Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – ħlas lill-persuna
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lil din il-Kamra dwar kull ħlas li qatt sar mill-budget tal-Ministeru tagħha jew minn kull entità li taqa’ taħt il-Ministeru tagħha mill-2013 sal-lum? Jekk jogħġobha tista’ tagħti totali għal kull sena bir-raġuni għal-ħlas?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija qatt ma ingħata xi tip ta’ ħlas la mill-Ministeru u lanqas mill-entitajiet taħt ir-responsabbilita’ tal-Ministeru.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14320 u tagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni tgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarjat Parlamentari hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza. Mill-bqija, karigi oħrajn fil-Ministeru huma dawk ta’ ħames Coordinators of Work, Project Coordinator, Driver/Messenger u IQAC Committee Member, bi spiża ta’ €162,519 fis-sena.
MCCAA – Direttorat għall-Ilmenti u Medjazzjoni — każijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid id-Direttorat għall-Ilmenti u Medjazzjoni fi ħdan l-MCCAA fil-kapaċità ta’ entità tal-ADR, kemm irċeva każijiet sena b’sena mill-2017 s’issa, u f’kull każ x’kienet il-materja u kemm minn dawn il-każijiet ġew konklużi u b’liema mod? Tista’ tippreżenta quddiem il-Parlament kopja ta’ kull rapport li sar s’issa mill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur a tenur tar-regolament 20(5) ta’ L.S. 378.18?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-ġurnata tat-tnedija tal-LS 378.19 sad-data ta’ din it-tweġiba, ġew trattati għaxar (10) każijiet mid-Direttorat tal-Ilmenti u Medjazzjoni. Dawn kienu jvarjaw minn reżoluzzjoni għal diżgwid fuq servizz ta’ telekomunikazzjoni, għal tqegħid ta’ madum, u tiswija ta’ karozza u ta’ kamra tal-banju. Tlieta (3) kienu ġew trattati fl-2018, sitta (6) ġew trattati fl-2019 u każ wieħed (1) sa issa fl-2020 kif spjegat hawn taħt:
Fl-2018 il-każi kienu:
· ilment dwar tqegħid ta’ madum fejn il-kummerċjant irrifonda s-somma lill-konsumatur;
· fuq tiswija ta' karozza fejn il-konsumatur ġie rrifondat; u
· fuq ilment fir-rigward ta’ kumpanija ta' telekomunikazzjoni li rrifondat lill-konsumatriċi.
Fl-2019 il-każi kienu kollha rigward kumpaniji ta’ telekomunikazzjoni fejn intlaħaq dan il-ftehim:
· konsumatur ingħata SIM card ġdida u kreditu ta’ €5 ewro;
· f’każ ieħor li kien jirrigwardja
roaming charges
il-konsumatriċi ingħatat €155 bħala kreditu;
· konsumatur ingħata ċekk filwaqt li ż-żewġ numri ċellulari tiegħu ġew ittoppjati;
· f’każ ieħor il-kumpanija ta’ telekomunikazzjoni rrifondat is-somma ta’ €60 lill-konsumatur;
· konsumatur ġie kkreditat s-somma ta’ €70 fil-kont tiegħu; u
· rifużjoni ta’ €200 lill-konsumatur.
Il-każ li kien hemm s’issa din is-sena jittratta konsenja ta’ aċċessorji ta’ kamra tal-banju, fejn il-kummerċjant offra lill-konsumturi li jagħtihom ħames aċċessorji b’xejn waqt li wieħed baqa’ a spejjeż tal-konsumaturi.
Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ rapporti li saru mill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur a tenur tar-regolament 20(5) ta’ LS 378.18.
Awtorità tal-Mediċini – liċenzji lill-kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14304 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilha u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali skont kif provdut f’Artikolu 4. (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap. 578? F’kull każ tista’ tgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Awtorità dwar il-Mediċini ma ħarġet l-ebda liċenzja skont l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta' Riċerka. L-Awtorità qed tevalwa d-dokumentazzjoni sottomessa u tmexxi spezzjonijiet relatati ma’ ħames applikazzjonijiet f’dan ir-rigward, filwaqt li ssegwi l-progress tal-applikanti rispettivi.
Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – ħaddiema impjegati
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13908 u 14110 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha li mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienu jew għadhom impjegati mal-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta kemm fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi part-time? Tista' l-Ministru tindika għal kull waħda mill-imsemmija persuni l-kariga, ir-remunerazzjoni u dati tal-impieg li kellha u/jew għandha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Din hija l-lista ta’ ħaddiema impjegati mal-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta mill-2014 sal-2020:
2014
Assistant to the Film Commissioner
1
Board Member
2
Chairperson
1
ESF
1
Film Commission Coordinator
1
Film Commission Manager
1
Film Commissioner
1
Maid
1
Messenger/ Driver
1
2015
Assistant to the Film Commissioner
1
Board Member
2
Chairperson
1
ESF Course Admin
1
ESF Project Coordinator
1
Film Commission Coordinator
1
Film Commission Manager
1
Film Commissioner
1
Maid
1
Messenger/ Driver
1
Skilled Labour
1
Studio Custodian
2
2016
Board Member
3
Board Secretary
2
Chairperson
1
Clerical Officer
1
Facilities Manager
1
Film Commission Coordinator
1
Film Commissioner
1
Financial Analyst
1
Funds Manager
1
HR & Admin Manager
1
Maid
2
Marketing Senior Executive
1
Messenger/ Driver
2
Skilled Labour
1
Studio Custodian
2
Tank Operator
5
2017
Board Member
3
Board Secretary
1
Chairperson
1
Clerical Officer
1
Designate Film Commissioner
1
Facilities Manager
1
Film Commissioner
1
Funds Manager
1
HR & Admin Manager
1
Maid
1
Marketing Senior Executive
1
Messenger/ Driver
1
Senior Executive to the Film Commissioner
1
Skilled Labour
1
Studio Custodian
2
Summer Worker
3
Tank Operator
5
2018
Board Member
4
Board Secretary
2
Chairperson
1
Film Commissioner
1
Funds Manager
1
Logistics Officer
1
Operations Manager
1
Previous Film Commissioner
1
Research and Business Development Senior Executive
1
Senior Executive to the Film Commissioner
1
Skilled Labour
1
Studio Custodian
2
Tank Operator
5
2019
Board Member
3
Board Secretary
1
Chairperson
1
Facilities Manager
1
Film Commissioner
1
Funds Manager
1
Logistics Officer
1
Operations Manager
1
Research and Business Development Senior Executive
1
Senior Executive to the Film Commissioner
1
Skilled Labour
1
Studio Custodian
2
Tank Operator
5
2020
Board Member
3
Board Secretary
1
Chairperson
1
Administration Manager
1
Film Commissioner
1
Funds Manager
1
Logistics Officer
1
Operations Manager
1
Research and Business Development Senior Executive
1
Senior Executive to the Film Commissioner
1
Skilled Labour
1
Studio Custodian
2
Tank Operator
5
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13907 u 14111 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna li isimha u kunjomha qegħdin jingħataw separatament u li fil-preżent tokkupa l-kariga ta' Kummissarju Ċinematografiku?
Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – struttura organizzattiva
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13904 u 14112 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tabella li turi l-istruttura organizzattiva tal-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent l-istruttura organizzattiva tal-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta hija din:
· Film Commissioner
· Tank Operations Manager
· Administration Manager
· Funds Manager
· Marketing Senior Executive
· Clerical Officer
· Tank Operators / Studio Labourers
· Studio Custodians
Il-Kummissjoni tal-Films bħalissa tinsab fi proċess ta’ tiġdid tal-istruttura organizzatttiva tagħha. Il-proċess għadu għaddej.
Tista’ l-Ministru tagħtina data ta’ meta ser jinfetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bieraħ il-Prim Ministru ħabbar id-data tal-ftuħ tal-ajruport, ċjoè 1 ta’ Lulju. Dan kien possibbli wara li bħala Gvern konna għaddejjin kontinwament b’diskussjonijiet kemm fuq livell internazzjonali kif ukoll diskussjonijiet inter-ministerjali biex meta jasal il-mument li jinfetaħ l-ajruport, dan jiftaħ b’mod l-aktar sigur biex inkomplu nħarsu s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.
Stabbilimenti li jgawdu minn encroachment permits fuq art pubblika – limiti tal-konċessjoni oriġinali osservati
Question
Tista' l-Ministru tispjega lill-Parlament jekk stabbilimenti li jgawdu minn encroachment permits fuq art pubblika bħal stabbilimenti tal-ikel u x-xorb, baqgħux josservaw il-limiti tal-konċessjoni oriġinali, issa li l-miżuri ta' COVID-19 ġew rilassati u hu meħtieġ li tinżamm distanza akbar minn qabel bejn in-nies? Tista' tispjega x'qed tagħmel biex dawn il-limiti jiġu osservati?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-encroachment permits fuq art pubblika, ma ġewx mibdula skont il-protocols li ġew ippubblikati. Persuna trid tosserva d-distanza stabbilita għal outdoor dining, wieħed irid ikun prattiku fl-infurzar tar-regolament f’dan il-perjodu tant sensittiv fejn il-business qiegħed jerġa’ jipprova jirkupra.
