Legislature:
Category:
Reset
Active:

Social Work

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22703, filwaqt li l-Ministru elenka benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol għal min diġà daħal fil-professjoni, jista’ jsemmi liema huma dawk l-inizjattivi li jħajjru persuni biex jagħżlu din il-karriera? Hemm xi inizjattivi marbuta mal-Università li jistgħu jwasslu biex verament aktar nies jagħżlu din il-karriera nobbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22704, jista’ l-Ministru jgħid, minbarra dawn il-klijenti li qed jieħdu s-servizz fi ħdan il-komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa: i: kemm hemm persuni li qed isegwu korsijiet simili mal-Caritas u l-Fondazzjoni Oasi?; ii: kemm hu n-numru totali ta’ persuni li qed isegwu programm f’pajjiżna?; iii: kemm huma nisa u kemm irġiel?; iv: kemm minnhom ippreżentaw problema ta’ a) kokaina, b) eroina, c) kannabis?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tax-xorb

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22705, jista’ l-Ministru jgħid: 1) Kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni mill-alkoħol mal-Caritas u mal-Oasi? 2) Kemm hu t-total ta’ persuni f’Malta li qed isegwu programm minħabba l-problema tax-xorb? 3) Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Titjib fil-qagħda tat-tfal f’pajjiżna

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20861, jista’ issa l-Ministru jindika x’wettaq favur it-titjib tal-qagħda tat-tfal f’pajjiżna f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kumplessa u għadha qed tinġabar.

Profili ta’ persuni b’diżabilità mill-impjegati tal-LEAP

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4359, jista’ l-Ministru jindika x’għajnuna (lokalità, b’lokalità) ġew mogħtija l-687 persuni b’diżabilità mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

FSWS — Professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet, kif ukoll l-e-mail addresses tal-professjonisti kollha fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?’

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba l-Att tal-Protezzjoni tad-Data, mhux possibli li ngħati l-informazzjoni mitluba kif qed jitlob l-Onor. Interpellant.

Arbitru tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm preżentement appelli pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali u kemm ġew deċiżi tul din is-sena u kemm irtirati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Appelli Ottubru 2021 Appelli pendenti sa Ottubru 2021 1290 Appelli deċiżi sa Ottubru 2021 246 Appelli li ġew irtirati mill-appellant/i sa Ottubru 2021 215 Appelli li ġew revokati mid-Dipartiment sa Ottubru 2021 189

Il-Fgura – In work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti fil-Fgura bbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 231 benefiċjarju/a tal-In-Work Benefit, residenti ġewwa l-Fgura. L-ammont totali mħallas fuq dan l-benefiċċju għall-benefiċċjarji tal-In-Work Benefit, residenti ġewwa l-Fgura, ammonta għal €237,471.94, għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021. Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-tfal – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22956.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familjagrants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15873. Sadanittant tlabt biex tinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Santa Luċija – in work benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Santa Luċija (Malta) bbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 39 benefiċjarju/a li tħallsu s-somma ta’ €54,961.86 għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021. Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22634, jista’ l-Ministru jindika l-ismijiet u l-email addresses tal-professjonisti li huma responsabbli mill-uffiċini msemmija fir-risposta taċ-Ċentri/Servizzi fil-Kommunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Filwaqt li nerġa’ nirreferi lill-Onorevoli interpellant għall-PQ 22634, jista’ jsir kuntatt mal-istess professjonisti permezz tat-tagħrif li diġà tajtu.

Għajuna minħabba problema tal-użura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-għajnuna minħabba problema tal-użura f’Malta u f’Għawdex? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fl-ewwel sitt (6) xhur ta’ din is-sena kienu disa’ (9) l-persuni li rrikorrew għand il-varji servizzi tal-FSWS biex jieħdu għajnuna għal sitwazzjoni tal-użura. Tlieta (3) minn dawn il-persuni kienu rġiel filwaqt li sitta (6) kienu nisa.

Għajnuna biex persuni joħorġu miċ-ċirku tal-prostituzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-għajnuna f’Malta u f’Għawdex biex joħorġu miċ-ċirku tal-prostituzzjoni? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent hemm persuna waħda, li tieħu l-għajnuna minn dan is-servizz. L-għan ta’ dan is-servizz, 'Sex Work Support Programme' huwa li persuni li jaħdmu fl-industrija tas-sess jiġu mgħejjuna b'mod ħolistiku, inkluż billi jsir assessment professjonali, dwar il-ħtiġijiet tal-klijent u minn hemm jitfassal pjan ta' għajnuna u appoġġ għal kull persuna b'mod individwali. Din l-għajnuna tinkludi counselling, għajnuna dwar akkomodazzjoni, ibbaġitjar, is-saħħa fiżika u mentali, kif ukoll ħiliet fit-trobbija tat-tfal f'każ li l-persuna tkun ġenitur. Il-ħtiġijiet ta' kull persuna jvarjaw skont is-sitwazzjoni w il-ħiliet partikolari tagħha. Jekk il-persuna tkun tixtieq toħroġ minn dan ix-xogħol, hi jew hu se jiġu megħjjuna sabiex hija ssib impjieg differenti, kif ukoll jekk ikun hemm sfruttament u/jew vjolenza ta' kwalunkwe tip, il-professjonisti tagħna se jgħinu lill-persuna kkonċernata f'dan ir-rigward anki billi jaħdmu id f'id mal-pulizija. Il-ħaddiema impjegati f'dan is-servizz qed jagħmlu wkoll ħafna riċerka fir-rigward tal-mudelli ta' għajnuna li jiġu offruti lill-ħaddiema fl-industrija tas-sess u jattendu diversi webinars u seminars li jiġu organizzati minn esperti f'dan il-qasam.

