B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3858, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex hemm dewmien fix-xogħlijiet fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta meta kien ġie ddikjarat mill-Ministru ta' qabel illi dawn ser ikunu lesti fis-sena 2027?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm hemm mediċini fuq il-Formolarju tal-Gvern li jiġu offruti b’xejn? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-ogħla tliet mediċini u għal liema kura jiġu użati?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li bħalissa, hemm 1,388 mediċina elenkati fuq il-Formolarju tal-Gvern li jiġu offruti lill-pazenti bla ħlas. Ta’ min jinnota li l-prezz waħdu mhux dejjem jirrifletti l-ispiża tat-trattament, peress li l-mod u t-tul tal-użu jvarjaw bejn mediċina u oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħmel elenku tax-xogħol li sar fil-bereġ madwar Malta u Għawdex mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li mill-2020 'il quddiem, id-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja kompla jwettaq pjan estensiv ta' mmodernizzar u ftuħ ta' kliniki fil-komunità (bereġ) madwar Malta u Għawdex. Permezz ta’ investiment kontinwu, infetħu jew ġew ipprovduti mill-ġdid servizzi f’dawn il-bereġ li qed iservu biex iressqu l-kura tas-saħħa eqreb lejn iċ-ċittadini. Il-lokalitajiet fejn infetħu jew ġew rinovati dawn il-bereġ mill-2020 'il quddiem jinkludu dawn li ġejjin, imqassma skont ir-reġjuni:
Reġjun Nofsinhar u Port
• Marsaxlokk
• Ħaż-Żabbar
• Ħal Tarxien
• Santa Luċija
• Il-Fgura
• Iż-Żejtun
• Ħal Għaxaq
• Il-Gudja
• Iż-Żurrieq
• Ħal Safi
• Birżebbuġa
• Marsaskala
• Il-Kalkara
• Il-Qrendi
Reġjun Ċentrali u Tramuntana
• Il-Ħamrun
• Ħ’Attard
• Ħad-Dingli
• Tal-Pietà
• Il-Mellieħa
• Il-Belt Valletta
• Ta' Xbiex
• Tas-Sliema
• In-Naxxar
• L-Iklin
• Ħal Għargħur
• Is-Siġġiewi
• San Ġiljan
• L-Imġarr
Għawdex
• L-Għarb
• Il-Qala
• Ix-Xewkija
Ministeru għas-Saħħa – Helplines – Persuni li għamlu użu
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni użaw il-helplines ikkoordinati mill-Ministeru għas-Saħħa u jaqsam l-informazzjoni skont il-helpline relattiv?
Ċentri tal-Kura Primarja – Investiment f’manutenzjoni u tisbiħ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa l-valur f’termini ta’ flus li kienu investiti f’ċentri ta’ kura Primarja madwar Malta u Għawdex (minbarra l-isptar reġjonali Ċensu Moran), biex saret manutenzjoni jew tisbiħ?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li l-ispiża totali fuq tisbiħ, tiswijiet u manutenzjoni, kif ukoll investimenti kapitali oħra, inkluż għamara, fixtures u fittings oħra relatati ma’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u titjib, f’ċentri ta’ Kura Primarja għas-snin 2020 sa Settembru 2026, hija ta’ €12,818,278.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu fl-Isptar Mater Dei preżentement, maqsuma skont il-linja tal-mediċina li jipprattikaw fiha?
Sptar Reġjonali Ċensu Moran – Persuni li għamlu użu mis-servizzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ pazjenti li għamlu użu minn xi wieħed mis-servizzi offruti mill-isptar reġjonali Ċensu Moran, mill-ftuħ tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3080, 3314 u 3862 u jgħid kemm kien il-baġit allokat lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Anzjani fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm effettivament intnefaq minn dawn l-allokazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-estimi finanzjarji tas-snin relattivi li kopja tagħhom diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kriterji kliniċi użati għall-imwiet bi sħana eċċessiva
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3183 u 3583 u jgħid liema definizzjoni, kriterji kliniċi, kriterji epidemioloġiċi u metodoloġija jintużaw mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex mewta tiġi identifikata u kklassifikata bħala relatata mas-sħana eċċessiva?
