Birkirkara – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Birkirkara u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ħal Balzan – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ħal Balzan u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ħal Luqa – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ħal Luqa u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d -dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq Ħal Luqa, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-b¿onn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali.
Fil-lokalità ta’ Ħal Luqa għadha kemm tlestiet Triq Valletta u bħalissa qegħdin isiru Triq San Tumas, Triq Ħal Qormi, Triq in-Noqor fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ u triq li għadha bla isem fl-inħawi ta’ Triq Ħal Farruġ, waqt li diġà hemm ippjanati biex isiru Triq il-Ġdida, Triq Dun Ġulju Muscat u Triq id-9 t’April.
Peress li reċentement dehru żewġ containers allegatament mimlija b’flus indirizzati lejn il-Libja, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont hemm kontenut u jekk il-valuta kinitx valida? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx inkjesta maġisterjali maħtura? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet oħra f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Awtorità tal-Artijiet – rapport mill-uffiċċjal tal-Verifika
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li tħejja mill-Uffiċċjal Kap tal-Verifika fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet dwar il-leak ta' data mis-sit elettroniku tal-istess Awtorità tal-Artijiet u li ġie żvelat minn The Shift News u The Times of Malta f'Novembru 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport rikjest huwa inkorporat fir-Rapport Annwali tal-Verifika għas-sena 2018, li tqiegħed fuq il-mejda tal-kamra fis-26 ta’ Marzu 2019.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li bbenefikaw mill-Fond tal-Awtorità tal-Ippjanar li jlaħħaq mat-€30 miljun biex ikun hemm xogħlijiet ta’ tisbiħ fil-lokalitajiet ta’ dawn il-Kunsilli? Xi proġetti twettqu jew qed jitwettqu minn dawn il-Kunsilli li rċevew il-fondi msemmija?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10595 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid fejn (liema lokalitajiet u areas fil-pajjiż) hu permess biex persuni li għandhom caravans ikunu jistgħu jipparkjawhom u jieqfu bihom għal ħin twil inkluż matul il-lejl u li jkunu koperti bil-Liġijiet Maltin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat l-Awtorità tal-Artijiet tevalwa talbiet għall-permessi f’dan ir-rigward skont fejn tkun it-talba tal-applikant.
Ta’ Qali – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ta’ Qali u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ta’ Qali National Park – outline development application
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-outline development application diġà sottomessa mal-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward ta' Ta' Qali National Park?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-pjanta sottomessa fl-outline development application diġà ġiet impoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11556 f’Seduta 257.
Il-Mosta – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq tal-Mosta u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet biex jittaffa dak li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Dr Karl Chircop f’Raħal Ġdid waqt ix-xogħol li jsir?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11527, jista’ l-Ministru jgħid minn meta Wied Babu sar tal-privat? Jista’ jgħid kif tapplika l-liġi tad-Dominju Pubbliku għal dan il-każ meta l-wied jiżvolġi ġol-baħar u l-unika aċċess hu minnu? X’miżuri ttieħdu fl-interess pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, Wied Babu ilu reġistrat għand il-privat permezz ta’ titli reġistrati fir-Registru Pubbliku sa mill 2002. Infurmat ukoll li dan it-titlu kien ġej minn successjoni li tmur lura sal-1945.
L-Imqabba – Triq l-Imqabba (Ta’ Kandja) – pjanijiet biex jitnaqqas it-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex jitnaqqas it-traffiku fi Triq l-Imqabba fiż-żona magħrufa Ta' Kandja fil-limiti tas-Siġġiewi u tal-Imqabba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10081 jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess dwar il-P.A. number 01606/19, 'Levelling of existing debris, to reinstate existing roads, create Park and Ride parking facilities with permeable ground covers, charging point for electric buses, Bus Terminal and roofed deck top house recreation areas' ġewwa Ta’ Xħajma fix-Xewkija Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-applikazzjoni bir-referenza PA1606/19 (Levelling of existing debris, to reinstate existing roads, create Park and Ride parking facilities with permeable ground covers, charging point for electric buses, Bus Terminal and roofed deck top house recreation areas' ġewwa Ta’ Xħajma fix-Xewkija Għawdex) għaddiet mill-istadju ta’ screening u l-Awtorità tal-Ippjanar qedgħha tistenna l-informazzjoni kollha rikjesta fl-ittra ta’ screening biex b’hekk l-applikazzjoni tkun tista’ tgħaddi għall-ipprocessar sħiħ ta’ l-ippjanar.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10076, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista' jgħid ukoll f'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jiġi approvat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, is-sitwazzjoni għadha dik kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10076, cjoè, li il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex (PA07491/16) għaddiet mill-proċess ta’ “screening” u bħalissa l-Awtorità qiegħda tistenna l-informazzjoni li ntalbet fl-i“screening letter” sabiex tkun tista’ tivvalida u tibda tipproċessa din l-applikazzjoni. Il-Perit talab estensjoni ta’ żmien fil-bidu ta’ din is-sena biex ikun jista’ jwieġeb għall-informazzjoni mitluba.
Id-deċiżjoni fuq il-“master plan” għanda tittieħed fi żmien 100 ġurnata minn meta tiġi validata l-applikazzjoni, sakemm ma tintalabx sospensjoni skond Regolament 12(1) ta’ l-Avviż Legali 162/16.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-bini mhux okkupat fit-telgħa tax-Xemxija hemmx periklu għar-residenti jew għal dawk li jgħaddu minn din iż-żona? Dan anke fid-dawl li reċentement tpoġġew sinjali tul waħda mill-binjiet fit-triq imsemmija li jindikaw biex ma jiġux ipparkjati karozzi tul il-binja mhux okkupata minħabba periklu li jeżisti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-binja, reċentement kienu tpoġġew sinjali tulha li kienu jindikaw biex ma jiġux ipparkjati karozzi minħabba periklu, ħareġ permess ta’ żvilupp PA4500/18 fuqha. Peress li dan l-aħħar din il-binja twaqqgħet, ma baqax il-periklu msemmi fuq dan is-sit.
Il-Kumpless tal-Mistra Village – applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar — proġett
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni (06747/18) quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar tal-proġett fuq is-sit li qabel kienet il-Kumpless tal-Mistra Village?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-applikazzjoni PA6747/18, liema applikazzjoni kienet qed titlob tiġdid tal-permess originali tal-proġett fuq is-sit li qabel kienet il-Kumpless tal-Mistra Village li jgib ir-referenza PA6236/08, ġiet approvata mill-Board tal-Ippjanar fl-24 ta’ Jannar 2019. Din id-deċizjoni qedgħha quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, liema proċess ta’ Appell bir-referenza PAB82/19 għadu pendenti.