Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità tal-Fgura u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 fil-Fgura kien hemm tlett mija u tmienja u għoxrin (328) reat irrapportat mal-pulizija, li minnhom sitta u sittin (66) kienu każi ta’ serq, u sebgħa (7) każi ta’ attentat ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw kuntistabbli mill-Korp tal-Pulizija minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kuntistabbli li rriżenjaw mill-Korp tal-Pulizija bejn Jannar u Diċembru 2024, kien ta’ erbatax (14).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Third Country Nationals reġistrati li qed jgħixu s-Siġġiewi f'Ottubru 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li f’Ottubru tas-sena 2024 kien hemm total ta’ 575 permessi ta’ residenza validi ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi reġistrati li qed jgħixu s-Siġġiewi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Third Country Nationals reġistrati li qed jgħixu Ħaż-Żebbuġ f'Ottubru 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li f’Ottubru tas-sena 2024 kien hemm total ta’ 1,627 permessi ta’ residenza validi ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi reġistrati li qed jgħixu Ħaż-Żebbuġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Third Country Nationals reġistrati li qed jgħixu Ħal Qormi f'Ottubru 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li f’Ottubru tas-sena 2024 kien hemm total ta’ 3,246 permessi ta’ residenza validi ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi reġistrati li qed jgħixu Ħal-Qormi.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Vjaġġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) kemm-il vjaġġ għamel barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni?
(b) X'kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament?
(c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b'direct order jew tender, x’tip ta' biljetti tal-ajru inqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma liema kumpanija tal-ajru?
(d) Kemm kien it-tul ta' żmien għal kull vjaġġ?
(e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-iskop għal safar uffiċjali jkun marbut ma’ laqgħat ma’ Ministri ta’ Gvernijiet oħrajn, laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u laqgħat oħra li għalihom ikun hemm stediniet uffiċjali bħala Ministru tal-Gvern. Fost l-oħrajn il-Ministru huwa obbligat jattendi il-laqgħat uffiċjali tal-Justice and Home Affairs Council, il-Kunsill tad-Difiża, il-laqgħat konġunti bejn il-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Barranin u tad-Difiża u laqgħat uffiċjali tal-Med 5. Ukoll il-Ministru akkumpanja lill-President ta’ Malta għall-żjara barra l-pajjiż fis-sena 2023. Ukoll din l-informazzjoni tinkludi l-laqgħat li ntalab jattendi flimkien mal-Prim Ministru. Fil-maġġoranza assoluta ta’ dawn l-impenji kienu għal-lejl wieħed biss. L-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-“Manual on Transport and Travel Policies”. Infurmat illi l-ispejjeż marbuta mal-laqgħat uffiċjali tal-kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea ikunu reimbursed mill-Unjoni Ewropea. Infurmat illi fis-sena elfejn tnejn u għoxrin l-impenji barra l-pajjiż kienu disgħa, fis-sena elfejn tlieta u għoxrin l-impenji barra l-pajjiż kienu erbatax u fis-sena elfejn u u erbgħa u għoxrin l-impenji barra l-pajjiż kienu tnax. Għar-rigward tat-tul ta' żmien għal kull vjaġġ, naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan ikun jiddependi mill-aġenda taż-żjara barra l-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li terġa’ tiġi ffurmata Drug Squad/CID ġewwa Għawdex? Jekk iva, għaliex? Jekk le, għaliex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li s-sena l-oħra ġie rreġistrat tnaqqis ta’ 22% fir-rata ta’ kriminalità f’Għawdex meta mqabbel mas-sena preċedenti. Aktar minn hekk is-sena l-oħra ġiet irreġistrata l-anqas rata ta’ serq f’Għawdex f’dawn l-aħħar għoxrin sena.
Dwar it-taqsimiet speċjalizzati, li fil-Korp tal-Pulizija huma diversi u mhux biss dik li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, dawn jagħtu l-istess importanza li kull naħa tal-pajjiż, u Għawdex mhux eċċezzjoni, fejn issir il-ħidma kollha li hi metħieġa mhux biss b’mod reattiv għal meta jinqala’ xi reat, iżda anke b’mod proattiv fejn tidħol prevenzjoni. Infurmat li barra minn hekk hemm tlett uffiċjali tal-pulizija li jassistu wkoll f’materji relatati ma’ reati ta’ kull xorta inkluż dawk ta’ drogi, f’Għawdex, magħrufa bħala District Support Unit.
