Ministeru għal Għawdex – entitajiet li applikaw għall-Fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll għal liema fondi applikaw u x’kien l-eżitu, kemm ingħataw fondi kull direttorat u entità għal kull applikazzjoni u għal xiex ingħataw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2024 id-Direttorat EkoGħawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ingħata fondi li jammontaw għal €141,549.60 mill-Interreg Euro-Med Programme għal progett ReMED. Matul l-2024, il-Ministeru applika wkoll għal numru ta’ proġetti oħrajn. L-eżitu ta’ dawn l-applikazzjonijiet għadu jrid jiġi deċiż.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista dettaljata ta’ dawk l-applikazzjonijiet għall-permess ta’ żvilupp li hemm pendenti u li fl-iżvilupp hemm inkluż proġett ta’ lukanda jew attività simili? Għal kull applikazzjoni jagħti:
i. Il-lokalità li tinsab fiha;
ii. X’qed jintalab li jiġi żviluppat;
iii. In-numru/referenza tal-applikazzjoni;
iv. Id-data tal-applikazzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dettalji mitluba. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkludu sew applikazzjonijiet fejn lukanda jew użi simili qed jiġu proposti li jinħalqu jew jiġu estiżi, kif ukoll dawk fejn l-użu huwa propost li jitneħħa. L-informazjoni inġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fit-3 ta’ Mejju 2024.
Attachments:PQ 19052 - Pending PAs for Hotels or similar.pdf
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista dettaljata ta’ dawk l-applikazzjonijiet għall-permess ta’ żvilupp li ġew approvati fl-2023 u matul din is-sena, u li fl-iżvilupp kien hemm inkluż lukanda jew attività simili? Għal kull applikazzjoni jagħti:
i. Il-lokalità li tinsab fiha;
ii. X’qed jintalab li jiġi żviluppat;
iii. In-numru/referenza tal-applikazzjoni;
iv. Id-data tal-approvazzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dettalji mitluba. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkludu sew applikazzjonijiet fejn lukanda jew użi simili qed jiġu proposti li jinħalqu jew jiġu estiżi, kif ukoll dawk fejn l-użu huwa propost li jitneħħa. L-informazjoni inġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fit-3 ta’ Mejju 2024.
Attachments:PQ 19053 - Approved PAs since 2023 for Hotels or similar.pdf
Awtorità tal-Ippjananr – Azzjonijiet meħuda dwar applikazzjoni PA867/20
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7761 u 18721 dwar żvilupp li mhux kopert b’permess ta’ żvilupp, jista' l-Ministru jelenka l-azzjonijiet meħuda mill-Awtorità tal-Ippjanar minn mindu l-istess Awtorità ħadet konjizzjoni tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell dwar l-applikazzjoni PA867/20 sabiex dan l-iżvilupp li ma kienx kopert b’permess ta’ żvilupp jiġi konformi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar diġà tat ir-risposta tagħha fil-mistoqsija parlamentari 18721.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru u anqas l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma nefaq flus fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti.
Ir-Rabat (Għawdex) Triq Ġuże Ellul Mercer — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din il-Leġiżlatura hux ser titkompla Triq Ġużè Ellul Mercer, fir-Rabat Għawdex, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna u fl-aħħar xhur saret biss parti minnha u mhux it-triq kollha kemm hi? Jista’ jgħid għala saret parti biss minn din it-triq u ma saritx it-triq kollha kemm hi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol se jsir fiż-żmien li ġej.
Sejħa għal Kiri tar-Raba’ Vapur għall-Gozo Channel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex tinħareġ sejħa mill-Ministeru għal Għawdex 'for the hire of one ropax vessel under a time charter agreement (bimco ropaxtime)' biex jerġa’ jinkera r-raba’ vapur għall-Gozo Channel? Jista jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li toħroġ din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Gozo Channel qed tagħmel diskussjonijiet interni mad-dipartimenti kkonċernati dwar dan is-suġġett. Ladarba dawn id-diskussjonijiet ikunu ġew konklużi, jista’ jibda l-proċess biex tinbeda sejħa ġdida għall-offerti.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6083 (tat-Tlettax-il Leġislatura li ġiet imwieġba fit-13 ta' Ġunju 2018) u 8737 dwar fiex wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-Local Plans ta’ Malta u Għawdex, fejn dakinhar kien ġie mwieġeb li "x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta’ issues li huma ta’ natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ options differenti u li l-Awtorità tal-Ippjanar għaddejja bi studji varji, meħtieġa għal reviżjoni tal-Local Plans", jista’ l-Ministru jgħid x'sar f'dawn is-snin u x'inhu jsir fil-preżent u jekk il-Local Plans ta' Malta u ta' Għawdex humiex se jiġu riveduti matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interperllant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinbnew mill-ġdid toroq ġewwa ta' Klula f'Ta' Kerċem permezz ta' fondi tal-Unjoni Ewropea mill-programmi ta' fondi ta’ bejn is-snin 2014-2020 li ngħataw lill-Ministeru għal Għawdex ? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar u sena hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet qiegħda tinħadem.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari W89.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10780 li ngħatat fil-11 ta' Lulju 2023, dwar x'inhuma r-raġunijiet li Triq il-Pitkalija, fix-Xewkija Għawdex, ilha għal aktar minn tliet snin b'kisja waħda ta' asfalt u meta hi ppjanata li tingħata l-aħħar kisja sabiex din tkun lesta u fid-dawl li t-tweġiba kienet “tlabt lid-dipartiment ikkonċernat sabiex tali kisja tingħata”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex għaddew iktar min tliet xhur u din it-triq għadha b' kisja waħda asfalt u jgħid ukoll meta ser tingħata t-tieni kisja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol se jsir fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din il-Leġiżlatura hemmx ħsieb li jinstab post ġdid u tinbena fire station skont Standards Ewropej għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġewwa Għawdex, sabiex ilaħħaq mal-ħtiġijiet u bżonnijiet preżenti u futuri tal-gżira Għawdxija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinbnew mill-ġdid Triq Għajn Abdul u Triq Wied Juno li tgħaqqad ir-raħal ta’ Santa Luċija mar-raħal ta’ San Lawrenz, permezz ta' fondi tal-Unjoni Ewropea, mill-programmi ta' fondi ta’ bejn is-snin 2014-2020 li ngħataw lill-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar u sena hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol f'dawn l-imsemmija toroq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħda tinħadem is-sejħa għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet.
