Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx strumenti mużikali fit-Teatru Manoel li qegħdin jiġu restawrati jew li għandhom bżonn li jiġu msewwija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi t-Teatru Manoel jagħmel xogħol ta’ restawr fuq il-pjanijiet u l-istrumenti antiki minn żmien għal żmien skond il-bżonn. Infurmat ukoll li t-Teatru ghandu l-intenzjoni illi tlieta mill-pjanijiet principali li jintużaw għall-kunċerti isirilhom xogħol ta’ manutenzjoni matul is-sena li ġejja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm strumenti mużikali li huma għad-dispożizzjoni tat-Teatru Manoel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi t-Teatru Manoel għandu fil-pussess tiegħu erba’ pjanijiet (grand pianos) li jintużaw għall-kunċerti, tmien pjanijiet oġrajn li jintużaw għall-provi, żewġ pjanijiet antiki, tlett harpsichords, żewġ viola da gamba, kuntrabaxx, theobo, żewġ timpani u tlett klarinetti antiki.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Open Air Gym li hemm fil-Bajja ta’ San Tumas f’Wied-il-Għajn huwiex ser jiġi rranġat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-istess Kunsill għadu kemm irnexxielu jikseb fondi minn entita’ pubblika (LESA) u ħareġ sejħa ghall-offerti liema sejha ġiet aġġudikata u fil-jiem li ġejjin ser jibda ix-xoghol fuq il-bdil tal-apparat eżistenti.
Is-Siġġiewi — Area Ta’ Brija - Xogħol infrastrutturali viċin ir-roundabout
Question
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Siġġiwin għaliex bix-xogħol infrastrutturali viċin ir-roundabout ta’ Brija (bejn Triq Blat il-Qamar u Triq it-Tiġrija), il-blind spot issa ġiet agħar, jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minnufih qabel ikun tard wisq?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tieghu lill-Ministeru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid liema Kunsilli Lokali kellhom Ambaxxatur taż-Żgħażagħ fil-Kunsill Lokali tagħhom bid-dritt li jattendi għal-laqgħat tal-Kunsill u jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mis-sena 2020 sal-bidu tal-2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miġbura mill-Kunsilli Lokali li bagħtu l-informazzjoni mitluba lilhom sad-data tat-twegiba ta’ din l-Interpellanza, hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, jinqabeż l-advisory cost.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-'prehistoric burial pit containing human remains and prehistoric (Temple Period) cultural material' li ġiet investigata mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali f'Mejju u f'Ġunju tal-2023 instabitx fi 'Plot 17', is-sit fejn huwa propost l-iżvilupp PA/03174/23 li jinsab fi 'Vacant Site at, N/S off Triq il-Knisja c/w N/S off, Triq George Mcadam, Xagħra'?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-prehistoric burial pit li nstabet m’hix fil-konfini ta’ Plot 17.
Jista' l-Ministru jgħid liemu hu n-numru tal-plot li ġo fih instabet il-'prehistoric burial pit containing human remains and prehistoric (Temple Period) cultural material' li ġiet investigata mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali f'Mejju u f'Ġunju tal-2023? Jista' l-Ministru jindika b'mod ċar fuq pjanta (site plan) fejn bl-eżatt fiż-żona f'Ta' Lablab, fix-Xagħra, Għawdex instabet il-'prehistoric burial pit containing human remains and prehistoric (Temple Period) cultural material' li ġiet investigata mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali f'Mejja u f'Ġunju tal-2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi il-burial pit instab fi plot 16. Intant qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika l-lokazzjoni tal-istess burial pit.
Ix-Xagħra, Għawdex – Applikazzjoni għal żvilupp — Rapport arkeoloġiku
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 15565, 15566 u 15567, jista' l-Ministru jgħid jekk l-għar li nstab jestendix taħt is-sit koprut minn PA/03174/23 li jinsab f'i 'Vacant Site at, N/S off Triq il-Knisja c/w N/S off, Triq George Mcadam, Xagħra'?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tikkonferma li l-għar jinstab taħt Plot 17, kopert b’PA3174/23. Infurmat ukoll li s-Sovrintendenza tixtieq terġa tikkjarifika li waqt il-moniteraġġ ta’ permessi fuq dan is-sit ma nstabux għerien ġodda, iżda ġiet ikkonfermata l-preżenza tal-għar li kien ġie innotat fis-sena 2012 u li dak iż-żmien kien deċiż li dan l-għar ma għandu l-ebda importanza, hekk kif imniżżel fir-risposta marbuta ma‘ PC40/13.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' applikanti fis-sena 2023 għall-Micro Grants? X'kien l-ammont ta' fondi li tqassam lil dawk li bbenefikaw minn din l-iskema? Jista’ jagħti rendikont għal kull wieħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi n-numru totali ta' applikanti fis-sena 2023 għall-Micro Grants kien dak ta’ 37 applikant.
