Lukandi li qed jitolbu għal estensjoni fil-binja tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm lukandi eżistenti li qed jitolbu li jingħataw estensjoni fil-binja tagħhom? Fejn jinsabu l-istess lukandi?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Billi jidher li filwaqt li n-numru globali ta' turisti li ġew Malta din is-sena hu wieħed record, s'issa, iżda fl-istess ħin jidher li hemm pajjiżi li minnhom kien hemm tnaqqis f'dawk li huma wasliet f'Malta, jista' l-Ministru jindika x'raġuni possibli għal dan it-tnaqqis? Jista' l-MInistru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu hux qed tipprepara xi programm partikulari ta' marketing f'dawn id-destinazzjonijiet?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jitkejjilx il-livell ta' duħħan tal-karozzi u vetturi oħrajn fit-toroq Maltin u Għawdxin? Jekk iva, kemm xjentifikament wieħed jista' joqgħod fuqu l-metodu li jintuża f'Malta u f'Għawdex? Minn fejn jitkejjel dan il-livell ta' duħħan? F'liema lokalitajiet u kemm-il drabi jitkejjel fis-sena?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tkejjilx l-emissjonijiet minn sorsi speċifiċi imma skont kif inhu rikjest mid-direttivi Ewropej, tkejjel il-livelli tas-sustanzi inkwinanti fl-arja. Għal aktar informazzjoni fuq l-emissjonijiet mill-karozzi nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru risponsabli mit-Transport Malta.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li għandu li permezz tagħhom tkejjel il-livell ta' duħħan li ħareġ mill-karozzi u vetturi oħrajn, fit-toroq Maltin u Għawdxin matul is-snin 2009, 2010, 2011 u 2012?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 37751, l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tkejjel il-livelli ambjentali ta' sustanzi inkwinanti speċifiċi irrispettivament mis-sors. Ir-riżultati għall-monitoraġġ tal-livelli ambjentali sa jitqegħdu fuq il-mejda flimkien mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 37753.
Jista' l-Ministru jgħid it-tniġġis tal-arja fil-gżejjer Maltin u Għawdxin kif jitkejjel? Kemm-il darba jitkejjel fis-sena? Mil-liema lokalitajiet u x'kienu r-riżultati miksuba matul is-snini 2009, 2010, 2011 u 2012?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif jikkomperaw il-livell ta' duħħan fit-toroq Maltin u Għawdxin meta kkomperat ma' livelli oħrajn fi bliet u irħula Ewropew?
Response (MARCO, MARIO DE)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant, li skont l-obbligi Ewropej li għandha Malta, tkejjel il-livelli ta' sustanzi inkwinanti speċifici madwar Malta u Għawdex (eż. dijossidu tal-kubrit, dijossidu tal-azotu, bezene, monossidu tal-karbonju, ożonu, partiċelli (PM10, PM2,5), ċomb, nikil, kadmju, arseniku u bezo[a] pyrene) u mhux “duħħan”. Għaldaqstant, għall-paragun ta' dawn, mal-livelli fil-bqija tal-UE nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li sa tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 37755.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37616, 37125 u 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37618, 37381, 36678 u 36315 u cioè: B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 34533, 35174 u 35169 u ġaladarba l-Ministru ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba fil-mistoqsija parlamentari 35174, jista' l-Ministru jgħid taħt liema klawsola tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta, jiġifieri tal-att li jirregola t-trasferiment tal-proprjetà tal-gvern, saret il-konċessjoni esklussiva lill-Island Caterers?
Response (MARCO, MARIO DE)
Il-Gvern ma ta ebda esklusività jew arranġament ieħor lill-Island Caterers għall-u¿u tas-Saluting Battery. Il-Gvern għadda l-batterija lill-FWA permezz ta’ Att ta’ Kurazija u l-Fondazzjoni hija ntitulata li tu¿a dan is-sit għal attivitajjiet u skopijiet turistiċi. Il-gvern mhuwiex involut f’ebda arrangament bejn Fondazzjoni Wirt Artna u l-Island Caterers.