Għajnuna lill-vittmi ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-għajnuna f’Malta u f’Għawdex għaliex huma vittmi ta’ vjolenza domestika? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? Kemm minnhom huma tfal taħt it-18-il sena u kemm għandhom iktar minn 60 sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant ill l-informazzjoni mitluba minnha qiegħda kif indikat hawn taħt. It-tagħrif miġbur juri li fid-data meta qed tingħata t-tweġiba kien hemm: 1. Kazijiet sew ta’ nisa kif ukoll irġiel u l-etajiet taghħom li ħadmu maghħom id- Domestic Violence Unit (DVU) bejn 01/01/2021 u 31/10/2021 huma: DVU Irġiel Nisa Total < 17 ( sbatax-il sena w anqas ) 2 5 7 18-59 273 1626 1899 60 > ( sittin sena w aktar ) 88 294 382 Total 363 1925 2288 2. Kazijiet sew ta’ nisa kif ukoll irġiel u l-etajiet taghħom li ħadmu maghħom l-professjonisti tax-xelter Għabex bejn 01/01/2021 u 31/10/2021 huma : Ghabex Irġiel Nisa Total < 17 ( sbatax-il sena w anqas ) 0 0 0 18-59 2 30 32 60 > ( sittin sena w aktar ) 0 4 4 Total 2 34 36 3. Klijenti tal-Għabex jistgħu jkunu ikkumpanjati mit-tfal. Bejn 01/01/2021 u 31/10/2021 kien hemm 23 minuri li għexu fix-xelter Għabex ma ’ommijiethom. 4. Kazijiet sew ta’ nisa kif ukoll irġiel u l-etajiet taghħom li sar risk assessement maghħom bejn 01/01/2021 u 31/10/2021 huma: Risk assessments Irġiel Nisa Total < 17 ( sbatax-il sena w anqas ) 0 2 2 18-59 76 452 528 60 > ( sittin sena w aktar ) 19 61 80 Total 95 515 610 Fl-aħħar nett, tajjeb li ninnutaw li d-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jaħdem ukoll ma’ minuri esposti għall-vjolenza domestika. Id-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jirrileva illi fis-servizzi taħt il-kappa tiegħu, id-direttorat qed joffri għajnuna lil 268 minuri fil-preżent. Din l-istatistika tindika n-numru ta’ persuni taħt it-18 – il sena illi qed jirċievu xi forma ta’ interventi mis-servizzi tas-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal (Child Protection Services) u s-Servizzi tal-Qrati. Kull wieħed minn dan il-każijiet hemm indikat exposure to domestic violence bħala waħda mill-problemi esperjenzati mit-tfal.

Għajnuna lill-persuni li kkommettew reati ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-għajnuna f’Malta u f’Għawdex għaliex ikkommettew reati ta’ vjolenza domestika? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? Kemm minnhom huma tfal taħt it-18-il sena u kemm għandhom iktar minn 60 sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li s-servizz STOP the violence, li jitmexxa mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS, qed jaħdem ma’ 71 persuna li huma kollha rġiel, għalkemm is-servizz huwa miftuħ għal kull ġeneru. Minn dawn il-71 persuna, 5 ġew referuti mill-Qorti jew mid-Dipartiment tal-Probation u Parole għax ġew ikkundannati li wettqu reati ta’ vjolenza domestika. Is-servizz tac-Child to Parent Violence, immexxi mill-istess taqsima, qed jaħdem ma’ 5 żgħażagħ li għandhom anqas minn 18-il sena, iżda s-servizz jaħdem ma’ żgħażagħ u adulti bejn it-13 u 25 sena. Fil-preżent, m’hemm ebda każ minn Għawdex.

Għajnuna lill-vittmi ta’ traffikar ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-għajnuna għaliex kienu vittmi tat-traffikar tal-persuni? Kemm minnhom huma nisa, kemm irġiel u liema huma l-pajjiżi tal-oriġini tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant(a) li t-tagħrif mitlub minnha huwa skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Persuni mgħejjuna mis-servizz kontra t-traffikar uman Jannar - Ġunju 2021 Pajjiż Irġiel Nisa Total Bangladesh 1 0 1 Gambia 0 1 1 Hungary 0 2 2 India 1 0 1 Mauritius 0 1 1 Nigeria 0 1 1 Pakistan 0 1 1 Philippines 0 5 5 Ukraine 0 1 1 Total 2 12 14