Jista’ jispeċifika:
(a) liema kodiċijiet tal-ICD-10 jintużaw, inklużi X30 u T67 u s-sottokategoriji tagħhom;
(b) jekk jiġux eżaminati kemm il-kawża prinċipali kif ukoll il-kawżi sekondarji jew kontributorji fuq iċ-ċertifikat tal-mewt;
(c) jekk jitqisux ir-rekords mediċi u tal-isptar, iċ-ċirkostanzi tal-esponiment u d-data meteoroloġika;
(d) kif jiġu identifikati każijiet fejn is-sħana aggravat kundizzjoni kronika jew kundizzjoni eżistenti; u
(e) jekk il-metodoloġija hijiex konformi mal-linji gwida tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u mal-prattika Ewropea rikonoxxuta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet jikkodifika l-kawżi tal-mewt skont l-ICD-10 u l-linji gwida tal-WHO. Għall-imwiet relatati mas-sħana jintużaw il-kodiċijiet X30 u E86, filwaqt li T67 ma tistax tintuża bħala kodiċi prinċipali.
Fil-kodifikazzjoni jiġu kkunsidrati l-kawżi prinċipali u sekondarji, kif ukoll informazzjoni medika u meteoroloġika rilevanti.
Barra minn hekk, permezz tal-koperazzjoni mal-Euromomo, ir-Reġistru jissorvelja l-imwiet ta’ kull ġimgħa. Il-mortalità eċċessiva, jiġifieri l-imwiet li jaqbżu n-numru mistenni għal dak iż-żmien tas-sena, tgħin biex jiġi evalwat l-impatt tal-mewġiet ta’ sħana, inkluż fuq persuni b’kundizzjonijiet kroniċi.
Persuni li mietu b’heatstrokes fl-2023, 2024, 2025 u 2026
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3182 u 3582 u jgħid f’Malta u f’Għawdex, separatament, matul ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru tas-snin 2023, 2024, 2025 u 2026, kemm ġew irreġistrati mwiet li fihom minħabba l-esponiment għal sħana naturali eċċessiva, heatstroke, sunstroke, ipertermija jew kundizzjoni oħra relatata mas-sħana kienu rreġistrati bħala:
(a) il-kawża prinċipali tal-mewt; jew
(b) kawża sekondarja, kontributorja jew fattur li kkontribwixxa għall-mewt?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont ix-xahar, separatament għal Malta u Għawdex, is-sess, gruppi ta’ età 0–64, 65–74, 75–84 u 85 sena jew aktar?
Jista’ jgħid ukoll, għall-istess perjodi, kemm kienu:
(a) l-imwiet osservati minn kull kawża;
(b) l-imwiet mistennija skont il-baseline użat mill-awtoritajiet;
(c) l-excess all-cause mortality waqt perjodi ta’ temperaturi estremi u heatwaves; u
(d) l-għadd stmat ta’ mwiet attribwibbli għal temperaturi għoljin, inklużi mwiet li fihom is-sħana ma ġietx imniżżla fuq iċ-ċertifikat tal-mewt iżda setgħet wasslet għall-aggravament ta’ kundizzjoni eżistenti, fosthom mard kardjovaskulari, ċerebrovaskulari, respiratorju jew renali, id-dijabete u kundizzjonijiet relatati mas-saħħa mentali?
Jista’ jipprovdi dawn l-istimi bħala għadd ta’ mwiet u bħala rata għal kull 100,000 persuna, flimkien mal-intervalli ta’ kunfidenza jew miżura oħra tal-inċertezza statistika? Fejn id-data għall-2026 għadha mhix finalizzata, jista’ jipprovdi l-aħħar data proviżorja disponibbli, jindika d-data sa meta tkopri u jgħid meta mistennija tkun disponibbli d-data finali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istatistika miksuba mir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet ma tinkludix biss l-imwiet ikkawżati minn heatstroke u għaldaqstant ma għandiex figuri għat-talbiet li saru.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk huwiex qed jikkunsidra li dawk in-nisa li għalqu s-70 sena li jixtiequ jibqgħu jagħmlu breast screening jkunu eliġibbli jagħmlu dan? Jekk iva, jista' jgħid meta ser ikunu jistgħu jagħmlu dan?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont il-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea (ECIBC), il-livell ta’ ċertezza tal-evidenza fl-iskrinjar tan-nisa f’dik l-età huwa ta’ benefiċċju baxx ħafna.
