Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema 9 — Tfal li qed jibbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22401 u jgħid kemm hemm tfal li qed jibbenefikaw minn Skema 9?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23112.

Klassijiet li m’għandhomx class aid jew LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn klassijiet f’kull skola ta’ Malta u Għawdex li għandhom iktar minn 18-il student u li m’għandhomx Class Aid jew LSE?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li filwaqt li klassi jista’ jkollha aktar minn 18-il student fil-klassi, bħalissa fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex hawn total t’erba’ (4) klassijiet li m’għandhomx Class Support jew LSE.

Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ – Edukazzjoni u ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiżgura li l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ tindirizza d-diskrepanza bejn l-edukazzjoni u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Edukazzjoni vokazzjonali — Immodernizzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex l-edukazzjoni vokazzjonali (MCAST, ITS) tiġi mmodernizzata biex tirrifletti industriji ġodda bħal AI?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Far — Trakka l-Kbira - Titolu tal-art

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26661 u jgħid jekk l-art kollha li hemm bżonn biex fuqha ssir it-Trakka l-Kbira f'Ħal Far hijiex għand il-Gvern u jekk le, x'fadal xi jsir biex il-Gvern ikollu t-titolu tagħha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Federazzjoni Maltija tal-Boċċi — Talba għall-post

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew SportMalta għandhomx talba mill-Federazzjoni Maltija tal-Boċċi għall-post fejn il-federazzjoni tkun tista’ tiltaqa’ u tagħmel l-Annual General Meeting tagħha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja — Kiri ta’ Containers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa l-kiri tal-containers li ser ikunu qed iservu ta’ klassijiet u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mas-sejħa tal-offerti għall-kiri ta’ dawn l-istess containers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Università ta' Malta — Studenti bil-kundizzjoni tad-dyslexia

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22383 dwar studenti li għandhom il-kundizzjoni tad-dyslexia, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm hemm studenti fl-Università ta' Malta b’din il-kundizzjoni, hekk kif fl-istess tweġiba ntqal li l-Università ta’ Malta tista’ tippubblika l-figuri wara l-aħħar tas-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25448, 25665, 25876, 26511 u 26851 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25105 dwar rapport tar-re-audit li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar edukazzjoni inklużiva, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġi ppubblikat dan ir-rapport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

CDAU – Tlestija tal-Assessment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22398 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn tfal li laħqu l-età li jibdew skola kinder, iżda minħabba li għadhom qegħdin jistennew li l-assessment ikun komplut miċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU), għadhom fiċ-Child Care u jkollhom iħallsu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Tarxien — Skola tal-Primarja l-antika

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26273 jista’ l-Ministru jagħti tweġiba aktar dettaljata u jgħid ukoll jekk l-Iskola tal-Primarja l-antika f’Ħal Tarxien kollha hijiex qed tiġi utilizzata jew le?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Chief Executive Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid wkoll: (a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,? (f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Eżami tal-'O' Level tar-Reliġjon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li għamlu l-eżami tal-'O' Level tar-Reliġjon, matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Eżami tal-'A' Level tar-Reliġjon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li għamlu l-eżami tal-'A' Level tar-Reliġjon, matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom f’dawn l-aħħar 11-il sena? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn l-iskejjel u meta saret din il-manutenzjoni, maqsuma skola, skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Motor Sport — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25942, 26330, 26479 u 26659 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Motor Sport — Fatturi/Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25943, 26331, 26480 u 26660 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.