Infurmat ukoll li l-ammont ta' fondi li tqassam lil dawk li bbenefikaw minn din l-iskema kien ta’ €102,455.00.
Intant infurmat li t-tabella t’hawn taht taghti rendikont tal-istess:
Benefiċjarju
Titlu tal-Proġett
Ammont
Alan Ferrante
Learning the Art of Real Life Figures
€ 3,000.00
Andrew John Sciberras
Generation Young
€ 3,000.00
Anna Marie Curmi
An Evening with Arie Antiche
€ 3,000.00
Antoine Mercieca
CD Recording
€ 1,015.00
Antoinette Cefai
Għidli – Music Video
€ 3,000.00
Clayton Gauci
Operation Activate
€ 3,000.00
Damian Spiteri
Music Video
€ 3,000.00
Ethan Attard
Ethan Attard: Debut
€ 2,998.00
Francesca Grech
Developing a New Picture Book for Children
€ 3,000.00
Gianni Selvaggi
CultureCast
€ 2,820.00
Glen Montanaro
Exploring and reinvigorating Maltese music through a collaborative lens
€ 3,000.00
Ivan Grech
Ivan Grech First Solo Album
€ 3,000.00
Jameson Cucciardi
The Writers’ Playroom
€ 2,780.00
John Paul Azzopardi
Liquid Key
€ 2,968.00
Julian Dingli
Julian Dingli
€ 3,000.00
Klinsmann Coleiro
Klinsmann Music Album Project
€ 3,000.00
Kristina Critien
Songwriting Camp
€ 3,000.00
Liam Mizzi Peplow
Recording of SOUL Album
€ 3,000.00
LUCA SELVAGGI
Sounds of Ether – Multi Sensory Music & Sound Journeys of Introspection & deep rest
€ 3,000.00
Matteo Caruana Bond
The Bride
€ 2,975.00
Michael Farrugia
Mouse Trap
€ 2,940.00
Michelle Gruppetta
Mock-up Pitch Bible for Portfolio – ‘Father I am not your strongest soldier’
€ 3,000.00
Mireille Estelle Camilleri
Malta Ħanina
€ 3,000.00
Natalia Rakhmatulina
Going Solo
€ 3,000.00
Owen Leuellen
Album Recording
€ 3,000.00
Patrick Fenech
CAGED SPACES – A photo documentary project
€ 3,000.00
Patryk Cutajar
Setting the Bar
€ 3,000.00
Paul Giordimaina
Recording for Gatt Groove, Album
€ 3,000.00
Rambert Paul Attard
How To Deal With a Breakup R&D
€ 2,190.00
Rowena Zammit
Giulietta – Research & Development
€ 2,985.00
Samuel Ciantar
no.site.studio x 2.3
€ 3,000.00
Sephora Schembri
The art of weaving and printmaking
€ 3,000.00
SHELDON SALIBA
Age of Human
€ 3,000.00
Thomas James Dempsey
Who We Used To Be
€ 2,667.00
Victor Agius
INEARTH, UNEARTH: Archives of Matter and Ritual
€ 3,000.00
Zoe Camilleri
Zowij.Makes
€ 1,117.00
Finalment, infurmat li l-informazzjoni hawn fuq hija kollha disponibbli online fil-link segwenti:
https://artscouncilmalta.gov.mt/pages/funds-opportunities/schemes-2023/micro-grant/
Jista' l-Ministru jispjega kif il-Kunsill tal-Arti qiegħed jimplimenta l-prinċipju Numru 9 (Embrace culture as a pillar of sustainable development in terms of its sustainability and interlinkages with the social, economic and environmental dimensions of well-being) mill-10 prinċipji li jisħaq fuqhom l-istess Kunsill?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hemm diversi inizjattivi u programmi li l-Kunsill Malti għall-Arti qed jimplimenta fejn is-sostenibilità qed tiġi mogħtija prijorità, kemm permezz tal-kontribut li l-arti jista’ jkollha lejn l-i¿vilupp sostenibbli u anke permezz ta’ strutturi ta’ appoġġ lejn is-settur artistiku li jħaddnu l-prinċipji ta’ l- i¿vilupp sostenibbli.