Infakkar ukoll lill-Onorevoli Membru li fl-aħħar snin, kemm Malta kif ukoll Għawdex kien hemm tibdiliet fl-operat tal-Korp tal-Pulizija u speċjalment bl-introduzzjoni tas-servizz ta’ Pulizija tal-Komunità fil-lokalitajiet kollha fil-gżira. Dan sar biex barra milli r-residenti jingħataw servizz aħjar u aktar personaliżżat, jgħin ukoll fit-trażżin ta’ reati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità tal-Gudja u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 fil-Gudja kien hemm mija u ħamsa u ħamsin (155) reat irrapportat mal-pulizija, li minnhom tnejn u erbgħin (42) kienu każi ta’ serq, u każ (1) ta’ attentat ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 f’Raħal Ġdid kien hemm erba’ mija u erba’ u għoxrin (424) reat irrapportat mal-pulizija, li minnhom mija u tlieta u għoxrin (123) kienu każi ta’ serq, u erbgħatax (14) il-każ ta’ attentat ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema li hemm jaħdmu fi ħdan l-Aġenzija Identità fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-impjegati full-time fi ħdan l-Aġenzija Identità hu ta’ 349.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed jiskontaw sentenzi f’faċilitajiet bħal YOURS, RISE, PIP (Caritas)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2024, kien hemm 9 persuni fil-CORRS, 12 fir-RISE, 8 fil-Caritas, 3 is-Sedqa u 3 f’Dar Bla Ħitan li qegħdin jiskontaw sentenza.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22633 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet relatati mal-ispeed camera fil-bypass tas-Siġġiewi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Ħal Qormi — Triq l-Imdina - Speed cameras - Ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22634 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet relatati mal-ispeed camera fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar każijiet ta’ ġlied f'postijiet pubbliċi li fihom intervjeniet il-Pulizija matul is-sena 2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull lokalità ġewwa Malta u Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti ta' ġlied jistgħu jikkonsistu f'diversi forom, u kull meta jkun hemm rapport, dan jitniżżel taħt il-kategorija rilevanti fis-sistema elettronika tal-Pulizija. Nirrimarka li ġaladarba jidħol rapport, il-Pulizija tintervjeni f’kull każ.
Il-lista ta’ reati li huma relatati ma każijiet ta’ ġlied li ġew reġistrati taħt il-kategoriji speċifiċi fis-sistema tal-pulizija, bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-21 ta’ Jannar 2025, qed jiġu preżentati fit-tabelli t’hawn taħt.
Bodily Harm in 2025 (till 21st January)
Category
Sub Category
Locality
2025
BODILY HARM
GBH BY PHYSICAL FORCE
BIRKIRKARA
1
MSIDA
1
PAOLA
1
SAN GILJAN
1
SAN PAWL IL-BAHAR
1
VALLETTA
1
ZEBBUG
1
GBH WITH ARMS IMPROPER
SAN GILJAN
1
SAN PAWL IL-BAHAR
1
GBH WITH ARMS PROPER
HAMRUN
1
MARSASKALA
1
SBH BY PHYSICAL FORCE
ATTARD
1
BIRKIRKARA
2
FGURA
1
GHAJNSIELEM - GHAWDEX
1
HAMRUN
2
LUQA
1
MARSASKALA
2
MARSAXLOKK
1
MELLIEHA
1
MSIDA
1
PAOLA
2
PEMBROKE
1
PIETA'
1
QORMI
1
RABAT - GHAWDEX
2
SAFI
1
SAN GILJAN
5
SAN PAWL IL-BAHAR
3
SIGGIEWI
2
TARXIEN
1
XAGHRA - GHAWDEX
1
XEWKIJA - GHAWDEX
1
ZURRIEQ
1
SBH WITH ARMS IMPROPER
HAMRUN
1
Disturbing Public Peace - Argument in 2025 (till 21st January)
Category
Sub Category
Locality
2025
DIST PUBLIC PEACE AND ORDER
ARGUMENT
SAN GILJAN
2
SAN PAWL IL-BAHAR
1
VALLETTA
2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 f’Ħal-Għaxaq kien hemm mija u tletin (130) reat irrapportat mal-Pulizija, li minnhom tmienja u għoxrin (28) kienu każi ta’ serq, u każ wieħed (1) ta’ attentat ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità taż-Żejtun u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 fiż-Żejtun kien hemm tlett mija u tmienja u sittin (368) reat irrapportat mal-pulizija, li minnhom tmienja u sebgħin (78) kienu każi ta’ serq u erba’ (4) każi ta’ attentat ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta’ residenza għall-ewwel darba lil persuni li ġew minn pajjiżi terzi (TCN) matul is-sena 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2024 il-popolazzjoni f’Malta, u cioe’ il-permessi ta’ residenza ta’ persuni barranin, kemm dawk li ġejjin minn l-Unjoni Ewropea u dawk minn barra l-Unjoni Ewropea, stabbiliżżat.
Dan jirrifletti l-politika li qed jaddotta l-Gvern, inkluż bid-deciżjonijiet marbuta mar-riforma tat-temping agencies u anke deciżjonijiet oħra marbuta mas-settur ta’ food delivery u cabs fost oħrajn. Dan hekk kif f’dan il-perjodu kien hemm rata ogħla ta’ retention u tiġdid ta’ permessi ta’ residenza, filwaqt li kien hemm anqas applikazzjonijiet ġodda ta’ persuni barranin.
