Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm divorzji mill-introduzzjoni tal-Liġi tad-Divorzju sal-ġurnata tal-lum, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta’ talbiet għal divorzju f’Malta mill-introduzzjoni tal-liġi dwar id-Divorzju sal-5 ta’ Marzu 2018 huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
SenaTalbiet għal divorzju milqugħa
2011 (minn Ottubru sa Diċembru)42
2012432
2013349
2014320
2015354
2016367
2017310
2018 (sal-5 ta’ Marzu)68
In-numru ta’ talbiet għal divorzju f’Għawdex mill-introduzzjoni tal-liġi dwar id-Divorzju sal-5 ta’ Marzu 2018 huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
SenaTalbiet għal divorzju milqugħa
2011 (minn Ottubru sa Diċembru)2
201218
201311
20145
201522
201612
201715
2018 (sal-5 ta’ Marzu)1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta’ separazzjonijiet u annullamenti taż-żwieġ li seħħew f’din il-Leġiżlatura?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta’ kawżi ta’ separazzjoni personali jew tal-annullament taż-żwieġ li daħlu quddiem il-Qorti Ċivili ta’ Malta (Sezzjoni tal-Familja) f’din il-leġiżlatura u għalhekk mill-24 ta’ Ġunju 2017 sas-6 ta’ Marzu 2018 kienu dawn:
Introdotti
Kawżi ta’ separazzjonijiet 64
Kawżi ta’ annullament 7
In-numru ta’ kawżi ta’ separazzjoni personali jew ta’ annullament taż-żwieġ li daħlu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Sezzjoni tal-Familja, f’din il-leġiżlatura u għalhekk mill-24 ta’ Ġunju 2017 sas-6 ta’ Marzu 2018 kienu dawn:
Introdotti
Kawżi ta’ separazzjoni 5
Kawżi ta’ annullament 1
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien in-numru ta’ separazzjonijiet li saru f’din il-leġiżlatura u li twaqqgħu minħabba medjazzjoni jew minħabba ftehim milħuq bejn il-koppja?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar is-separazzonijiet li saru fil-Qorti ta’ Malta f’din il-leġi¿latura (mill-24 ta’ Ġunju 2017 sal-5 ta Marzu 2018) u li fihom inbdiet il-medjazzjoni hija kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Total ta’ talbiet għal separazzjoni permezz ta’ ittri jew noti li jwasslu għall-proċess ta’ medjazzjoni833
Total ta’ rikonċiljazzjonijiet44
Total ta’ separazzjoni bonarja 527
Total ta’ ka¿ijiet fejn ma ntlaħaqx ftehim waqt il-medjazzjoni u l-partijiet ġew awtorizzati jipproċedu b’kaw¿a ta’ separazzjoni 256
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar is-separazzonijiet li saru f’din il-leġi¿latura (mill-24 ta’ Ġunju 2017 sal-5 ta Marzu 2018) fil-Qorti ta’ Għawdex u li fihom inbdiet il-medjazzjoni hija kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Total ta’ talbiet għal separazzjoni permezz ta’ ittri jew noti li jwasslu għall-proċess ta’ medjazzjoni
44
Total ta’ rikonċiljazzjonijiet
5
Total ta’ separazzjoni bonarja
21
Total ta’ ka¿ijiet fejn ma ntlaħaqx ftehim waqt il-medjazzjoni u l-partijiet ġew awtorizzati jipproċedu b’kaw¿a ta’ separazzjoni
7
Ġenituri li ttelgħu l-Qorti minħabba assenteiżmu ta’ uliedhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawk il-ġenituri li weħlu multi u li ttelgħu l-Qorti minħabba assenteizmu ta’ uliedhom mill-iskola matul din il-leġiżlatura u kemm minn dawn il-ġenituri ħallsu l-multa imposta fuqhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta.
Contravention Status
Total Tickets
Judged - Paid
4
Judged - Not Paid
494
Judged - No Fine Due
73
Pending Judgement
1,009
Grand Total
1,580
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, li saru bejn Ġunju 2013 u Frar 2018, fejn matulhom issemmew jew ġew diskussi:
1. il-proġett ta’ bini ta’ lukanda fil-pjazza tal-Mellieħa;
2. il-proġett ta’ bini ta’ appartamenti u lukanda fid-daħla tal-Mellieħa;
3. il-bini ta’ appartamenti fiż-żona ta’ Masrija, liema binja tagħti wkoll fuq il-bypass tal-Mellieħa;
4. is-sistema tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borg Olivier; u
5. l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-minuti mitluba huma kollha fid-dominju pubbliku. L-Onor. Interpellant jista’ jikseb kopja mill-portal elettroniku tal-Gvern Lokali f’Malta. Jekk isib diffikultà nitolbu jkellimni u nghaddilu d-dokumenti mitluba personalment.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 1354 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2018 f'Seduta 94.)
