Ir-Rabat Għawdex — Uffiċini tal-Kummissarju tat-Taxxi - ristrutturazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-natura tax-xogħlijiet ta' ristrutturazzjoni li qed isiru fl-uffiċini tal-Kummissarju tat-Taxxi tar-Rabat, Għawdex, meta bdew ix-xogħlijiet, meta dawn ix-xogħlijiet suppost jitlestew u kemm suppost ser jiswew dawn ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni, ristrutturar u retrofitting li qed isiru fl-uffiċini tal-Kummissarju għat-Taxxi fir-Rabat Għawdex huma parti minn proġett akbar li jinkorpora ċ-Ċentru Amministrattiv kollu. Dawn ix-xogħlijiet se jaraw it-tisbieħ tal-binja kollha. Dan il-proġett se jġib iċ-Ċentru Amministrattiv kollu aċċessibbli u konformi mal-istandards tas-saħħa u s-sigurtà.
It-tender għax-xogħlijiet tar-retrofitting u x-xogħlijiet strutturali issa ntrebħu. L-offerti l-oħra jinsabu fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni jew fil-proċess li jiġu ppubblikati. Ix-xogħlijiet issa bdew u l-proġett kollu mistenni li jieħu sa massimu ta' tliet snin biex jitlesta.
Ministeru għal Għawdex – impjegati self-employed — servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema impjegati self-employed sabiex jagħtu servizz lill-Ministeru f'Għawdex, sena b'sena mill-2010 'l hawn u x'inhi n-natura tal-ingaġġ tagħhom? Kemm hu t-tul ta' dawn il-kuntratti ta' ingaġġ u x’inhi r-rimunerazzjoni li qed tingħata għal dawn l-ingaġġi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħaddiema ngaġġati mal-Ministeru jiġu ngaġġati skont ir-regoli tas-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-aħħar ġie mnaddaf Wied il-Lunzjata u xi pjanijiet hemm sabiex jitnaddaf mill-ġdid?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għaddej bit-tħejjija tad-dokumenti neċessarji sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex issir rijabilitazzjoni tal-wied. Diġa tħejja l-Ecological Survey tal-wied.
Ir-Rabat Għawdex – Triq Wied il-Lunzjata – problema tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid għandux xi pjanijiet sabiex tiġi solvuta l-problema tal-ilma kull meta tagħmel ix-xita fi Triq Wied il-Lunzjata fir-Rabat, Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għaddej bil-pjanijiet neċessarji għal din it-triq.
Għawdex – Innovation hub – Direct orders għal tindif
Question
Jista' l-Ministru jispjega għalfejn skont il-lista ta' kuntratti tal-offerti dipartimentali ppubblikati skont l-artiklu 111(2) ta' L.S.601.03 li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-1 ta' Novembru 2020, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex ta sitt ordnijiet diretti għal tindif fl-Innovation Hub fl-ammont ta' €8,422.4 kull darba? Għala ma saritx sejħa għall-offerti u għala dan il-kuntratt ingħata mill-Ministeru għal Għawdex meta s-sit in kwistjoni hu amministrat minn Indis Malta Ltd?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-miżura saret b’mod temporanju sakemm l-Indis Malta jibdew s-servizz tagħhom wara sejħa pubblika.
Direct Orders – servizz ta’ sigurtà fil-car park tal-Iskola tas-Subien f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jispjega għalfejn skont il-lista ta' kuntratti tal-offerti dipartimentali ppubblikati skont l-artiklu 111(2) ta' L.S.601.03 li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-1 ta' Novembru 2020, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex ta tliet ordnijiet diretti għal servizzi ta' sigurtà fil-carpark tal-Iskola tas-Subien li jammontaw għal aktar minn €20,000? Għalfejn ma saritx sejħa għall-offerti u għalfejn dan il-kuntratt ingħata mill-Ministeru għal Għawdex meta s-sit in kwistjoni hu amministrat mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħarġet sejħa pubblika u m’għadx hemm ordnijiet diretti.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn is-sala "Maria Lauretana" f'Għajnsielem, Għawdex inkriet għall-perjodu ta' għaxar snin u kemm-il darba ntużat s'issa u għal liema skop intużat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li s-sala ‘Maria Lauretana’ f’Għajnsielem ġiet mikrija biex tintuża bħala Day Centre għall-Anzjani. Minħabba l-pandemija kien hemm żmien fejn id-Day Centres f’Malta u Għawdex kienu magħluqa, pero’, id-Day Centre reġa’ beda jilqa’ lill-anzjani fit-8 ta’ Ġunju 2021.