Kif diġa indikat fir-risposti parlamentari 34533 u 35174, is-Saluting Battery ingħatat f’Att ta’ Kurazija lill-Fondazzjoni Wirt Artna (Organizzazjoni Non-Governattiva) skond l-Att tal-Patrimonju Kulturali (Kap 445), wara li sar it-trasferiment neċessarju skond kif jitlob l-Att li jirregola t-trasferiment tal-propjeta tal-Gvern (Kap 268). L-Abbozz tal-Att ta’ Kurazija kien ukoll approvat mill-Kumitat tal-Garanzija u kien mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra b’kondizzjoni li jista’ jkun soġġett għal mozzjoni u diskussjoni hekk kif jitlob l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (KAP 445 Art. 48). L-Att dwar il-Patrimonju Kulturali ma jassoġġettax l-għemil tal-Att ta’ Kurazija għall-KAP 268.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jindika l-attività x'kienet?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jiswa kuljum l-iscafolding li tpoġġa mal-faċċata tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar madwar xahrejn ilu u sal-lum kull ma sar kien ġurnata xogħol biss fuq il-faċċata tal-istess Awtorità?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-personal assistant tas-CEO? Sar l-proċess normali kif stipulat fil-ftehim kollettiv tal-UTAC għal ħafra ta' personal assistant tas-CEO? Jista' jgħid x'hemm inkluż f'forma ta' allowances u benefiċji fil-pakkett finanzjarju li għandha l-persuna magħżula?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus l-uffiċċju l-ġdid taċ-CEO tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jagħti breakdown ta' din in-nefqa inkluż dak kollu li nxtara bħala parti mir-refurbishing ta' dan l-uffiċċju? Huwa minnu li fost l-oħrajn, intnefqu mal-€1,200 fuq pjanti (indoor plants) biex isebbaħ l-uffiċju tiegħu?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa mill-Vot tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu li tkun allokata għall-pubbliċità? Kemm minnha hija għall-ħolqien ta' seating capaicty u kemm minna hija għall-amministrazjoni ġenerali? Kem hija l-allokazjoni kull sena? Jista' l-Ministru jagħti l-informazjoni sena b'sena għas-snin 2010, 2011 u 2012 ?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — membri ingaġġati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tas-Segretarjat Privat tal-Ministeru li kien ġew ingaġġati b’kuntratt definit jew indefinit (tweġibiet separati) li fl-aħħar xhur/ġimgħat ġew ingaġġati fuq bażi ġdida kuntrattwali mal-Ministeru tiegħu u/jew ta' ħaddieħor u/jew ma' xi aġenzija, awtorità, entità parastatali jew governattiva li taqa' taħtu u/jew ta’ xi Ministeru ieħor? Jista' jagħti dettalji sħaħ anki jekk ma jingħatawx ismijiet ta’ kull każ involut?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-ebda membru tas-Segretarjat ma jista jkollu kuntratt indefinit peress li dawn il-membri kollha jkollhom ‘political appointment’. Teżisti differenza fejn uħud mill-membri tas-Segretarjat ikunu ġa mpjegati mal-Gvern jew entitajiet governattivi filwaqt li jkun hemm oħrajn ġejjin minbarra ċ-ċivil jew entitajiet governattivi li huma msejħa bħala ‘external’.
Fis-Segretarjat tiegħi, ma kien hemm ebda persuna li tterminat il-kuntratt mas-Segretarjat biex tigi ngaggata ma xi Ministeru jew entita’ governattiva.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul din is-sena sal-lum mill-Gvern u mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu matul l-2013? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul din is-sena sal-lum mill-Gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu matul l-2013? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul din is-sena s’issa mill-Gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu matul l-2013? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ippreparatx xi development brief dwar il-possibilità li l-Fortizza Campbell fil-Mellieħa tiġi żviluppata, għal xi skop partikulari?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.