Skema 'Irrestawra Darek' – Persuni li ntgħażlu bil-polza
Question
B'referenza għall-aħħar skema 'Irrestawra Darek', jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew approvati, wara li telgħet ix-xorti (telgħet il-polza) u jgħid ukoll minn liema lokalitajiet kienu dawk li ntgħażlu, lokalità, lokalità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-workings ta’ kif il-Malta Public Transport (MPT) naqqset l-emissjonijiet tagħha b’70% bl-introduzzjoni ta’ 30 karozza tal-linja elettrika? Jista’ jgħid ukoll kemm-il karozza għandha l-MPT?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward tal-istudju, dan ġie kkummisjonat mil-Malta Public Transport illi hija kumpanija privata.
Madankollu ninfurmak illi l-operatur tat-trasport pubbliku għandu 428 karozza tal-linja li qegħdin joperaw fuq is-servizz.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12979 u 13536, jista' l-Ministru jikkunsidra li x-xogħlijiet ta' bini mill-ġdid tal-bankini u t-triq li se jsiru f'parti minn Triq San Mark jitkomplew fit-tul ta' Triq San Mark kollha, u jekk hemm bżonn anke tibdil tal-mains, hekk kif fiż-żona din se tkun l-unika parti fejn hemm kundizzjonijiet ħżiena ħafna tat-triq u tal-bankini, li issa ġew agħar wara t-tħaffir ta' kanali biex ġew mgħoddija cables ġodda tad-dawl?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-telephone box ta’ Żmien l-Ingliżi li kien hemm fix-Xatt tal-Kalkara hijiex ser terġa’ teħel fil-post fejn kienet jew fil-viċinanzi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-telephone box li qed issir riferenza għaliha ser tiġi rranġata. Filwaqt li m’hemm xejn x’jimpedixxi milli din terġa teħel fil-pjazza, hemm kommunikazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara biex jiġi identifikat fejn din tista’ tkun ta’ l-aħjar użu għall-komunità tal-Kalkara.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk minn meta nqagħlet it-telephone box ta’ Żmien l-Ingliżi sal-lum, sarx xi restawr jew xogħlijiet oħrajn fuq din il-booth? Jekk iva, x’tip ta xogħol sar u jekk le, hemmx ippjanat li jsir xi tip ta’ restawr fuqha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14252.
Ħal Tarxien — Pjazza ta’ quddiem il-Knisja Arċipretali - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Arċipretali ta’ Ħal Tarxien? Jista’ wkoll jikkonferma li dan ix-xogħol kellu jibda wara li għaddiet il-festa tad-Duttrina f’Lulju 2023 u s’issa għadu ma sar xejn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dan il-progett jinsab fil-fażi ta’ konsultazzjoni u abbozzar biex ikun ippjanat b’mod komplut. Malli l-fażi tad-diżinn dettaljat jitlesta, tkun ippublikata sejħa għall-offerti.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx pjanijiet li ssir Yacht Marina bejn il-Kalkara u l-Birgu proprju fiż-żona msejħa Kalkara Creek, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u/jew dokumenti oħrajn li jeżistu dwar dan il-proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda ħsieb li tiġi żviluppata xi Marina oħra f’din iż-żona msemmija. Bħalma diġà ġie spjegat f’okkażjonijiet oħra, l-uniku Marina li hemm u li se jkun hemm fid-daħla tal-Kalkara hi dik preżenti.
Fl-istess waqt ninnota li hemm ippjanat proġett għar-riorganizzazzjoni tal-mażżri u bagi f’dawn l-inħawi, sabiex titjieb l-estetika taż-żona kif ukoll li l-ispazju jintuża aħjar filwaqt li jinħolqu spazji ġodda għal aktar irmiġġi.
Il-Birgu — Proġett fil-Pjazza Prinċipali - Xogħlijiet
Question
B’referenza għax-xogħlijiet li qegħdin isiru fil-Pjazza tal-Birgu, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitlesta l-proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li riċentament ġiet ippublikata sejħa għall-offerti, u x-xogħol hu previst li jiġi konkluż għall-aħħar tas-sena 2024.
Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Peress illi t-tappiera li tinsab quddiem il-proprjetajiet 145 u 146 fi Triq it-Torri, Tas-Sliema tagħmel storbju kbir kull darba li karozza ssuq minn fuqha li qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti tal-proprjetajiet fil-qrib u peress illi t-triq madwar din it-tappiera hija bil-ħsara u xi ħadd ipprova jsewwi dan bi strixxi tal-gomma li issa qed jinqalgħu, kif jidher mir-ritratt mehmuż, jista' l-Ministru jispjega għaliex din it-tappiera ma ġietx imsewwija kif suppost u jgħid meta se tiġi rranġata, biex b'mod immedjat jieqaf l-inkonvenjent kbir li qed isir lir-residenti taż-żona?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Attachments:WhatsApp Image 2023-12-12 at 09.18.20.jpeg
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14213, jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq fl-inħawi Ta' Paris f’Birkirkara li bħalissa qed isiru xi xogħlijiet fihom, hux se jkunu asfaltati kompletament ladarba dawn jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14213.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fi Triq Santa Katarina ġewwa Marsaxlokk peress illi għandha bżonn u hija użata sew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Santa Katerina hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħlijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fi Triq Santa Katarina ġewwa Marsaxlokk peress illi għandha bżonn u hija użata sew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Triq Santa Katerina hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13940 u 14149, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ivvutati fondi sabiex il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid tiġi maqlugħa u ssir mill-ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet tekniċi sabiex tiġi stabbilità l-aħjar triq 'il quddiem għal din il-pjazza.
Vetturi “Y-Plate” — Spezzjonijiet minn uffiċjali ta’ Transport Malta
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12973, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet tal-ambjent u l-kundizzjonijiet ta’ ġewwa l-vetturi fejn jitilgħu l-passiġġieri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi uffiċjali ta’ Transport Malta regolarment jispezzjonaw vetturi tal-kategorija msemmija sabiex jiżguraw li jkunu miżmuma fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni. Tali spezzjonijiet jinkludi l-kundizzjonijiet ta’ ġewwa l-vetturi. Infatti matul il-perjodu tal-festi, Transport Malta saħansitra ikkonfiskat n-numru ta’reġistrazzjoni ta’ vettura ta’ din il-kategorija peress li l-interjuri ta’ din il vettura ma kienx fi stat tajjeb.
Naxxar — Triq il-Fortizza tal-Mosta - Rotot tal-linja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-rotot tal-linja li jgħaddu minn Triq il-Fortizza tal-Mosta, Naxxar? Jista’ jgħid ukoll jekk hux possibbli li tiżdied il-frekwenza ta’ dawn l-istess rotot u jara li jkun hemm bus shelters f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm rotot tas-servizz tat-trasport li jghaddu mill-vicinanzi u cioe minn Triq Murray u Triq San Pawl fin-Naxxar.
Hemm tlett rotot li jgħaddu mill-imsemmija toroq kif isegwi:
· Rotta 49 li topera bejn l-Għadira u il Belt Valletta
· Rotta 260 li topera bejn il- Għargħur u il Belt Valletta via l-Isptar Mater Dei
· Rotta 103 li topera bejn Pembroke u il-Mosta
Dawn ir-rotot joperaw bi frekwenza ta’ kull siegħa.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li ittieħdet nota tas-suġġeriment li tiżdied il-frekwenza fuq dawn ir-rotot.
Fir-rigward tal-bus shelters, nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposti li inghataw ghal diversi Mistoqsijiet Parlamentari. Ghaldaqstant nitlob lill-onor interpellant sabiex jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-ministeru kkoncernat
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11821, jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar ir-rotta għall-vjaġġi tal-karozzi tal-linja sabiex jingħata servizz lir-residenti tal-Wardija f'diversi ħinijiet matul il-ġurnata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din ir-rotta kienet tneħħiet minħabba li ma kenitx vijabbli peress li d-domanda kienet waħda baxxa ħafna. Filwaqt li għal darba oħra qegħda tittieħed nota ta’ dan is-suġġeriment, ninsab infurmat li għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni f’dan ir-rigward.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Persons of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm hemm ‘persons of trust’ mal-Ministeru?
b. X’funzjoni għandhom?
c. Kemm ilhom fl-inkarigu?
d. Kif intgħażlu?
e. Kif inhuma impjegati?
f. X’kuntratti għandhom?
g. Kemm jitħallsu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li qed jirreferi għalihom huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm hemm proġetti kapitali għaddejjin bħalissa u f’liema stadju waslu?
b. Kemm tlestew proġetti kapitali fl-aħħar sentejn?
c. Kemm kienet in-nefqa kapitali?
d. Jekk kienx hemm overruns?
e. Kemm kienu?
f. Kemm tlestew proġetti kapitali mis-sena 2017?
g. Kemm kienet in-nefqa kapitali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.