Kumpanija – Direct Orders għal xandir ta’ riklam fuq radio
Question
Jista' l-Ministru jispjega għalfejn ingħatat ordni diretta ta' €15,075.36 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex jixxandru 1,188 reklam fuq Bay Radio? X'kien l-iskop ta' din il-kampanja pubbliċitarja u għalfejn ma saritx sejħa għall-offerti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tal-kampanja pubbliċitarja kien li tkopri l-avvenimenti varji organizzati fl-2020. Ingħatat ordni diretta ta’ €15,075.36 lill-kumpanija Eden Entertainment Ltd, li huma d-detentur maniġerjali tar-radju 89.7 Bay, peress li l-istess stazzjon tar-radju kien ikklassifika bħala wieħed mill-aqwa fil-gżejjer u għalhekk seta’ jiżgura l-akbar udjenza possibbli.
Nixtieq nirrimarka li minħabba l-pandemija ħafna mill-avvenimenti li kien hemm ippjanati fis-sena msemmija ġew ikkanċellati, għalhekk l-ammont finali li tħallas kien dak ta €5,130.52.
Buses li jaħdmu bl-elettriku – electric chargers – direct order
Question
Jista' l-Ministru jispjega għalfejn ingħatat ordni diretta ta' €217,036.96 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-electric chargers għall-buses li jaħdmu bl-elettriku? Għalfejn ma saritx sejħa għall-offerti jew għalfejn dawn iċ-chargers ma ġewx inklużi mas-sejħa għall-offerti għal dawn il-buses? S'issa kemm intużaw dawn iċ-chargers ġaladarba dawn il-buses għadhom ma bdewx jintużaw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-electric chargers kellhom jinxtraw mingħand l-istess kumpanija li forniet l-electric buses għaliex dawn jinnegozjaw communication protocol uniku mal-electric buses qabel jibda ċ-charging process.
Għalhekk kien mandatorju li l-
electric chargers
ikunu jaqblu kompletament mal-
electric buses
u l-uniku mod li dan seta’ jsir kien billi jinxtraw direttament mingħand il-fornitur tal-
electric buses
. Iċ-
chargers
intużaw biex iżommu lill-batteriji ċċarġjati skont skeda ta’ manteniment.
Ministeru għal Għawdex — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender li għalqet fil-15 ta' Frar 2021 'GCOL C 05/2020 (MPU) Subject CONCESSION FOR THE RUNNING OF CAFETERIA OUTLETS AT GOZO CHANNEL (OPERATIONS) LIMITED MGARR AND CIRKEWWA TERMINALS', jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala f'Marzu 2021 din l-imsemmija tender l-ewwel ġiet irrakomandata li tiġi awarded iżda imbagħad b'dawn l-aħħar ġranet din it-tender ġiet ikkanċellata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li jagħlaq il-proċess tat-tender, il-Gvern ħabbar li kien se jibda jopera s-servizz tal-Fast Ferry bejn Malta u Għawdex, b'mod imminenti. Fil-fatt tali servizz diġa beda jopera xi ġimgħat ilu. L-Evaluation Committee dehrlu li dan is-servizz kien se jkollu mpatt fuq it-turnover tal-kafetterija tat-Terminal. Għaldaqstant l-Evaluation Comittee issuġġerixxa li dan it-tender ma jiġix allokat u għaldaqstant jiġi kanċellat a tenut tal-klawsola 18.3(b) tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Tenders li tipprovdi: ‘the economic or technical parameters of the project have been fundamentally altered’; .