Fosthom hemm:
§ Il-pubblikazzjoni ta’ pakkett ta’ ri¿orsi, bba¿at fuq konsultazzjoni ma gruppi soċjo-demografiċi diversi, dwar kif prattiċi artistiċi mal-komunitajiet jistgħu jħarsu u jikkontribwixxu lejn d-drittijiet kulturali li huma fil-qalba tas-sostenibilità soċjali. B’hekk il-Kunsill qed jiffaċilita b’mod strutturali id-disinn ta’ programmi u inizjattivi kulturali inklussivi, aċċessibbli, miftuħa għal-espressjonijiet kulturali diversi u b’impatti konkreti u b’legat fuq il-komunitajiet rispettivi.
§ Skemi ta’ fondi varji li jħarsu lejn is-sostenibilità bħala element importanti ta’ l-implimentazzjoni ta’ proġetti artistiċi bħall-iskemi ta’ appoġġ tematiċi li jittrattaw id-drittijiet kulturali, skema biex tiffaċilita l-aċċess għal operaturi kulturali li jkunu ser jibbenefikaw minn fondi i¿da jeħtieġu għajnuna oħra minħabba b¿onnijiet fi¿iċi, komunikattivi u intellettawali ta’ aċċess, it-tema ta’ sostenibilità ambjentali u soċjali hi prevalenti ukoll fis-sejħiet pubbliċi għal proposti artistiċi biex jipparteċipaw fi pjattaformi internazzjonali, skemi għal riċerka u innovazzjoni artistika li ssaħħaħ anke s-sostenibilità ekonomika ta’ prattikanti.
§ Il-Kunsill Malta għall-Arti ħadem u għadu qed jaħdem fuq l-i¿vilupp ta’ strateġiji ta’ sostenibilità interni u anke għal msieħba pubbliċi u indipendenti permezz ta’ workshops u konsultazzjonijiet mal-kunsilli tar-reġjuni, mal-organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi u anke ma benefiċjarji li huma appoġġati minn fondi strateġiċi. F’dan l-aspett ta’ sostenibilità jmiss mat-tlett pilastri ta’ l-SDGs iġifieri l-aspett ambjentali, ekonomiku u anke soċjali. E¿empju ċar huwa kif ir-Reġjun Lvant li huwa r-Reġjun tal-Kultura għal din is-sena, ħoloq strateġija ta’ sostenibilità tiegħu grazzi għal dan il-proċess ffaċilitat mill-Kunsill Malti għall-Arti.
§ Il-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed jaħdem ukoll biex joħloq aktar vi¿ibilità fuq il-konnessjonijiet bejn il-benesseri u l-kultura permezz ta’ ingaġġi ma awtoritajiet konċernati kemm mis-settur kulturali u mis-settur tas-saħħa, kif ukoll konverzazzjonijiet ma msieħba indipendenti u NGOs li jaħdmu f’dawn l-oqsma. Il-benesseri huma kruċjali għal kull aġenda li tpoġġi fil-qalba is-sostenibilità.
§ Din is-sena se jkun hemm ukoll t-tnedija tac-Charter for the Status of the Artist li ser jistipula qafas ta prattika ta’ kif is-setturi pubbliċi u privati għandhom jirrikonoxxu x-xogħol ta’ l-artisti u l-parttikanti li b’xi mod jikkontribwixxu għal prodotti u servizzi artistiċi u b’hekk tissaħħaħ aktar il- kontabbiltà. Dan ser jindirizza aspetti li fosthom hemm il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-libertà ta’ l-espressjoni artistika, l-infrastruttura kulturali, l-edukazzjoni artistika u l-aspetti amministrattivi fil-kuntest ta’ rata ogħla mill-medja ta’ xogħolijiet li ma jseħħux fil-ħinijiet konvenzjonali u kuntratti li ma jkunux dejjem jirriflettu sew d-drittijiet ta’ min jaħdem fis-settur. Dan ic-Charter qed jinbena b’mod riċerkat u konsultattiv ma esponenti tas-settur.
