluż it-tobba full-time, li kienu jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara ġew rilokati temporanjament fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

Mental Health Helpline 1579 — ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ħaddiema li qegħdin jaħdmu fil-Mental Health Helpline 1579 u xi kwalifiki għandhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Twegiba: Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l- helpline tal-1579 huwa kompost minn 10 call handlers li kollha huma ggradwati bil- Bachelor's Degree tal-psikoloġija mil-Universita ta’ Malta. Fosthom hemm Counselling Psychologist , Clinical Psychologist u Systemic Psychotherapist. Bħala parti mit-training estensiv li għamlu bi preparazzjoni għal helpline , ingħataw ukoll taħriġ f’ risk assessment u ġew akkreditati fl-AMSR ( Assessing and Managing Suicidal Risk ) mill Zero Suicide Institute . Ta’ min jgħid li apparti dawn l-għaxar frontliners , hemm sistema sħiħa tas-servizzi tas-saħħa mentali li qegħdin jikkontribwixxu fl-operat tal-helpline, fosthom, psikjatri, tobba u community psychiatric nurses .

Mental Health Helpline 1579 — spiża

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qiegħda tiswa fix-xahar il-Mental Health Helpline 1579?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-professjonisti tal-1579 għandhom rwol kliniku ulterjuri fi ħdan id-Dipartiment tal-Psikoloġija, għaldaqstant ma tistax tiddentifika l-ispiża eżatta ta’ dan is- servizz ta’ 24 siegħa.

Mental Health Helpline 1579

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn fejn qed titħaddem il-Mental Health Helpline 1579?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-helpline jitħaddem mill-isptar Monte Karmeli.

Mental Health Helpline 1579 — klijenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi pathway ta’ kif se jiġu megħjuna l-klijenti li jċemplu fuq il-Mental Health Helpline 1579?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-call handlers tal-Helpline jaħdmu id f’id mal-professjonisti u l- għajnuna li tingħata tkun ibbażata skont il- bżonnijiet u l- urġenza tal-persuna li ċċempel.

Infermiera ta’ nazzjonalità barranija – kuntratt ta’ xogħol fis-Settur Pubbliku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega jekk infermiera ta’ nazzjonalità barranija fil-kuntratt tagħhom għandhomx stipulat żmien li huma marbutin bih li jaħdmu fis-Settur Pubbliku ta’ Malta wara li jaslu f’pajjiżna u jingħataw xogħol u taħriġ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nurses barranin ingaġġati mal-Ministeru għas-Saħħa ma ġewx ingaġġati fuq kuntratt definit, izda b’appointment indefinit, bl-istess kundizzjonijiet ta’ xoghol tan-nurses Maltin, inkluż perjodu ta’ notice skont il-ligi.

Sptar Mater Dei – Skrivani — sahra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk twaqqfitx l-opzjoni li jaħdmu overtime ‘clerks’ fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-uffiċjali pubbliċi fi grad ta’ Clerks f’Mater Dei għadom jistaw jaħdmu overtime, dejjem fejn ikun hemm bżonn u b’ġustifikazzjoni.

Mediċina Concerta out of stock

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Concerta hijiex out of stock? Jekk iva, jista' jgħid meta se terġa' tkun disponibbli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- mediċina Concerta mhix out of stock .

Pazjenti Għawdxin li jieħdu l-Kimoterapija fis-SAMOC

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti Għawdxin li qed jagħmlu użu mill-Kimoterapija ġewwa Sir Anthony Mamo Oncology Centre? Jista' jikkonferma kemm hemm pazjenti li jagħmlu użu mill-kimoterapija ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Mater Dei hemm 31 pazjent Għawdxi li qed jagħmel użu mill-Kimoterapija ġewwa Sir Anthony Mamo Oncology Centre u 25 pazjent li qed jagħmlu uzu mis-servizz tal-kimoterapija gewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Ministeru għas-Saħħa – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3392, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Air Malta li issa qed jaħdmu fil-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3391.

Ingaġġ ta’ infermiera

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta' kemm ġew ingaġġati infermiera, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm minnhom huma fuq bażi full-time u kemm le?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 3899.

PreTerm births

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm twelid 'preterm', kull sena, sena b'sena bejn l-2015 u llum? Jista' jagħti indikazzjoni dwar x'qed iwassal għal bidla fin-numru minn sena għal oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn taħt mehmuża. It-tabella mehmuża ma turi l-ebda flattwazzjoni statistikament sinifikanti bejn sena u oħra. 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 <28 weeks 24 36 21 30 22 30 16 28-31 weeks 30 35 35 33 30 30 28 32-36 weeks 261 319 306 244 285 256 266

NPICU — servizz

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal li jattendu għal xi servizz fl-NPICU? Kif inbidel in-numru ta' persuni li jattendu għal xi servizz, bejn is-snin 2015 u 2022? Kemm kien, kull sena, in-numru ta' tfal li rċevew servizz f'dan iċ-ċentru? Kemm kien, kull sena, in-numru ta' tfal li kienu qegħdin fuq il-waiting list sabiex jirċievu servizz minn dan iċ-ċentru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-NPICU hija Sala ta’ Kura Intensiva għat-Trabi. Għaldaqstant ma teżistix waiting list għal din is-sala.

San Pawl il-Baħar — Għoti ta' vaċċin tal-Influwenza u ta' kontra l-Covid-19 u l-Omicron

Question

Billi jidher li għal dak li jikkonċerna l-għoti tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u Omicron, kif ukoll il-vaċċin kontra l-influwenza, instabet soluzzjoni għal lokalitajiet li m'għandhomx berġa jew klinika, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jassigura li dawn il-vaċċini jibdew jingħataw f'San Pawl il-Baħar, u fiż-żoni li jaqgħu taħt l-istess lokalità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-iblut u l-irħula fejn hemm Ċentru għas-Saħħa Komunitarju, it-tilqim imsemmi qed jingħata minn dawn iċ-Ċentri. Fejn ma hemmx, it-tilqim qiegħed jingħata mill-binja tal-Kunsill Lokali kif jidher fit-tabella hawn taħt mehmuża. Dan l-arranġament jeskludi tfal taħt it-18-il sena. Dawn iridu jmorru fil-Kliniċi tal-NIS fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, Raħal Ġdid u l-Mosta. Monday 21st Birgu 08.30 - 16.00 hrs Wednesday 23rd Pembroke 08.30 - 17.00hrs Morning 08.00 -11.30 hrs Afternoon 12.30 - 16.00hrs Wednesday 23rd Lija Balzan Thursday 24th Swieqi 08.30 - 16.00hrs Morning 08.00 -11.30 hrs Afternoon 12.30 - 16.00hrs Friday 25th Mgarr Mdina Haz-Zebbug Siggiewi Monday 28th Mqabba Qrendi Isla Xaghjra Tuesday 29th Gharghur Iklin Wednesday 30th Luqa Safi San Pawl l-Baħar Mtarfa Thursday 1st Dec San Gwann San Giljan B’Bugia Msida