Legislature:
Category:
Reset
Active:

Organizzazzjoni volontarja — Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20498 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm ingħataw fondi lill-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Settembru 2019 u Settembru 2024, l-organizzazzjoni volontarja msemmija ingħatat total ta’ €3,664,701 li jkopru servizzi ta’ Lifeguards f’diversi bajjiet f’Malta, Għawdex u Kemmuna, u First Aid Ambulance waqt avvenimenti li torganizza l-MTA.

Valletta — Pageant of the Seas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa l-Valletta Pageant of the Seas u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, rendikont ta’ kif intefqu l-flus, bid-dettalji ta’ min tħallas minn dan il-Pageant li dam sagħtejn? Jista’ jgħid ukoll kif ingħataw it-tenders?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Belt, Valletta — Dar il-Mediterran għall-Konferenzi - Slaves Hall

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa b’kollox ir-restawr tal-iSlaves Hall ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta u jagħti rendikont ta’ kollox separatament? Jista’ jgħid kemm fondi Ewropej intużaw għal dan il-proġett? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed jerġa' jsir xi xogħol ieħor f'din is-sala u jsemmi għalxiex u kemm hi n-nefqa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investiment li sar fl-iSlaves Hall ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi sewa €1,014,058 li minnhom €537,882 ġew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea. Permezz ta’ dan l-investiment, spazju mitluq u bla użu, ġie konvertit f’lok prestiġġjuż ideali għall-konferenzi, laqgħat u esibizzjonijiet. Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa mhu jsir l-ebda xogħol ieħor f’dan is-sit.

Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi — Ballu tal-Karnival ‘Carnevale’ - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Ballu tal-Karnival, bl-isem ta’ ‘Carnevale’ li sar ġewwa d-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi tas-snin 2022 u 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal diversi snin, it-tmexxija tal-MCC ikkunsidrat il-possibilita’ li tittella’ attivita’ ta’ kwalita’ f’dawn ix-xhur imsejħin “shoulder months”. Fl-2023 tnieda l-ballu tal-karnival imsejjaħ Ballo in Maschera. L-intenzjoni wara din l-għażla kienet illi jiġi provdut spettakklu li jappella kemm għal Maltin kif ukoll għat-turisti li jżuruna f’dawn il-żminijiet tas-sena. Dan l-avveniment offra wkoll spazju adekwat lil diversi artisti lokali minn dixxiplini diversi biex jesponu t-talenti tagħhom. Dan l-avveniment kompla jikkonsolida lil Malta u ċ-Ċentru tal-Konferenzi fin-niċċa kulturali imsejsa fuq realtajiet storiċi. In-nefqa kienet ta’ €101,212.

Baħar iċ-Ċagħaq — Latrina Pubblika

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19637 u 20677, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ fejn u kif ser issir il-latrina pubblika f'Baħar iċ-Ċagħaq u meta hu mistenni li jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din il-latrina?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ fejn se ssir il-latrina. Din il-latrina se tkun waħda mis-Self Cleaning Public Toilets li se jibdew jiġu introdotti f’pajjiżna mis-sena d-dieħla.

Mediterrane Film Festival — Rapport tan-nefqa

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20676 u 20767, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kopja tar-rapport dwar in-nefqa għall-Mediterrane Film Festival tqiegħedx fuq il-Mejda tal-Kamra u jekk le, meta hu mistenni li jkun lest u jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kif appena jkun lest.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna waħda fis-Segretarjat tokkupa l-kariga ta’ Viċi Sindku.

Mediterrane Film Festival — Film/video - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dak kollu li ntefaq biex sar il-film/video li ntwera waqt il-Mediterrane Film Festival u li fih ħa sehem l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20767.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Skemi ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20186 u 20476 u jgħid liema skemi ta' fondi nħarġu minn xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu u għalqu l-applikazzjonijiet għalihom u għadhom qegħdin jiġu aġġudikati? Jista’ jgħid ukoll min applika għal kull waħda minn dawn l-iskemi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda skema ta’ fondi.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W91.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W91.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W91.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct Order ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W91.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W91.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika - Events

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, jgħid kemm saru events organizzati mis-Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa kull event; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – spezzjonijiet ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7444 u jgħid kemm-il spezzjoni ta’ infurzar saret mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-snin 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid fejn saru dawn l-ispezzjonijiet, żona b’żona?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha l-obbligu li taċċerta li kull min hu involut fil-qasam turistiku josserva r-regolamenti provduti mil-liġi. Għaldaqstant, l-Awtorità tuża sistema ta’ spezzjonijiet biex tara kemm l-istandards huma tajba kif ukoll biex tara li kull min qiegħed jopera fis-settur huwa liċenzjat. L-ispezzjonijiet huma maqsuma fi tlett kategorija prinċipali: 1) L-ispezzjonijiet li jsiru għal applikazzjonijiet ġodda biex jiġi żgurat illi l-applikant jkollu kollox skont il-liġi qabel ma tinħareġ il-liċenzja. Fit-tlett snin imsemmija saru total ta’ 3,703-il spezzjoni. 2) L-ispezzjonijiet ta’ rutina li jsiru fl-operat tat-turiżmu li jaqgħu taħt id-Direttorat tal-Infurzar. Fit-tlett snin imsemmija saru total ta’ 19,419-il spezzjoni. 3) L-ispezzjonijiet li jsiru f’każ ta’ ilmenti mill-pubbliku fejn ikun hemm suspett illi l-operatur qiegħed jopera mingħajr il-liċenzja meħtieġa jew hemm nuqqas ta’ standard. Fit-tlett snin imsemmija saru total ta’ 1,442-il spezzjoni. Fis-sena 2021, l-Awtorità għamlet spezzjonijiet relatati mal- COVID-19. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kontenituri taż-żibel — Manutenzjoni u tbattil

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni u t-tbattil tal-kontenituri taż-żibel (inkluż dustbins) li jinsabu fit-toroq arterjali u distributorji jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontenituri tal-iskart li jinsabu fit-toroq arterjali u distributorji huma fir-responsabbiltà tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.