Legislature:
Category:
Reset
Active:

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — kelliem responsabbli għal dan l-iżvilupp

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, u b'referenza għall-fatt li jekk dawn l-għanijiet ma jintlaqgħux, pajjiżna jispiċċa jirċevi aktar immigranti illegali, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkunsidra li jinnomina kelliem min-naħa tal-Gvern speċifikament responsabbli li jikkordina dan l-iżvilupp importanti bejn pajjiżna u dawn il-pajjiżi u popli inkwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li ġie preżentat mill-Maghreb biex jilħaq l-għanijiet tiegħu sal-2030?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — konsulenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm għandu konsulenti bħalissa l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin? Min huma, kemm qed jitħallsu u x’arranġamenti kuntrattwali għandhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Malta il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandu konsulent lil Professur David Attard li qed fuq kuntratt ta' sena u jitħallas €11,646 kull sena.

Laqgħa fuq is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5 + 5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk rappurtati fl-Agence Europe nhar is-7 ta Frar, tant li nikwota "the Algerian Minister for Agriculture and Rural Development, Rachid Benaissa, is reported by the agency as having underlined the comparative advantages and assets of the Euro-Mediterranean region, and of pointing out that “all forms of partnership between operators, institutions and organisations in our different countries will be welcome”, kif ukoll nikkwota; "the Arab Maghreb Union (AMU), to which five of the Southern Rim Countries belong, presented a plan for improving food security and for modernising agriculture in the Maghreb by 2030, in addition to a programme for action to combat desertification. The European Commission, which played a part in the meeting, spoke of its willingness to contribute to this kind of cooperation, all the more as the southern Mediterranean countries are faced with food production that, in recent decades, has not been sufficient to meet the growing demand for food due to the growth in population. The Maghreb zone remains a net importer of farm produce. (FB/transl.jl) , jista l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma min attenda min-naħa Maltija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li din id-delegazzjoni għamlet lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin abbażi ta' din il-laqgħa?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħa fuq is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — rwol ta' Malta

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhu r-rwol ta' pajjiżna f'dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħa dwar sigurtà tal-Ikel fil-Maghreb — nefqa

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma kemm hija n-nefqa li se tinvolvi lil pajjiżna u lill-Unjoni Ewropea għat-twettiq ta' dawn il-pjanijiet?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'tip ta' għajnuna beħsiebha tagħti Malta biex timbotta dawn l-għanijiet importanti?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-Ikel fil-Maghreb — parteċipazzjoni diretta fil-proġett

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx ħsieb li Malta tipparteċipa direttament fi proġetti f'dawn il-pajjiżi?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-preżent ma għandu persuna impjegata full-time li hi self-employed. Għandu persuna pensjonanta waħda self-employed li tagħmel xogħol għal numru ta' sigħat fil-gimgħa fil-librerija tal-Ministeru.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — kuntratti għas-servizz ta' skrivani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill- Onorevoli Interpellant li fl-2011 ma sar ebda kuntratt ta' dan it-tip għal servizz ta' skrivani f'Malta mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012 huma: Personal Emoluments: € 155,663 Operational and Maintenance Expenses: € 383,000 Programmes and Initiatives: € 168,000 Contributions to Government Entities: € 9,000

Rappreżentant konsulari mill-Ambaxxata Kanadiża

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid meta rappreżentant konsulari mill-ambaxxata Kanadiża li hija f'Ruma se jiġi nominat hawn Malta peress li dan in-nuqqas qiegħed jikkawża hardship kbir lill-ħafna familji f'Malta li sempliċement għall-attestazzjoni tal-firma, wieħed ikun mitlub imur Ruma?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nifhem li n-nuqqas ta' Konslu Onorarju Kanadiż f''Malta jista jikkawża diffikultajiet għal persuni Maltin li għandhom bżonn is-servizz tiegħu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nomina ta' Konslu Onorarju għall-Kanada f'Malta trid issir billi l-Gvern tal-Kanada jipproponi lil xi persuna għal din il-kariga. Ir-rwol tal-Ministeru tiegħi tkun li japprova jew le in-nomina ta' din il-persuna. S'issa għadha ma waslet ebda nomina għal din il-pożizzjoni.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru m'għandux entitajiet pubbliċi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipatimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2011 sar pagament mill-Head Office, Malta ta' €11,646 lil Konsulent Legali li qed fuq kuntratt fuq bażi ta' sena biex jagħti konsulenza legali u wkoll ħlas mill-Ambaxxata u l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea fi Brussell ta' €33,086 għal konsulenzi legali meta dawn is-servizzi kienu meħtieġa (as required). Ninforma li l-Konsulent Legali f'Malta hu Prof David Attard u fi Brussell hu Uffiċċju ta' Konsulenza Legali Lorenz

It-Trattat tal-ACTA

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma l-Kamra jekk skont il-pariri legali li ngħatawlu huwiex meħtieġ li, ai termini tal-Kap 304 tal-Liġijiet ta' Malta, l-ACTA jiġi approvat mill-Kamra tar-Rappreżentanti f'każ li l-Gvern ikun irid jirratifika dan it-Trattat jew inkella hijiex biżżejjed il-firma tal-Ministru konċernat biex isir mhux biss l-iffirmar imma anke r-ratifika tat-Trattat in esami? X'beħsiebu jagħmel il-Gvern dwar l-ACTA in vista tal-kritika qawwija u fil-fehma tal-interpellant ġustifikata li qamet mhux biss f'Malta imma mal-Ewropa kollha?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat

informazzjoni dwar stennija ta' ċittadinanza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet għal ċittadinanza doppja, li iżda għadhom mhux aċċettati? Minn liema pajjiżi ġejjin dawk li qed jitolbu li jkollhom ċittadinanza doppja, b'numri għal kull pajjiż?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li lill-Gvern Malti ma ssirlu l-ebda talba għaċ-ċittadinanza doppja. Il-Gvern Malti jista' jagħti jew jikkonferma biss iċ-ċittadinanza Maltija u l-ebda ċittadinanza oħra. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li mis-sena 2000 'l hawn kull ċittadin Malti li għandu fil-pussess tiegħu ċittadinanza barranija jista' jżomm din iċ-ċittadinanza ma' dik Maltija.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul 2011 ġew ingaġġati 14 impjegat ġdid mad-dipartimenti li.jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi wara sejħa pubblika permezz tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dan in-numru ma jinkludix locally engaged personnel li huma ħaddiema ingaġġati mill-Ambaxxati u Uffiċċji Rappreżentativi ta' Malta li jinsabu barra minn Malta.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Ageing Report Economic and Budgetary Projections

Question

Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtu u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Jista' jgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, hu responsabbli għal dan l-eżerċizzju ta' projections ekonomiċi u finanzjarji, nistieden l-Onorevoli Interpellant sabiex jidderiġi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.

Applikazzjonijiet pendenti fuq naturalizzazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal dawk li huma naturalizazzjoni, bħalissa, quddiem id-dipartiment ikkonċernat? Minn liema pajjiżi huma dawk li qed jitolbu li jiġu naturalizzati Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.