Testijiet ta’ Breast Screening minn eta ta’ 45 sena
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikun qed idaħħal il-miżura msemmija fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista li jibda jsir breast screening mill-età ta' 45 sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Manifest elettorali għandu 5 snin sabiex jigi mwettaq. Madanakollu ninsab infurmat li t-tnaqqis fl-età tal-iskrinjar għandu jiġi implimentat b’mod gradwali, f’fażijiet, peress li l-iskrinjar isir kull sentejn.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità - Professjonisti esterni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3316 u 3860 u jgħid kemm-il konsulent, advisor, espert jew professjonist estern kien ingaġġat mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità matul l-2024, l-2025 u l-2026, maqsuma sena b’sena u għal kull persuna jew entità, jagħti l-isem, is-servizz jew il-konsulenza mogħtija, id-data tal-ħatra, it-tul tal-kuntratt u l-valur totali tal-kuntratt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ingaġġar tal-konsulenti mal-Ministeru jsir skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 385 jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta għalaq it-terminu tal-Kunsill għall-Anzjani?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3725 u 3924 u jgħid x’miżuri konkreti qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tas-suwiċidju f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni jinsabu attwalment fuq il-lista ta’ stennija għas-servizzi tas-saħħa mentali offruti mill-Gvern, x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija għal dawn is-servizzi, u kif qed jiġi assigurat li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw għajnuna psikoloġika immedjata?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed tiġi implimentata l-Istrateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju 2026–2031, li għandha l-għan li ssaħħaħ l-identifikazzjoni bikrija, l-intervent f’waqtu u l-aċċess għal servizzi xierqa ta’ kura u appoġġ. F’dan ir-rigward, qed jiġu mplimentati diversi miżuri, fosthom qed jitħejjew programmi ta’ taħriġ specjalizzat, sensibilazzazzjoni publika, Helpline 1579, riċerka u monitorapġġ fost oħrajn.
Is-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa Mentali jiżguraw li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw assistenza professjonali f’waqtha permezz ta’ sistema ta’ valutazzjoni inizjali u prijoritizzazzjoni tal-każijiet skont il-livell ta’ riskju u l-urġenza klinika. Dan isir permezz tas servizzi tal-Emerġenza Psikjatrika, il-linja Nazzjonali tas-Saħħa Mentali 1579 u Kontinwità tal-Kura u Appoġġ Psikoloġiku.
Servizz ta’ riferiment lejn sptarijiet privati – Pazjenti li bbenefikaw
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ibbenefikaw pazjenti mis-servizz li permezz tiegħu pazjenti b’każijiet ta’ emerġenza mhux ikkumplikati kienu jiġu riferuti lejn sptarijiet privati, minn meta ġie introdott dan is-servizz f’Jannar 2025? Jista’ jgħid ukoll f’liema data ġie sospiż dan is-servizz u x’kienu r-raġunijiet għal din is-sospensjoni?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija pubblika PR261792 datata 24 ta’ Ottubru 2026 li tinsab fuq is-sit elettroniku
www.doi.gov.mt
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm wasal tilqim tal-influwenza f'Malta, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għas-Saħħa għandu biżżejjed dożi tat-tilqima kontra l-influwenza sabiex ikopri l-ammonti meħtieġa għall-kampanja ta' din is-sena. Nieħu l-okkażjoni sabiex inħeġġeġ lill-Onor. Interpellant, kif ukoll lill-pubbliku inġenerali, sabiex ukoll jieħu t-tilqima.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 3295 u jgħid kemm kien hemm riferti għal mole mapping f’dawn l-aħħar ħames snin u x’kien il-perjodu ta’ stennija, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li t-taqsima tal-Illustrazzjoni Medika (Medical Illustration Unit), fi ħdan l-isptar Mater Dei, rċeviet għadd ta’ talbiet għall-immappjar tal-għazz (mole mapping), tul dawn l-aħħar 5 snin, kif ġej:
Sena
Numru ta’ pazjenti riferuti
2022
82
2023
96
2024
110
2025
155
2026 (sat-22 ta’ Ottubru)
155
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3294 u jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ għazz (moles) li tneħħew minħabba li kien hemm riskju ta’ kanċer, kemm minnhom kienu kanċer u kemm minnhom kienu severely dysplastic?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-10 ta’ Ottubru 2026, tneħħew 2,300 għazz. Dawn jinklidu 275 każ ta’ ‘dysplastic naevi’. Din iċ-ċifra tinkludi l-każijiet kollha ta’ ‘dysplastic naevi’ u ma tagħmilx distinzjoni bejn il-livelli differenti ta’ displasja.
Huwa importanti li jiġi nnotat li dawn iċ-ċifri huma approssimattivi. Barra minn hekk, l-għazz jistgħu jitneħħew għal diversi raġunijiet u mhux neċessarjament minħabba riskju ta’ kanċer.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3292 u jgħid sa kemm huwa validu t-tender tal-uniformijiet preżenti?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema tender qiegħed jirreferi.