Ministeru għal Għawdex – Proġetti f’Għawdex taħt il-Programm The Connecting Europe Facility 2021-2027
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika sa issa jew hemm ħsieb li japplika għalihom sabiex isiru mill-programm ‘The Connecting Europe Facility 2021-2027’ u jgħid liema minnhom ġew aċċettati, liema ma ġewx aċċettati, kemm ingħataw flus s’issa u kemm se jingħataw flus lill-Ministeru għal Għawdex minn dan il-fond għal dawn il-proġetti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar huwa dejjem attent għall-applikazzjonijiet u opportunitajiet ta’ fondi Ewropej, inkluż il-Programm Connecting Europe Facility, u jekk jidentifika xi sejħa li hija ta’ benefiċċju għal Għawdex u li taqa’ taħt il-mandat tiegħu jissottometti l-applikazzjoni meħtieġa.
L-Imġarr, Malta — Tal-Palma - Enforcement notices maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ enforcement notices li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet f’Tal-Palma, limiti tal-Imġarr, Malta, mill-2005 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-azzjonijiet li l-Awtorità ħadet f’kull wieħed mill-każijiet u jelenka x’kienu l-effetti tal-azzjonijiet li l-Awtorità ħadet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ notifiki ta’ Twettieq u Infurzar, maħruga mill-Awtorità ta’ l-Ippjanar fiż-żona Tal-Palma limiti tal-Imġarr Malta, bejn 2005 u 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus ta’ EC/00144/08, x’kienu l-azzjonijiet li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet fir-rigward ta’ din il-kontravenzjoni u/jew illegalità u jelenka x’kienu l-effetti tal-azzjonijiet li l-Awtorità ħadet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li EC144/08 huwa każ magħluq, stante li kien sar żball billi l-plotting tas-sit ma kienx ikopri l-illegalitajiet suġġetti għal din in-notifika. Minħabba f’hekk inħarget notifika oħra f’ EC134/21.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus ta’ EC/00134/21, x’kienu l-azzjonijiet li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet fir-rigward ta’ din il-kontravenzjoni u/jew illegalità u jelenka x’kienu l-effetti tal-azzjonijiet li l-Awtorità ħadet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet Notifika ta’ Twettieq u Infurzar skont EC134/21 - maħruġa nhar il-15 ta’ Ottubru 2021 - li għadha attiva.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus ta’ EC/00868/00, x’kienu l-azzjonijiet li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet fir-rigward ta’ din il-kontravenzjoni u/jew illegalità u jelenka x’kienu l-effetti tal-azzjonijiet li l-Awtorità ħadet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li EC868/00 huwa magħluq stante li ġiet sottomessa applikazzjoni biex tissannzjona l-iżvilupp, PA5267/00, liema applikazzjoni ġiet approvata fit-2 ta’ Settembru 2003.
Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, relatati mal-Avviż Legali 96 tal-2023, Regolamenti dwar ir-Regolarizzazzjoni ta’ Żvilupp Eżistenti tal-2016, maqsuma lokalità lokalità, kemm minnhom ġew approvati, kemm minnhom ġew miċħuda u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dettalji mitluba tal-applikazzjonijiet għal regolarizzazjoni kompluti, li rċeviet l-Awtorità tal-Ippjanar, relatati ma’ siti li jaqaw jew f’Category 1 ODZ Settlement jew siti li jestendu parzjalment barra miż-Żona tal-Iżvilupp.
L-informazjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fid-29 ta’ April 2024.
Attachments:PQ 18727 - RG Applications In Cat 1 or Partly ODZ.pdf