'NEGOTIATED PROCEDURE FOR THE PROVISION OF ACCOMODATION FOR ELDERLY PERSONS IN GOZO' MG 316/2017/pt
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21122 u jispjega u jgħid fiex tikkonsisti u kemm hi stmata li ħa tiġi tiswa globalment in-'NEGOTIATED PROCEDURE FOR THE PROVISION OF ACCOMODATION FOR ELDERLY PERSONS IN GOZO' MG 316/2017/pt1? Jista’ jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex ma ħarġitx tender biex jiġi offrut dan is-servizz ta’ akkomodazzjoni għall-anzjani ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid kemm-il sena ilu jiġi awarded dan is-servizz permezz ta' Negotiated Procedure u kemm kienet is-somma globali sa issa li l-Ministeru għal Għawdex ħallas u lil min ħallas?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-'NEGOTIATED PROCEDURE FOR THE PROVISION OF ACCOMODATION FOR ELDERLY PERSONS IN GOZO' MG 316/2017/pt1 għall-perjodu ta’ April sa Awwissu 2021, għal ħamsa u ħamsin sodda, qiegħda tiġi stmata li se tiswa €474,650.00 excl. VAT. Is-servizz ilu jingħata mis-sena 2017 minn Health Services Gozo Ltd. Is-servizz ingħata permezz ta’ Negotiated Procedure minħabba limitazzjonijiet fis- suq. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-somma globali li ħallas il-Ministeru għal Għawdex.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 7106 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 495, nhar it-Tlieta, 12 ta' Ottubru 2021
Attachments:PQ 21828 - NEGOTIATED PROCEDURE FOR THE PROVISION OF ACCOMODATION FOR ELDERLY PERSONS IN GOZO.pdf07106.pdf
Ir-Rabat Għawdex — Triq Pompei - traffic management
Question
Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li Triq Pompei fir-Rabat, Għawdex issir one way bit-traffiku kollu li jkun ġej minn erba' toroq arterjali jintefa' ġo triq sekondarja u dejqa bħalma hi Triq Pompei? Jista' jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux ilmenti mir-residenti u jekk huwa ltaqax mal-istess residenti? Jista' jgħid jekk hux se jieħu ġassi biex itaffi l-konsegwenza koroh, inkluż duħħan u arja ħażina, li qed isoffru r-residenti ta' din it-triq? Jaf li hemm anzjani li spiċċaw ma jistgħux joħorġu minn djarhom bl-ammont enormi tat-traffiku li ntefa' f'din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol tal-bini tal-Mużew ġdid f'Għawdex u meta hu previst illi l-mużew jinfetaħ għall-pubbliku? Kemm hu previst li ser jiġi jiswa dan il-mużew, x'finanzjament ewropew hemm għall-bini tiegħu u kienx hemm xi fondi ewropej li ntilfu minħabba fid-dewmien fit-twettiq ta' dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ skavar, kostruzzjoni u restawr tal-proġett tal-Mużew ta’ Għawdex jinstabu fl-aħħar fażijiet tagħhom. Hu previst li l-Mużew ta’ Għawdex jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku għal l-aħħar tal-2022. Peress li s-sejħa għall-offerti tal-fit-out tender għadha qed tinħadem, iċ-ċifra globali eżatta ta’ kemm se jigi jiswa l-Mużew ta’ Għawdex tkun imħabbra aktar ‘il quddiem.
Waqt ix-xogħolijiet ta’ skavar instabet żona arkaeloġika ta’ madwar 960 metru kwadru tal-perjodu Ruman, li qatt ma instabet bħalha f’pajjiżna, u taħt is-superviżjoni u pariri tas- Sovratendenza tal-Wirt Kulturali ġiet mikxufa, protetta u integrata fil-Mużew ta’ Għawdex.
