Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10634 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal għajnuna għall-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li hi persuna b'diżabilità mhux qed tirċievi għajuna għall-mard u għall-mediċina?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #10820 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Benefiċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi ewropej?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10072 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

tobba li ġew aggrediti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tobba li ġew aggrediti din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li matul l-2008 kien hemm 8 incidenti ta’ tobba ġew aggrediti: § 3 fl-Isptar Mater Dei § 1 fic-Centru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid § 4 fl-Isptar Monte Carmeli * Sal-aħħar ta’ Ġunju 2009 kiem hemm 7 incidenti: § 2 fl-Isptar Mater Dei § 1 fic-Centru tas-Saħħa tal-Gżira § 2 fic-Centru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi § 2 fl-Isptar Monte Carmeli * * Fi 2 mill każijiet li ġraw fl-2008 u każ ieħor li ġara fl-2009 fl-Isptar Monte Carmeli kien involut l-istess tabib.
Leg 11 PQ #10188 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Għawdex - impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9440 u jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni fuq is-servizz pubbliku jinġabar bid-dettal mixtieq mill-Management Personnel Office, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ tiġbor l-informazzjoni fuq l-entitajiet governattivi (hekk msejjħa Parastatali) kull xahar mill- Employment Returns. Dawn ir- Returns ma jinkludux fihom informazzjoni fuq il-grad jew skali tal-ħaddiema imma biss kemm iħaddmu nies magħhom. Għaldaqstant ser tingħata biss informazzjoni fuq il-ħaddiema Għawdxin imjegati ma’ kull entita’ fis-settur pubbliku (barra dak tas-servizz pubbliku). L-informazzjoni mitlub ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella A turi kemm kien hemm impjegati f’entitajiet Parastatali ġewwa Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2007 u fl-aħħar ta’ Novembru 2008 (l-aħħar nformazzjoni li ġiet ppublikata mill-NSO).
Leg 11 PQ #10189 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Kumpanniji - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu jħaddmu nies fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2008 u fl-aħħar ta’ Mejju 2009 fil-fabbrika, uffiċċju, ċentru ta’ servizzi, eċċ. li joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija kull waħda minn dawn il-kumpanniji: FX Borg Furniture Ltd, Magro Bros (Foods) Ltd, FX Borg Furniture Ltd, Cassar Weaving Ltd, Merit Precision Tools Ltd, Carmelo Camilleri Furniture Ltd, Gozo Aluminium Ltd, Gozo Laundry & Drycleaning Ltd, UDC Euro Ltd, Tower Products Ltd, Zahra Woodworks Ltd, Ka-Do-Ko Ltd, J2 Ltd, Xuereb Glass Co Ltd, L Fenech Ġelati Granola Ltd, Pamargan Products Ltd, Advances Logistics Ltd, J Debono Printing Press Ltd, HSBC Bank Malta plc, Xuereb Glass Co Ltd, Ġelati MezzanLtd, M& L Refalo Ltd u Carefree Furniture Co Ltd?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma’ tistax tagħti nformazzjoni dwar kemm kienu jaħdmu nies f’kull kumpanija rispettiva minħabba li din l-informazzjoni hi kummerċjalment sensittiva.
Leg 11 PQ #10197 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li tilfu l-impjieg tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-figuri ta’ kemm-il persuna tilfet l-impjieg tagħha fl-ewwel sitt xhur ta’din is-sena minn fabbriki u kumpanniji f’Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm instabu impjiegi ġodda fl-istess setturi? Jista’ jagħti dettalji dwar f’liema oqsma instabu jew intilfu l-impjiegi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10234 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — impjegati li gradwaw jew ħadu kors l-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dekasteru tiegħu li huma gradwati mill-Università għaliex segwew kors sponsorjat mill-Gvern? Jista' jgħid meta ggradwaw u liema kors għamlu? Kemm sewa l-kors? Kemm għadhom jaħdmu mal-Gvern, f'liema grad u f'liema dipartiment? Kemm irriżenjaw? Kemm ħadu sponsorship iktar minn darba u f'liema kors u meta? Kemm weħlu mill-eżamijiet tal-kors u allura ma komplewx? Jekk intalbux jirrifondu xi ammonti mħallsa mill-Gvern in konnessjoni ma' l-istudji tagħhom? Kemm kien l-ammont, jekk kien il-każ? Jekk kienx hemm xi impjegat li minkejja li m'għaddiex reġa' beda l-kors sponsorjat għal darb'oħra mill-Gvern? X'kien il-kors relattiv u meta kienet l-intake year u l-grad ta' tali impjegat?

Response (DALLI, JOHN)

Ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta’ ħin sabiex tinġabar.
Leg 11 PQ #10265 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-politika soċjali — Rilokazzjoni tad-dipartiment

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar : i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10276 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar HIV

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9947, 9688, 9354 u 8293 u jgħid kemm huwa n-numru tal-persuni li qed jiġu trattati għall-HIV fil-mument f'pajjiżna? Kemm minnhom qed jissoktaw sentenza ta' korrezzjoni fiċ-ċentri tal-istat, f'Kordin, Imtaħleb eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn 88 pazjent li qed jiġu trattati għall-HIV, li 3 minnhom huma residenti ġewwa CCF.
Leg 11 PQ #10277 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema tat-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jara għala l-ex ħaddiema tat-tarzna li jaħdmu taħt l-iskema APSL qed jitħallsu bħala skilled labour u mhux bħala ħaddiema tas-sengħa partikolari? Jista' l-Ministru jara l-kaz tal-istess ħaddiem, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #10284 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spezzjonijiet fuq bini tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tal-Housing għadhom ma marrux jagħmlu spezzjoni fil-fond tal-gvern, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Meta mistennija li jmorru?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li saret ebda talba għal tiswijiet mill-inkwilin lill-Awtorita' tad-Djar. Għalhekk qed nirreferi l-każ lill-Awtorità għall-investigazzjoni u għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #10285 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjoni tar-romol