§ L-aspett ta’ sostenibilità qiegħed integrat f’kull aspett tax-xogħol tal-Kunsill Malti għall-Arti mill-konsultazzjonijiet varji li jsiru qabel ma jittieħdu deċi¿jonijiet fuq mi¿uri varji sa l-inizjattivi li jkunu iddisinjata biex ikunu soċjalment inklussivi u aċċessibbli. Is-sostenibilità fil-ħidma hi ambitu li dejjem fih spazju għal titjib i¿da l-Kunsill determinat li jibqa jisħaq u jattwa fuqu f’kull aspett ta’ xogħolu għas-snin li ġejjin.
Għawdex — Kunsilli Lokali -Skema ta' fondi SPI/SCI/1/2024
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-14-il Kunsill Lokali tal-gżira Għawdxija ġew esklużi mill-iskema ta' fondi SPI/SCI/1/2024 - Skema dwar Restawr ta' Postijiet/Monumenti Storiċi f'Malta 2024/2025? Jista’ jgħid ukoll għaliex id-Dipartiment għall-Gvern Lokali joħroġ skema li teskludi biss lill-Kunsilli Lokali Għawdxin milli jkunu jistgħu japplikaw għal din l-iskema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-iskema dwar Restawr ta' Postijiet/Monumenti Storiċi f'Malta li ġiet ippubblikata riċentament (Ref- SPI/SCI/1/2024) qiegħda fit-tmien edizzjoni tagħha, u l-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni dejjem baqgħu l-istess.
Infurmat illi din l-iskema ma tinvolvix għotja ta’ fondi kif qed jindika l-Onor Interpellant imma l-proġetti magħżula jitwettqu minn ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni fl-intier tagħhom, u cioe mid-dokumentazzjoni tal-monumenti sar-restawr nnifsu.
Informat li l-Ministeru responsabbli minn Għawdex u mill-Ippjanar se jniedi skema miftuħa għall-Kunsilli Lokali Għawdxin sabiex jibbenefikaw minn fondi biex jintużaw għar-restawr ta’ strutturi jew monumenti t’importanza storika jew artistika. Din l-iskema ser tkun ukoll tkopri fondi li jistgħu jintużaw ukoll biex itejjbu, jsebbħu u jħaddru sqaq(ien) fil-lokalità tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid xi skemi ħareġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali fis-sena 2023 u kemm applikaw Kunsilli għal kull skema u liema kienu dawn il-Kunsilli? Jista' jgħid ukoll liema Kunsilli ngħataw fondi minn kull skema u kemm kien l-ammont ta' fondi li ngħata kull Kunsill Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba qieghda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-allokazzjoni li tiġi allokata fil-baġit annwali għal kull Kunsill Lokali tingħata permezz ta' erba' pagamenti li jiġu mgħoddija lill-Kunsilli Lokali kull tliet xhur? Jista' jikkonferma wkoll li dawn il-pagamenti suppost jgħaddu għand il-Kunsilli Lokali fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' April, fl-1 ta' Lulju u fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena? Jista' jagħti d-dati eżatti meta fis-sena 2023 kull Kunsill ġie mgħoddi l-allokazzjoni tiegħu kull tliet xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-allokazzjoni finanzjarja tkun imqassma f'erba' depożiti fil-kontijiet rispettivi tal-Kunsilli Lokali.
Infurmat li kull pagament ta' mhux aktar minn 25% tal-allokazzjoni ikunu mistennija li jgħaddu sal-aħħar ta' Marzu, ta' Ġunju, ta' Settembru u ta' Diċembru ta' kull sena.
Fl-2023 l-allokazzjoni għaddiet kif ġej:
1st Tranche
30/01/2023
2nd Tranche
05/04/2023
3rd Tranche
21/07/2023
4th Tranche
23/10/2023
Intant infurmat li l-ewwel tranche għas-sena 2024 għaddiet fis-16 ta' Jannar 2024.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali - Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet marbuta mal-Ground Delceppo f’Bormla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħolijiet jinsabu fil-fażijiet finali u hu previst li tali xogħlijiet jkunu lesti fiż-żmien li ġej.
Santa Luċija — Triq Maria De Domenicis - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Maria De Domenicis, f'Santa Luċija, hijiex ser tiġi rranġata fil-parti ċentrali tagħha, billi tinsab fi stat xejn tajjeb?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.