Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13729.
FSWS – Social Workers u Social Welfare Professionals
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11207 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5795, fejn il-Ministru jagħti x’jifhem li l-job descriptions tas-social workers u l-job descriptions tas-social welfare professionals huma l-istess mal-entitatjiet kollha fejn jaħdmu s-social workers u s-social welfare professionals fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm tip wieħed ta’ job description kemm għas-social workers u kemm għas-social welfare professionals fi ħdan l-FSWS? Jekk hemm job descriptions ta’ social workers u social welfare professionals differenti ta’ units differenti, jista’ l-Ministru jqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11208 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9368, fejn intqal li hemm madwar 120 social welfare professional, jista’ l-Ministru jgħid f’liema units tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) jaħdmu s-social welfare professionals? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm social welfare professionals f’kull unit u kemm-il każ hemm assenjat fuqhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11209 u jgħid kemm hemm każi assenjati fuq kull social welfare professional li jaħdem mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm koppji tal-istess sess li rnexxielhom jaddottaw minn mindu legalment dan sar possibbli u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u skont il-pajjiż li addottaw minnu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4587 u 4588, fejn jingħad li bejn l-2019 u Frar tal-2023 kien hemm 13-il adozzjoni ffaċilitati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) u 115-il adozzjoni ffaċilitati mill-aġenziji privati, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ir-rata ta’ konklużjonijiet b’suċċess tal-aġenziji privati hija ħafna aktar għolja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pajjiżi li għaddejjin diskussjonijiet magħhom biex ikunu jistgħu jiġu adottati tfal minnhom, inkluż minn koppji tal-istess sess?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Adozzjonijiet – Tfal li kienu taħt kura alternattiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu taħt kura alternattiva u li ġew adottati minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Konservatorju Vinċenzo Bugeja f'Santa Venera hux ser jagħlaq il-bibien tiegħu fil-futur qarib? Jekk iva, x'ser isir mis-servizzi residenzjali li jospitaw u jassistu adolexxenti vulnerabbli u fejn ser imorru dawn ir-residenti? Jista’ jgħid ukoll xi pjanijiet hemm għal din il-binja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9431 u 12437 jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ulterjuri dwar it-tax deductions fil-pensjoni maħruġa ai termini tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Positions of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ persuni ingaġġati fil-Ministeru tiegħi bħala ‘position of trust’ hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10656 fejn ġie kkonfermat li l-laqgħat tar-review board għat-tfal għadhom isiru onlajn, issa li l-pandemija għaddiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex qed tiġi kkunsidrata li l-laqgħat isiru wiċċ imb wiċċ? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed jiġi assigurat li l-vuċi tal-ġenituri, li wħud minnhom huma persuni vulnerabbli, wkoll qed tinstema' tajjeb permezz ta’ dan il-metodu onlajn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sistema użata għal laqgħat tar-review board hija mhux biss primarjament aktar effiċjenti, iżda huma l-ġenituri stess li huma aktar komdi jikkomunikaw online, hekk kif din is-sistema qed tiffaċilita li l-ġenituri jistgħu wkoll jitkellmu mal-bord, mill-uffiċċju tal-Avukat tagħhom.
Tajjeb li nsemmi wkoll li min ma għandux avukat jiġi offrut assitenza legali u min ma jridx avukat u għandu diffikultà li jingħaqad online, jiġi assistit mill-ħaddiema soċjali tiegħu/tagħha.
Inżid li l-online sessions qed jiffaċilitaw li l-ġenituri jingħaqdu għas-seduti tal-bord, meta dawn ma jkunux jistgħu jattendu fiżikament, bħal meta jkunu msifrin barra minn Malta, jew f’każi li jkollok wieħed mill-ġenituri l-ħabs. Dawn is-sessions online qed jiffaċilitaw ukoll il-ħidma tal-avukati tal-ġenituri, hekk kif l-Avukati qed jiffrankaw li skariġġ minn post għall-ieħor.
Irrid fl-aħħar nett infakkar li l-online sessions isiru wara li l-partijiet involuti ikunu attendenew case review.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-Deputati tal-Oppożizzjoni li huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess maġġoritarju u ta' kontroll, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn qegħdin iservu u l-kariga li jokkupaw?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13997.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10546 fejn intwera li ntefqu €20,000 għad-diskors tas-Senatur Matteo Renzi f’konferenza organizzata mill-Foundation for Social Welfare Services (FSWS), jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-ġustifikazzjoni li jintefqu €20,000 fuq dan id-diskors? Jista’ l-Ministu jgħid xi kredenzjali għandu s-Senatur Renzi fil-qasam soċjali? Jista’ jgħid ukoll jekk ġewx ikkunsidrati kelliema awtorevoli oħra minfloku u jekk iva, liema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninsab infurmat li meta kien qiegħed jippjana l-attività msemmija l-management tal-FSWS ried li jistieden personalità internazzjonali ta’ kalibru u ta’ esperjenza biex ikun il-keynote speaker għall-attività li kellha bħala tema: The Welfare State and Welfare Services: Present challenges, Future needs.
Ninsab infurmat ukoll li l-management ried ukoll li l-persuna magħżula tkun personalità mill-Ewropa. Ovvjament, ma setax ikun politiku fil-gvern u allura l-għażla kienet ristretta għal politiku li kien f’kariga governattiva u li r-rekord tiegħu fil-gvern kien juri impenn favur is-sotenn tal-welfare state u favur it-titjib tas-servizzi soċjali.
Is-Senatur Renzi kien wieħed mill-eks mexxejja li jaqgħu f’din il-kategorija. Intgħażel hu kemm minħabba li seta’ jiġi fid-data ppjanata u kemm għax l-ispeaking fees tal-hekk imsejjaħ lecture circuit Anglo-Sassonu huma finazjarment astronomiċi u projbittivi. Fuq kollox, ir-rekord tal-gvern tas-Senatur Renzi, li kien Prim Ministru tal-Italja fis-snin 2014 – 2016, hu dak ta’ gvern riformista u progressiv.
Fuq kollox, Renzi huwa wieħed minn dawk il-politiċi li jsostni, kif għamel anke waqt id-diskors tiegħu hawn Malta, li l-Ewropa ma tistax tkun Ewropa jekk ma tkunx Ewropa soċjali. Dawn huma kredenzjali biżżejjed li jiġġustifikaw l-għażla tiegħu.
Pensjoni tal-invalidità – Persuni ċertifikati bħala ‘invalidi’
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12534 u jgħid kemm ġew ċertifikati persuni bħala ‘invalidi’ u ħadu l-pensjoni tal-invalidità mis-sena 2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ każijiet ġodda li bdew jieħdu l-Pensjoni tal-Invalidità sena b’sena, mis-sena 2014 sal-ġurnata li qed tkun imwieġba din l-Interpellanza, huwa skont kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Numru ta’ każijiet ġodda għal Pensjoni tal-Invalidità
2014
494
2015
448
2016
463
2017
449
2018
390
2019
315
2020
216
2021
305
2022
288
2023 (sal-aħħar t’Ottubru 2023)
203