Kunsill Lokali Mellieħa – proġetti kapitali u infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti kapitali/infrastrutturali li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser ikun qed iwettaq matul l-2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-proġetti kapitali li l-Kunsill ser ikun impenjat fuqhom matul is-sena kurrenti huma dawn li ġejjin:
· Dwal Ornamentali fi Triq Dun Manwel Grima fil-Manikata;
· Skema ta’ dwal ġodda fil-parti ta’ fuq ta’ Triq Għajn Żejtuna;
· Kisi bit-tarmak ta’ Triq l-Armier;
· Restawr ta’ taraġ u passaġġ li jinsab bejn Triq Dun Franġisk Sciberras u Triq il-Marfa;
· Kisi bit-tarmak ta’ parti mix-Xatt ta’ Santa Marija;
· Bankini ġodda fi Triq Ġorġ Borg Olivier;
· Tisbiħ tat-taraġ fi Triq il-Mitħna l-Qadima/Triq Sant’ Anna;
· Pavimentar u dwal ġodda fi Triq l-Inkurunazzjoni;
· Tisbiħ tat-taraġ fi Triq San Publiju (Parti t’isfel);
· Titjib fil-
Playing Fields
ta’ Ġnien tas-Salib u Ġnien Dun Anton Debono.
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – rakkomandazzjoni tar-rapport — reazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3550 u jgħid x’inhi r-reazzjoni tiegħu għar-rakkomandazzjoni tar-rapport tal-Parlament Ewropew fejn qal "Reform the Attorney General functions, to decouple the role of advisory to the government from the role of prosecution”?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta moghtija f’mistoqsija parlamentari 4107.
Infakkar li l-istruttura tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kienet suġġetta għal skrutinju meta pajjiżna ġie biex jissieħeb bħala membru fi hdan l-Unjoni Ewropea u l-eżitu kien pozittiv.
Infakkar ukoll li l-GRECO tagħmel review tal-istess Ufficju u dejjem kien hemm rispons pożittiv dwar l-indipendenza tiegħu u l-fiduċja li dan jattira.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2016 u jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda ilmenti minn ħaddiema b’diżabilità mill-Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2031 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor Interpellant li l-informazzjoni ghadha qieghda tingabar u ghaldaqstant tinghata f'seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2064 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Kunsill Lokali tal-Marsa?
Response (BONNICI, OWEN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar sett ta’ financial statementstal-Kunsill Lokali tal-Marsa.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet - konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 - konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Nutar Prinċipali tal-Gvern – applikazzjonijiet irċevuti għal revoki ta’ prokuri ġenerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il applikazzjoni rċieva n-Nutar Prinċipali tal-Gvern sabiex jiġu revokati prokuri ġenerali bejn persuni fiżiċi mis-sena 2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati u ddaħħlu fir-reġistru elettroniku? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ma' ġewx aċċettati u x'kienu r-raġunijiet mogħtija?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 4138.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ir-riċerka għar-revoka ta' mandati/prokuri aċċessibbli mis-sit fl-indirizz https://justice.gov.mt/en/ntg/Pages/Revocation.aspx tista' ssir biss billi l-persuna li trid tagħmel riċerka ddaħħal kemm il-kunjom kif ukoll in-numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport tal-persuna li dwarha trid issir ir-riċerka meta s-subartikolu (2) tal-artikolu 4 tar-Regolamenti dwar Reġistru Elettroniku (Terminazzjoni tal-Mandati) (Leġislazzjoni Sussidjarja 16.14) jipprovdi li "Wieħed jista’ jfittex fir-reġistru elettroniku billi jdaħħal l-isem u l-kunjom ta’ persuna fiżika jew billi jdaħħal in-numru tal-karta tal-identità"?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li huwa minnu li artiklu 4 tar-regolamenti dwar Reġistru Elettroniku (Terminazzjoni tal-Mandati) (Leġislazzjoni Sussidjarja 16.14) jipprovdi li ‘Wieħed jista’ jfittex fir-reġistru elettroniku billi jdaħħal l-isem u l-kunjom ta’ persuna fiżika jew billi jdaħħal in-numru tal-karta tal-identita’’, In-Nutar Prinċipali tal-Gvern wara konsultazzjoni mal- Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data ġie kkjarifikat li jekk is-sistema ser tkun miftuħa għall-pubbliku in ġenerali (u mhux għan-Nutara biss), din tista’ ssir bilfors billi jiddaħħal l-isem jew il-kunjom (jew it-tnejn) tal-applikant u l-karta tal-identita’ jew Numru tal-Passaport. Għalhekk l-iktar mod prattiku sabiex is-sistema tiffunzjoni kien li wieħed jfittex bil-kunjom u l-karta tal-identita’ jew passaport tal-applikant.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2266 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid preżentament kemm hu l-ammont ta' kawżi pendenti quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja f'Għawdex kemm dawk ta' Ġurisdizzjoni Superjuri, kif ukoll dawk tal-Familja, Ġurisdizzjoni Inferjuri, fil-qrati kollha ta' kompetenza kriminali, fit-tribunal tat-talbiet iż-żgħar eċċ?
