Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2026?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2026?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2024?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34158, 34434, 34801 u 35050 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu:
· Kampanja ta’ sigurta’ fit-toroq
· Kampanja “Aħsibha darbtejn”
· Rotot ġodda tal-karozzi tal-linja
· Kampanja ta’ sigurta’ fuq il-baħar
· Vjal Kulħadd, u
· Il-proġett tal-Imsida Creek.
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34473 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34275, jista’ l-Ministru jgħid in-numru speċifiku ta’ żgħażagħ li applikaw għall-iskema biex jirritornaw il-liċenzji tas-sewqan tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Nerġgħa nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat- tweġiba Parlamentari 34275 li hija ċara.
Vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn 2,000 cc u 2,400 cc
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32624 u jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn l-2,000 cc u l-2,400 cc u jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-ċilindrata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabella hawn taħt turi n-numru ta’ vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn l-2,000cc u l-2,400cc, maqsum skont il-kategorija ta’ ċilindrata:
CC
Ammont ta’ vetturi
2000-2099
664
2100-2199
8681
2200-2299
2823
2300-2400
1272
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34251, dwar jekk sarux xi ħlasijiet a tenur tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.37 - Regolamenti Dwar Ħlasijiet Għad-Dritt Ta’ Mogħdija Għal Utilitajiet u Servizzi, matul is-sena 2025, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħlasijiet li kienu dovuti għal dik is-sena jew is-snin ta’ qabel u li l-ħlas tagħhom kien għad irid isir jew kien qed jiġi kontestat?
Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie maħtur il-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet u min huma l-membri tiegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm xi każijiet quddiem dan il-bord, u jekk kien hemm, x’inhu l-istatus ta’ kull każ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet ġie approvat minni fi Frar 2026. Madanakollu il-bord ma jaħdimx mingħajr il-Kumitat Konsultattiv tan-Netwerk tal-Utilitajiet, li jinsab fil-proċess li jiġi nominat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30554 dwar jekk kienx hemm talbiet għal żieda/bdil ta’ swimming zones madwar Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tliet talbiet li fil-ġurnata li fiha ngħatat it-tweġiba kienu għadhom pendenti, ġewx deċiżi u jekk ġewx aċċettati? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm talbiet ġodda li ġew sottomessi minn meta ngħatat it-tweġiba u jekk iva, fejn ġew mitluba u kemm minnhom ġew aċċettati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tliet talbiet li għalihom ingħatat tweġiba għadhom pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mażżra ġiet allokata f'San Pawl il-Baħar matul l-aħħar 12-il xahar u jaqsam din l-informazzjoni skont il-bajja li fiha ġew allokati dawn il-mażżri?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex qed titlob lil sidien ta’ dgħajjes biex ineħħu l-mażżri li hemm f'waħda mill-bajjiet li hemm f’San Pawl il-Baħar u jekk iva. f'liema bajja u x'inhi r-raġuni għal dan?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex qed titlob lil sidien ta’ dgħajjes biex ineħħu l-mażżri li hemm fil-bajja ta’ San Pawl il-Baħar, wara l-breakwater ta’ Buġibba, għax se jsir proġett fil-bajja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mooring holders qed jiġu infurmati minn qabel sabiex ineħħu t-tagħmir tagħhom u mhux sabiex ineħħu l-mażżra. Dan ix-xogħol qed isir sabiex jinħoloq spazju għal fairway ġdida b’rabta mas-servizz tal-ferry, kif ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Harbour Master fl-Avviż għall-Baħħara Nru. 213/2025. Madanakollu nserraħ ras l-Onor. Interpellant li bħalma sar fl-Għadira s-sena l-oħra, ħadd mhu ser jitlef l-irmiġġ, anzi l-irmiġġi kollha ser jiġu regolarizzati u mċaqalqa minn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ta’ residential parking scheme f’xi partijiet fir-Rabat, Malta? Jekk iva, fejn u meta ser isir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta, flimkien mal-Ministeru kkonċernat, bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar proposti li saru mhux biss fir-Rabat, iżda f’numru ta’ lokalitajiet oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33526, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-impatt u l-implikazzjonijiet għas-suq tagħna u dawk marbuta ma’ spejjeż relatati mat-trasport?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-miżura proposta, kif riflessa fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-dispożizzjonijiet ta’ infurzar tal-ADR (*), tistabbilixxi b’mod strutturat il- klassifikazzjoni ta’ ksur relatati mat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq f’tliet kategoriji ta’ riskju distinti, li jvarjaw minn riskju għoli (
Kategorija I
) għal riskju baxx
(Kategorija III
).
Mill-perspettiva nazzjonali, l-impatt fuq Malta huwa mistenni li jkun primarjament ta’ natura regolatorja u operattiva aktar milli strutturali. Fil-konfront tal-ispejjeż relatati mat-trasport, kwalunkwe impatt huwa mistenni li jkun limitat u indirett.
B’mod ġenerali, din il-miżura tikkontribwixxi b’mod pożittiv għas-sigurtà fit-toroq, għall-protezzjoni ambjentali u għall-kjarifika regolatorja, filwaqt li tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-suq tat-trasport u allinjament sħiħ mar-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea.
Critical Infrastructure Protection Department - Riżorsi umani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33723 u jgħid x’riżorsi umani għandu attwalment il-Critical Infrastructure Protection Department u x’inhu r-rwol ta’ kull wieħed mill-uffiċjali fi ħdanu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.