Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karigi pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-karigi pubbliċi kollha fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru, li jokkupa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu msemmi minbarra dawk il-fora fejn jirrappreżenta lill-Bank Ċentrali, huwa jservi wkoll bħalha membru fil-bord tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.

Każ ta’ individwu — Karigi pubbliċi

Question

Fid-dawl li l-akkużi kriminali li ħarġu fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pożizzjoni tiegħu għadhiex tenibbli?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ddikjara l-Prim Ministru, il-Gvern ser ikun ta’ spalla lejn dawk li jaqdu lill-istat b’mod leali u ta’ integrità.

Kumpilazzjoni 382/24

Question

Fid-dawl tal-akkużi kriminali li ħarġu permezz tal-Kumpilazzjoni 382/24 datata 6 ta' Mejju 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li ssemmew fil-kumpilazzjoni li skont l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għadhom meqjusa bħala fit and proper?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Kumpilazzjoni 382/24

Question

Fid-dawl tal-akkużi kriminali li ħarġu permezz tal-Kumpilazzjoni 382/24 datata 6 ta' Mejju 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li qabel dawn l-akkużi, skont l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ma kenux meqjusa bħala fit and proper?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Selmun Palace Hotel — Proċess ta’ trasferiment lill-Awtorità tal-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' trasferiment tal-proprjetà ta' Selmun Palace Hotel lill-Awtorità tal-Artijiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16786.

Selmun Palace Hotel — Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għall-manutenzjoni estensiva ta’ Selmun Palace Hotel fil-Mellieħa nħariġx? Jekk iva, jista' jagħti dettalji dwar dan it-tender u jekk dan ġiex aġġudikat? Jekk le, jista’ jgħid meta hu mistenni li jinħareġ dan it-tender?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16786.

NACE Code 49.32

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie reġistrat dħul komplessiv mill-operaturi kummerċjali li joperaw taħt NACE Code 49.32, fis-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont id-dikjarazzjonijiet sottomessi għall-fini tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud, is-servizzi taxxabbli dikjarati mill-operaturi kummerċjali li joperaw taħt NACE Code 49.32 huma hekk kif jidhru fit-tabella li ġejja: Sena Euro (€) 2019 21,798,798.52 2020 16,098,413.68 2021 23,590,106.73 2022 38,165,421.70 2023 47,219,797.51

DAC 7 — Sottomissjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16671, mingħajr ma jagħti informazzjoni personali, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dak li ġie sottomess mill-entitajiet li rreġistraw għal DAC7?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif ġej: Tlett Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti irreġistraw mal-MTCA u irrapurtaw informazzjoni tad-DAC7. L-Operaturi tal-Pjattaformi irrapurtaw informazzjoni fuq il-Bejjiegħa Rapportabbli tagħhom li tinkludi: • f’każ ta’ individwu, l-isem u l-kunjom • f’każ ta’ entità, l-isem ġuridiku tal-Bejjiegħ Rapportabbli • l-Indirizz Primarju • NIT • in-numru ta’ reġistrazzjoni tan-negozju tal-Bejjiegħ f’każ ta Entità • in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, meta dan kien disponibbli • id-data tat-twelid, f’każ ta individwu • identifikatur tal-Kont Finanzjarju li fih thallas jew jiġi kkreditat il-Korrispettiv, (jekk dan kien disponibbli) • kull Stat Membru li fih il-Bejjiegħ kien residenti • il-Korrispettiv totali li tħallas jew li ġie kkreditat matul kull trimestru tal-Perijodu Rapportabbli • in-numru ta’ Attivitajiet Rilevanti li fir-rigward tagħhom tħallas jew ġie kkreditat il-Korrispettiv • tariffi, kummissjoni jew taxxa f’ras il-għajn li ġew imposta mill-Pjattaforma Rapportanti matul kull trimestru tal-Perijodu Rapportabbli.

Pagamenti lill-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-pagamenti bid-dati, l-ammont u r-raġuni, li saru lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul l-2022 u l-2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tweġiba turi n-nefqa minn Jannar 2024 'l hemm.

Dħul mill-Income Tax ta’ Persuni u kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena 2023 sal-ġuranta li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm għamel dħul il-Gvern mill-Income Tax ta’: a. persuni individwali; u b. kumpaniji?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li dħul tal-Gvern mill-Income Tax mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024 kien kif muri hawn taħt: Persuni Individwali Kumpaniji Total € € € Dħul Gross 1,981,498,058.64 1,336,507,237.09 3,318,005,295.73 Rifuzjonijiet 80,062,217.00 88,124,808.31 168,187,025.31 Dħul Nett 1,901,435,841.64 1,248,382,428.78 3,149,818,270.42

Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kuntratti: CT file no: 2461/2020/3; CT file no: 2461/2020/4; CT file no: 2461/2020/1; CT file no: 3045/2013; CT file no: 3008/2013; CT file no: 2461/2020/1; CT file no: 2461/2020/3; CT file no: 2461/2020/2; u CT file no: 2461/2020/002?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Finanzi u li għandhom terminu ta’ skadenza għat-traspo¿izzjoni fis-sena 2024 huma s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà 06/07/2024 Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustamenti tal-kriterji tad-daqs għal impriżi jew gruppi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar 24/12/2024 Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/542 tal-5 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u (UE) 2020/285 fir-rigward tar-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud 31/12/2024 Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur mi¿jud fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-imprizi ż-żgħar 31/12/2024 Dawn id-direttivi għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk huma kollha pendenti.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentaru W142.

Bord Nazzjonali tal-Produttività — Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord Nazzjonali tal-Produttività, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Koordinatur tal-komunikazzjoni — Kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-koordinatur tal-komunikazzjoni tal-Ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17418.

Air Malta – Obbligi lejn il-Piloti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-obbligi min-naħa tal-Gvern u/jew tal-Air Malta rigward il-piloti li kienu impjegati magħha meta din għalqet? Jista’ jgħid ukoll, minn fejn joriġina dan l-obbligu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-azzjoni li ttieħdet mill-Gvern matul il-proċess kienet dik li nizguraw li pajjiżna jibqa’ jkollu linja nazzjonali ta’ l-ajru. Fl-istess waqt ridna nizguraw li l-kumpanija l-ġdida jkollha l-ħaddiema neċessarji b’kundizzjonijiet li jirriflettu dawk tas-suq. Ngħarraf ukoll li n-nefqa nvoluta fir-rigward tal-iskemi ġiet ippublikata fl-estimi u approvata mill-Parlament. Inżid ukoll li tali nefqa ġiet skrutinizzata minn awdituri indipendenti.

Air Malta – Piloti — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha individwali, mingħajr dettalji personali, bl-informazzjoni li ma tmurx kontra l-GDPR, bejn piloti li kienu mal-Air Malta u l-Gvern u l-KM Malta Airlines (KMMA)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19063.

Air Malta – Piloti — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ġie ffirmat ma’ kull pilota mill-Gvern flimkien mal-kumpanija KM Malta Airlines (KMMA)? Jista’ jgħid jekk huwiex minnu li għamlu diversi kuntratti ma’ kull individwu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19063.

Air Malta – Piloti li kienu bbenefikaw mill-ERS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw b’kollox dawk il-piloti tal-Air Malta li kienu rtiraw bl-early retirement scheme (ERS) u ħadu s-somma bil-quddiem, u kemm kien hemm individwi li bbenefikaw mill-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19063.