Bħala Ministeru qegħdin f’diskussjonijiet ma’ Ministeri oħra biex naraw kif nistgħu inżewġu ż-żewġ prijoritajiet – dak li nassiguraw li nagħtu lil
business
l-ispazju biex ikun jista’ jaħdem skont il-protokolli stabbiliti, u fl-istess ħin inrażżnu l-abbuż.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11910, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu mill-Ministeru sabiex ikun hemm rijabilitazzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra senjatament il-ħadid li huwa msaddad sew? Jista’ jgħid jekk il-public convenience hiex ser titlesta kollha qabel is-sajf jew le?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus pubbliċi għall-festival Malta Together li xxandar il-Ħadd 2 ta’ Mejju 2020?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ipprovidiet xi filmati mil-librerija tagħha biex jintużaw waqt il-programm. L-Awtorità għamlet ukoll arranġamenti sabiex il-programm jintwera live fuq il-paġni ta’ VisitMalta fuq Facebook. Dawn ma kienu jinvolvu l-ebda spiża.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jaqax fil-mansjoni ta’ Ministru li tpoġġi/ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts ta’ soċjetà kummerċjali, li f’kull każ jistgħu jiġu disponibbli permezz tal-mekkaniżmi neċessarji.
MCCAA – spezzjoni dwar konformità ta’ prodotti diżinfettanti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il spezzjoni saret mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) dwar il-konformità ta' prodotti diżinfettanti mal-liġi dwar il-Bijoċidi u liġijiet dwar l-ittikettar tagħhom? Kemm-il prodott instab mhux konformi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19, l-MCCAA rat żieda fl-inċidenza ta' prodotti ta' diżinfezzjoni mhux notifikati fis-suq. Dan ħareġ mill-kontrolli li l-Awtorita’ tagħmel fuq prodotti li jinsabu fuq is-suq.
Bħala parti mill-kontrolli, twettqu total ta' 258 spezzjoni. 69-il prodott instabu li m’humiex konformi. Mid 69-il prodotti li nstabu li m’humiex konformi, 21-il prodott ġew notifikati u għaldaqstant konformi. Il-proċess ta’ notifikazzjoni huwa għaddej għal kumplament tal-prodotti, wara li l- Awtorita’ ħadet azzjoni u l-operaturi tan-negozji identifikati ġew infurmati dwar id-dispożizzjonijiet regolatorji sabiex il-prodotti relatati jiġu rregolarizzati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli li jinkludu wkoll ir-rekwiżiti neċessarji li tikketta għandu jkollha.
Maskri protettivi kontra l-COVID-19 – spezzjoni fuq CE marking
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet fuq 'CE marking' ta' maskri protettivi kontra l-COVID-19 mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena? Kemm-il tip ta' maskra ġiet kontrollata?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għamlet 75 spezzjoni fuq maskri protettivi. Dawn kienu jinkludu maskri li kienu qed jinbiegħu online u fuq Facebook, kif ukoll spezzjonijiet fuq il-post. Ittieħdu 21 azzjoni fuq dawk il-maskri li nstabu mhux konformi, fejn dawn ġew imwaqqfa milli jinbiegħu jew ġew mneħħija minn fuq is-suq.
Barra minn hekk, kien hemm 68 każ li jvarjaw minn talbiet għall-informazzjoni mingħand Operaturi Ekonomiċi u d-Dipartiment Ċentrali ta' Akkwist ta’ Provvisti (CPSU), kif ukoll ilmenti u talbiet għal tagħrif ta’ informazzjoni mingħand konsumaturi li wassal għall-investigazzjoni u ko-operazzjoni mad-Dwana tal-Kontroll tal-Fruntiera, fejn iktar minn 50% tal-każijiet ġew irrifjutati minnħabba nuqqas ta’ marki u informazzjoni rikjesta mill-liġijiet applikabbli, u lanqas ma ġiet ipprovduta d-dokumentazzjoni neċessarja li turi konformità.
Tipi ta’ maskri li ġew ikkontrollati huma tlieta: PPEs (personal protective equipment), Medical u non-PPE/medical (cloth mask).
Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – direct orders
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13914 u 14149 u tagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħata mill-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuni u/jew tal-kumpaniji li lilha ngħatat, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratti mill-Gażżetti tal-Gvern fejn ġew ippubblikati d-direct orders li ingħataw mill-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta għas-snin 2014 sa 2017. L-informazzjoni l-oħra għadha qed tinġabar.
Kummissjoni Ċinematogragika ta’ Malta – kopja tar-rapport annwali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13909 u 14109 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti annwali tal-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali għas-snin 2018 u 2019.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11922, tista’ l-Ministru tgħid x’passi ulterjuri ttieħdu mill-Ministeru sabiex ikun hemm rijabilitazzjoni taż-żona ta’ Wied Blandun bejn Raħal Ġdid u l-Fgura?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata minn Parks Malta li bħalissa qegħdin iħejju d-dokument neċessarju għal sejħa tal-offerti biex isir Site investigations, studies, remediation strategy u project design għar-rijabilitazzjoni ta’ Wied Blandun. Qed isir wkoll tindif u tneħħija ta’ skart regolari fiż-żona ta’ Triq Wied Blandun u Triq il-Kampanella.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tagħha joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor.Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W27 li ngħatat f’din is-seduta stess.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tagħha u taqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 13982.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u għal kull entità tgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.