Fl-aħħar ġimgħat ġiet imnedija l-Malta Labour Migration Policy għall-konsultazzjoni illi fost l-oħrajn għandha l-għanijiet illi diġa bdew jiġu milħuqa fis-sena 2024, u cioe’ aktar kontroll, aktar retention u aktar mi¿uri li jiġġieldu l-abbuż tal-ħaddiema.
Ninsab infurmat illi meta wieħed iqabbel il-figuri tal-31 ta’ Diċembru tas-sena 2023 mal-31 ta’ Diċembru tas-sena 2024 mas-sena ta’ qabel, jirriżulta li ż-żieda netta ta’ permessi ta’ residenza validi għal persuni ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea (third country nationals) fl-2024 maħruġa minn Identita’ kienet ta’ 668.
Infurmat li fl-istess perjodu ukoll kien hemm żieda ta’ 4073 permess ta’ residenza, maħruġa wkoll minn Identita’ wara process ta’ Residenza Malta relatati ma’ Malta Permanent Residence Programme (MPRP), Malta Residency and Visa Programme (MRVP), Malta Residency and Visa Programme, u l-iskema NOMAD.
Residenza Malta toffri triq ta’ migrazzjoni lil individwi minn pajji¿i terzi ta’ kondotta tajba, biex jinvestu f’Malta jew biex jaħdmu b’mod remot minn Malta, għal kumpaniji jew klijenti reġistrati barra minn Malta. Infurmat li fl-2024, l-Aġenzija ġġenerat aktar minn €132 miljun fl-ekonomija Maltija.
Infurmat li l-programm ta’ residenza b’investiment – il-Malta Permanent Residence Programme (MPRP) is-sena l-oħra laqa’ 1,500 applikazzjoni u ġġenera €46 miljun fil-Fond Konsolidat, €50 miljun f’kuntratti ta’ kiri fuq ba¿i ta’ ħames snin u €36 miljun f’xiri ta’ proprjetà. Infurmat li fl-2024, in-Nomad Residence Permit laqa’ 1,031 applikazzjoni. B’salarju annwali medju ta’ €76,000 dawn in-Nomadi għandhom potenzjal ta’ nfieq sinifikanti. Huwa stmat li nefqa konservattiva ta’ €5 miljun minn madwar 542 Nomadu f’pajjiżna fl-2024.
Ukoll infurmat li jirriżulta illi l-permessi netti ta’ document ta’ residenza validi fis-sena 2024 għal EU & EEA/Swiss naqas b’2227 permess ta’ residenza. Waħda mill-miżuri proposti fil-Malta Labour Migration Policy hija illi kwalunkwe vakanza tax-xogħol jeħtieg tkun irriklimata l-ewwel fuq is-sit ta’ Jobsplus għall-Maltin u anke fuq is-sit ta’ EURES għaċ-ċittadini Ewropej.
Biex nagħti spjegazzjoni iktar dettaljata, skont it-tagħrif li ngħadda lili mill-entitajiet relevanti, minbarra t-total ta’ 4741, skont l-aħħar data miġbura minn Identita’ dwar n-numru ta’ permessi ta’ residenza għall-ewwel darba lil persuni li ġew minn pajjiżi terzi turi li s-sena l-oħra inħarġu total ta’ 33455, li minnhom 4073 huma relatati ma’ Malta Permanent Residence Programme (MPRP), Malta Residency and Visa Programme (MRVP), Malta Residency and Visa Programme, u l-iskema NOMAD kif spjegat. Fl-istess żmien skadew u/jew ġew revokati 25433, permess ta’ residenza għall-TCNs, u 52661 ġew imġedda.
Dan ma jinkludix dawk li kien hemm bidla fit-tip ta’ permess jew kellhom permess li huwa ta’ aktar minn sena waħda.
Fir-rigward ta’ persuni ġejjin minn pajjiżi fl-EU, s-sena l-oħra nħarġu total ta’ 5811 dokument ġdid ta’ residenza, skadew jew ġew revokati 6662 permess u ġew imġedda 4310. Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi EEA ma għandhomx bżonn permess ta' residenza sabiex jirrisjedu f'Malta. Dawn jinħarġilhom ċertifikat ta' reġistrazzjoni f'forma ta' dokument ta' residenza. Tajjeb li wieħed jiċċara li d-Direttiva għal Moviment Ħieles (i) tobbliga lil kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea sabiex jikseb ċertifikat ta' reġistrazzjoni jekk ikun se joqgħod aktar minn tliet xhur f'Membru Stat, u (ii) ma tobbligax lil dawn il-persuni sabiex jikkanċellaw iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni meta ma jibqgħux jgħixu f'Malta. Dan ifisser li n-numru ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea li attwalment jgħixu f'Malta bħalissa huwa anqas minn dak indikat fl-istatistika dwar id-dokumenti.
Infurmat li din id-data titqies bħala data preliminari, li tista’ tiġi riveduta fiż-żmien li ġej hekk kif aktar informazzjoni tiġi konkluża.