Response (BONNICI, OWEN)
L-ammont ta' kawżi pendenti quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja f'Għawdex kemm dawk ta' Ġurisdizzjoni Superjuri, kif ukoll dawk tal-Familja, Ġurisdizzjoni Inferjuri, fil-qrati kollha ta' kompetenza kriminali, fit-tribunal tat-talbiet iż-żgħar eċċ., huwa skont kif muri fit-tabella annessa.
Certament, l-istess tabella tkompli tikkonferma l-impenn ta’ dan il-Gvern li jnaqqas il-kawzi pendenti fil-Qrati Lokali sabiex finalment jibbenefikkaw ic-cittadini. Dawn ir-rizultati jagħtu iktar enerġija lill-Gvern biex ikompli bir-ritmu ta’ riformi sabiex il-proċessi ġudizzjarji jsiru iktar spediti.
Kawżi pendenti fil-Qorti ta' Għawdex sal-31 ta' Jannar 2018
ĊIVILI
kawżi pendenti fil-31/01/2018
kawżi pendenti fil-31/12/2012 **
Differenza mill-31/01/2018 ghall-31/12/2012; figuri negattivi juru tnaqqis mis-sena 2012 għall-31/01/2018
Superjuri Ġenerali
401
460
-59
Superjuri Familja
60
41
19
Ġurisdizzjoni Inferjuri
44
49
-5
Total Qrati ordinarji Ċivili
511
550
-39
Tribunal għal Talbiet Żgħar
36
19
17
Qorti tal-Appell Inferjuri Ċivili
6
17
-11
Bord tal-Kera
14
15
-1
Bord Dwar il-Kontroll tal-Kiri ta' Raba'
10
12
-2
Tribunal ta' Revizjoni Amministrattiva
9
8
1
KRIMINAL
kawżi pendenti fil-31/01/2018
kawżi
pendenti fil-31/12/2012 **
Differenza mill-31/01/2018 ghall-31/12/2012; figuri negattivi juru tnaqqis mis-sena 2012 għall-31/01/2018
Ġudikatura Kriminali
180
360
-180
Istruttorja
62
157
-95
Total Kriminal
242
517
-275
Sors: statistika interna tad-Dipartiment
Appelli Kriminali Inferjuri
16
22
-6
Stazzjonijiet tax-xandir nazzjonali – programmi bl-Ingliż li jippromwovu dak li hu Malti
Question
Peress li qed ngħixu f’soċjetà multikulturali, fejn persentaġġ kbir tal-popolazzjoni ma jifhmux bil-Malti u fejn l-integrazzjoni ta’ ċertu komunitajiet hi importanti b’mod partikolari dawk li għandhom ċittadinanza Maltija u fejn il-komunikazzjoni bejnietna qed issir bil-lingwa Ingliża biss, jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex fl-istazzjonijiet tax-xandir nazzjonali jkun hemm programmi bl-Ingliż li jippromwovu dak li hu Malti u dak li jkun qed iseħħ f’pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Tajjeb li l-Onorevoli Farrugia jkun mgħarraf li fuq l-istazzjonijiet pubbliċi (PBS) jixxandar kuljum l-aħbarijiet fil-qosor bl-Ingliż u dan diġà qed ikun ta’ servizz għall-popolazzjoni li mhijiex Maltija imma li qed tiġi integrata f’ċerti kommunitajiet. Għaldaqstant dawn il-kommunitajiet jistgħu jkunu mgħarrfa b’dak li jkun qed iseħħ f’pajjiżna permezz ta’ dan is-servizz tal-aħbarijiet. Rigward kontenut internazzjonali, uħud mill-istazzjonijiet tar-radju fosthom l-istazzjon pubbliku jxandar għadd ta’ servizzi ta’ aħbarijiet mill-BBC u b’hekk il-kommunitajiet ikunu mgħarrfa wkoll b’dak li qed jiġi mix-xena internazzjonali. Min-naħa l-oħra rigward programmar edukattivi partikolarment kulturali, tajjeb li l-Onorevoli Farrugia jkun mgħarraf bil-proġett Kultura TV li s’issa qed jippromwovi dak li hu Malti imma jista’ jkun li fis-snin li ġejjin wieħed ukoll jitlob minn dawn il-produtturi li jsiru xi forma ta’ subtitles u b’hekk ikunu aċċessibli għal dawn il-kommunitajiet. Però tajjeb ukoll li wieħed jara x-xandir fil-kuntest kollu u filwaqt li ix-xandir lineari għandu ħafna kontenut Malti u bil-lingwa Maltija, wieħed ma jistax iħalli barra l-media l-oħra, dawk on line u n-news portals li fil-maġġoranza huma bl-Ingliż. Dawn il-portals ixandru kemm rapport ta’ ġrajjiet kurrenti kif ukoll artikli kulturali u edukattivi dwar il-kultura u l-istorja Maltija fost l-oħrajn.
Wieħed irid jifhem wkoll li deċiżjoni li tinkludi programmi b’lingwa Ingliża speċifikament għall-kommunitajiet li qed jintegraw f’Malta tista’ tħalli wkoll impatt fuq it-tip ta’ investiment li jrid isir fuq l-istazzjonijiet tax-xandir u hemm ukoll spejjeż li jinvolvu produzzjonijiet ta’ dan it-tip.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jilqa’ t-talba li għamillu l-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex sabiex tiġi stallata latrina fix-Xatt, Ta’ Xbiex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex li hemm qbil li ssir latrina mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura, bħala parti mill-Flood Relief Project,bħala kumpens lir-residenti tal-inkonvenjent relatat max-xogħlijiet relatati u anke wara pressjoni li saret mir-residenti.
Nutar Prinċipali tal-Gvern – applikazzjonijiet irċevuti għal revoki ta’ mandati speċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il applikazzjoni rċieva n-Nutar Prinċipali tal-Gvern sabiex jiġu revokati mandati speċjali li jikkonċernaw proprjetà immobbli mis-sena 2016 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati u ddaħħlu fir-reġistru elettroniku? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ma' ġewx aċċettati u x'kienu r-raġunijiet mogħtija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma din ir-risposta.
Dan ifisser li b'kollox ġew frankati ċirca €312,000 fi spejjeż lin-nies kollha involuti meta tqis l-ispejjeż tas-sistema l-antika.
PROKURI BEJN PERSUNI FIŻIĊI
2016 (MINN: 19/02/2016)
2017
2018
RAĠUNIJIET
PROKURI SPEĊJALI
4
18
2
PROKURI ĠENERALI
21
95
6
KULL PROKURA ĠENERALI U SPEĊJALI
8
6
0
PROKURI LI MA ĠEWX AĊĊETTATI
0
2 *
0
*2 Prokuri kienu jirrigwardjaw kumpaniji
SAT-13/02/2018 IDDAĦĦLU FIR-REĠISTRU ELETTRONIKU 160 PROKURA
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-kuntratt ta’ impjieg tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kif ukoll it-time in u t-time out tal-istess persuna tul is-snin kollha ta’ impjieg tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-impjieg tal-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament kif mitlub. B’referenza għat-time in u t-time out tal-individwu, l-Kunsill jixtieq jgħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill għandu kopja tal-attendenzi kollha tal-individwu. Madanakollu dawn ma jistawx jiġu ppreżentati fil-Parlament peress li jekk jiġu mgħoddija, dan ikun ksur tal-liġi tal-Protezzjoni tad-Data minħabba l-fatt li l-attendenzi jinkludu data personali tal-impjegat bħal sick leave u vacation leave li tkun ittieħdet kemm tal-individwu li għalih qed jistaqsu kif ukoll ta’ kollegi oħra.