Għall-informazzjoni addizzjonali nitlob lill-Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 17678.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21005 u ċjoè: B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 16506 u 19663, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-koordinamenti u jekk ġewx finalizzati u x'fadal isir bejn il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-Ministeru għal Għawdex 'sabiex jibda jiġi offrut servizz ferm importanti u bżonnjuż ta’ Park & Ride għall-Għawdxin li jridu jaqsmu lejn Malta, sabiex possibbilment jibda jingħata servizz ta’ trasport lill-istudenti Għawdxin minn lokalitajiet oħrajn għall-Imġarr' permezz tas-sitt coaches li jaħdmu bl-elettriku li nxtraw mill-Ministeru għal Għawdex b'fondi tal-Unjoni Ewropea u li waslu Għawdex f’nofs Ġunju tas-sena 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju, m’għandi xejn xi nżid mat-tagħrif mogħti diġa’ fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19663.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17180 li ġiet imwieġba fid-9 ta' Novembru 2020 fejn intqal li għad fadal xi xogħlijiet minuri li jridu jitlestew qabel joħorġu ċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa rigward xogħlijiet li saru ftit tax-xhur ilu mill-Ministeru għal Għawdex fuq parti minn Triq Ta' Ġorf ġewwa x-Xagħra Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva minn min saru, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-testijiet mitluba li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 21795 - Xagħra Għawdex – Triq Ta’ Ġorf - xogħlijiet.pdf
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol neċessarju fil-Korsa taż-Żwiemel f'Ta Xħajma biex parti minnha tkun tista' tintuża mill-atleti Għawdxin li jipprattikaw f'dan il-post? Jista' jikkonferma li sena u tlett xhur ilu kien wiegħed lil dawn l-atleti li kellu jsir ix-xogħol neċessarju, jista jghid sal-lum x' sar u x' baqa jsir?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Gvern qed jagħmel l-akbar investiment li qatt sar f’Għawdex, b’mod partikolari dak taċ-Ċentru Akwatiku u Sportiv. Filwaqt li l-Interpellant qed jgħid li ilu sena u tlett xhur biex isir x-xogħol neċessarju, l-Interpellant donnu nesa’ li Partit Nazzjonalista għamel għoxrin sena jwiegħed pixxina ta’ daqs olimpiku u minn dan kollu m’għamel xejn.
Ministeru għal Għawdex – sejħa għal Tradesman/Senior Tradesman
Question
B'referenza għas-sejħa interna li ħarġet f’Jannar 2021 ta' Tradesman/Senior Tradesman (Carpenter) fil-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għal din is-sejħa, kemm minnhom kienu eliġibbli, kemm kien ilhom jaħdmu mas-Servizz Pubbliku u xi grad kienu, kemm minnhom għaddew, u kemm minnhom ingħataw s’issa l-promozzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Capacity Building tal-Ministeru għal Għawdex għal diversi sejħiet jinbidel minn żmien għal żmien, skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21441 u jispjega fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li saret f'dawn l-aħħar ġranet mill-Ministeru għal Għawdex quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA): DS/00126/21 Location of development: Site at, tal-Ġordan, Triq il-Lanterna, Għasri Description of works: Consolidation works of dangerous rock faces? Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġranet inbdewx jew sarux xi xogħlijiet f'dawn l-akkwati (area) li hemm imsemmija f'din l-applikazzjoni (site plan) u jekk iva kif inbdew u saru xogħlijiet u għad m’hemmx il-permessi meħtieġa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif jindika t-titlu tal-permess DS/00126/21, dan il-proġett jitratta xogħol ta’ konsolidament tal-ġebel li qed jaqa’ u li jista jkun ta’ periklu għall-viżitaturi. Il-konsolidament se jsir billi l-ġebel jigi infurrat b’xibka u b’boltijiet skont il-ħtieġa. Ix-xogħlijiet bdew immedjatament u mistennija jintemmu fil-ġimgħat li ġejjin. Il-permess fuq dan ix-xogħol huwa propju dak ikkwotat u ġie approvat fit-18 ta’ Mejju 2021.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet fuq Triq San Piju XII fil-Qala Għawdex:
a. Mogħdija ta' servizzi ġodda, partikolarment dak tal-ilma li fil-preżent
jasal għand ir-residenti mdardar u kollu sadid; u
b. Wiċċ ġdid li jixraq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferu din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.