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tibda tieħu/tibbenefika mil-pensjoni tar-romol?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #10286 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single parent

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija issir spezzjoni fil-fond tal-applikant, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li huwa single parent u applika biex jieħu post alternattiv?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni m’għandu l-ebda applikazzjoni ma’ l-Awtorita’ tad-Djar.
Leg 11 PQ #10302 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kundizzjoni ta' kera aħjar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8985, jista' l-Ministru jirrimedja immedjatament sabiex il-familja li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, issolvi l-problemi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kirjiet li hemm b’lura huma dovuti lill-Kummissarju ta’ l-Artijiet. Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #10312 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ ta' post alternttiv għal familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' din l-anzjana u żewġ uliedha li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li l-post li qed tgħix fih din il-familja jinsab ikkundannat u ta' periklu imminenti għas-saħħa ta' din il-familja? Jista' l-Ministru jgħid kemm se ddum l-Awtorità tad-Djar biex tagħti post alternattiv lil din il-familja?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta tixtieq post alternattiv, isfel biss, fil-lokalita ta’ Santa Venera biss. Fil-preżent l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex post kif tixtieq din l-applikanta.
Leg 11 PQ #10313 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħal Qormi — Ta' Parscarella Housing Estate - lifts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9910 u jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fuq il-bini tal-lift fil-blokk tal-flats li hemm f'Ta' Pascarella Housing Estate f'Ħal Qormi? Jista' jgħid meta dan ix-xogħol se jitkompla u jitlesta?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol tal-installazzjoni ta’ lift ġo Blokk B, Ta’ Pascarella, Qormi kellu jinkludi wkoll il-bini tat-tromba tal-lift kif ukoll il-kamra fuq il-bejt li kienet neċessarja biex tgħaqqad il-lift mat-tromba tat-taraġ. Ix-xogħol ta’ bini issa hu prattikament lest, l-istallazzjoni tal-lift proprju inbeda wkoll u ġew installati r-rails tal-lift u l-pjattaforma tiegħu, waqt li il-partijiet l-oħra nġabu kollha fuq is-sit. Il-kuntratt għal dan ix-xogħol għadu fit-termini ta’ żmien stipulat fit-tender li ġie mogħti lill-kuntrattur. Madankollu, l-Awtorita’ tad-Djar xorta qed tagħmel kull sforz biex il-kuntrattur iħaffef l-installazzjoni u jlesti ix-xogħol sa l-aħħar ta’ Lulju 2009.
Leg 11 PQ #10343 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

persuni b'diżabilità — ġbir ta' ħrieqi minn postijiet 'il bogħod

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10004 u 9690 u cioè: Peress li persuni b'diżabilità li għandhom is-sussidju fuq il-ħrieqi jridu jmorru jiġbruhom minn post 'il bogħod minn fejn jabitaw u għax huma b'diżabilità jkollhom jħallsu għat-trasport, jista' l-Ministru f'ġieħ il-ġustizzja u s-solidarjetà jara li jsir xi ħaġa għal dawn in-nies biex tittaffielhom it-tbatija li qed isofru?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ ta` persuni b`diżabilita’, il-ħrieqi li huma ntitolati għalihom kull xahar huma b`xejn u mhux b`sussidju. F`dawk il-każijiet fejn dawn l-istess persuni, (jew qraba taghhom), ma jkunux jistgħu jmorru jiġbru l-ħrieqi mingħand il-kuntrattur, il-kuntratturi rispettivi joffru servizz ta` distribuzzjoni ta` dawn il-ħrieqi lil-persuni b`dizabilita` fir-residenzi rispettivi tagħhom. Dan is-servizz ta` distribuzzjoni jingħata bi ħlas minimu li jvarja, skond min ikun id-distributur, bejn €2.33, €3.5 u €5 għal kull distribuzzjoni madwar Malta kollha.
Leg 11 PQ #10344 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Phenindione 50mg — Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10002, 9632, 9466 u 9242 u jgħid għaliex il-pilloli phenindione 50mg bħalissa jinsabu out of stock? Meta ser jidħlu peress li dawn il-pilloli lanqas jinstabu fi spiżeriji privati? Jista' jara x'ser isir?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-pilloli Phenindione 50mgs waslu fit-tletin ta’Gunju 2009 u tqassmu mid-Dipartiment tal-Procurements.
Leg 11 PQ #9985 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ urġenti ta' MRI

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9391 u jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, isirilha l-MRI kemm jista' jkun malajr peress li l-appuntament tagħha huwa għal Awwissu, imma dan huwa każ urġenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk it-tabib kuranti ta’ dan il-pazjent jidhirlu li l-kundizzjoni ta’ dan il-pazjent hija tant urġenti li ma jistax jistenna sa Awwissu, huwa għandu jirreferi l-każ lill-konsulenti fid-Dipartiment tar-Radjoloġija.