Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operazzjonijiet ta’ bdil tal-irkoppa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet ta’ bdil tal-irkoppa saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Imġarr - Ċentru tas-Saħħa - Trasport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jiġi offrut trasport għar-residenti tal-Imġarr li issa jridu jattendu ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat għall-appuntamenti tas-saħħa tagħhom minflok fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, fejn kienu jinqdew b’karozza tal-linja waħda?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirrefei lill-Onor. Interpellant għall-PQ 35054.

Night shelters għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jinfetħu night shelters għall-anzjani? Jekk iva, meta u fejn ser jinfetħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità diġà toffri servizz ta’ night shelter għall-anzjani li jkollhom bżonn dan it-tip ta’ appoġġ.

Direttorat tas-Servizzi tal-Allied Healthcare - Avvenimenti u nefqa pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod dettaljat: i.    kemm-il konferenza, seminar jew avveniment simili organizza d-Direttorat tas-Servizzi tal-Allied Healthcare matul l-aħħar ħames snin; ii.    x’kienet l-ispiża totali ta’ kull wieħed minn dawn l-avvenimenti; iii.   minn liema vot jew fondi pubbliċi ġew iffinanzjati dawn l-inizjattivi; u iv.   jekk saritx jew jekk hijiex ippjanata xi forma ta’ audit finanzjarju jew amministrattiv relatat ma’ dawn l-inizjattivi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal kull nefqa, jiġu applikati r-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.  Kull nefqa saret minn Vot apposta għat-taħriġ.

Konferenza “One System, Many Pathways: Innovating with Purpose – Annual Conference 2025” - Parteċipazzjoni u riżultati

Question

B’referenza għall-konferenza “One System, Many Pathways: Innovating with Purpose – Annual Conference 2025”, jista’ l-Ministru jgħid, b’mod dettaljat: i.    kemm kien in-numru ta’ impjegati tas-Servizz Pubbliku jew ta’ entitajiet tas-saħħa li attendew għal din il-konferenza u minn liema entitajiet kienu ġejjin; ii.    jekk ġewx imħallsa speakers esterni, konsulenti jew organizzaturi oħra relatati ma’ din il-konferenza u kemm kienet l-ispiża totali ta’ dawn il-ħlasijiet; u iii.   jekk wara l-konferenza ġiex ippreparat rapport li jiddokumenta r-riżultati jew ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minnha, u jekk dan ir-rapport ġiex ippubblikat jew iċċirkolat lill-professjonisti tas-servizzi tal-Allied Healthcare?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-konferenza ġew dokumentati u diġà ġew diskussi mas-Senior Leadership tad-Direttorat tal-Allied Health Services biex jiġu riflessi fil-pjan ta' taħriġ għall-2026. Infurmat ukoll li ġew organizzati laqgħat maċ-Chairs tat-Task Forces, u l-Working Groups biex dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu appoġġjati b’effett immedjat u integrati fil-KPIs tad-Direttorat. Permezz ta’ dan il-proċess u ċ-ċirkolazzjoni tal-kontenut xjentifiku mal-professjonisti kollha, il-konferenza ssarfet f’azzjonijiet konkreti li qed itejbu s-servizz mogħti lill-pazjenti. Għar-rigward ta’ kemm impjegati attendew, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 34126.

Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Leg 14 PQ #34977 Sitting 448 - 23/03/2026 16:00 2026-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva

Operazzjoni tal-Katarretti - Medja ta’ żmien ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33314 fl-intier tagħha u jgħid kemm kienet il-medja ta’ żmien li wieħed kellu jistenna sabiex jagħmel operazzjoni tal-kataretti fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, matul l-2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2024, il-ħin medju ta’ stennija kien ta’ 7 xhur hawn Malta u ta’ 6 xhur f’Għawdex.  Irid jingħad li fl-2024 kienu saru 4,521 operazzjoni tal-kataretti ġewwa Malta u 428 operazzjoni ġewwa Għawdex. Ninsab infurmat li matul l-2025, l-operazzjonijiet żdiedu biex il-perjodu ta’ stennija ikompli jonqos, tant li saru 6,173 operazzjoni tal-kataretti ġewwa Malta u 445 operazzjoni f’Għawdex.

Ħad-Dingli - Ħruq f’barriera - Rapporti/investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti/investigazzjonijiet li saru wara l-inċident tal-ħruq f’barriera fil-limiti ta’ Ħad-Dingli, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt fuq is-saħħa u s-sigurtà tar-residenti, kif ukoll fuq l-art agrikola u l-uċuħ tar-raba’ li jipprovdu l-ikel lill-poplu Malti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm inkjesta Maġisterjali u wieħed irid jistenna l-eżitu tagħha.

Konferenza “One System, Many Pathways: Innovating with Purpose – Annual Conference 2025” - Organizzazzjoni u spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-organizzaturi tal-konferenza bl-isem “One System, Many Pathways: Innovating with Purpose – Annual Conference 2025” li saret fil-Mediterranean Conference Centre fil-Belt Valletta fil-5 u s-6 ta’ Novembru 2025, jekk hux il-Ministeru jew id-Direttorat tas-Servizzi tal-Allied Healthcare?  Jista’ jgħid ukoll, b’mod dettaljat: i.    x’kienet l-ispiża totali ta’ din il-konferenza; ii.    kif kienet maqsuma din l-ispiża, inkluż kiri tal-post, servizzi ta’ catering, servizzi tekniċi, marketing, materjal promozzjonali u kwalunkwe nefqa oħra relatata; iii.    minn liema vot jew fondi pubbliċi ġiet iffinanzjata din l-inizjattiva; u iv.    jekk għall-organizzazzjoni ta’ din il-konferenza ġewx segwiti proċeduri ta’ procurement pubbliku jew proċeduri amministrattivi oħra u liema kienu dawn il-proċeduri?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-PQ 34126.

Ftehim settorjali għall-professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet biex jiġi konkluż il-ftehim settorjali ġdid li skada fil-31 ta' Diċembru 2025, li jkopri l-lista tal-professjonisti li jinkludi fost l-oħrajn dawn imsemmija: •    Audiologists •    Clinical Perfusionists •    Dental Hygienists •    Dental Technicians •    Dieticians •    Medical Laboratory Scientists •    Nutritional Therapists •    Nutritionists •    Occupational Therapists •    Optometrists •    Orthoptists •    Physiotherapists •    Podiatrists •    Radiographers •    Speech and Language Pathologists?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-ftehim settorali f’isem l-Allied Health Professionals, kif imsemmi mill-Onor. Interpellant ghadu qed jigi negozjat . Infurmat ukoll li fis-6 ta' Frar, il-Ministeru bagħat ir-reazzjonijiet tiegħu għall-aħħar proposti li kien rċieva minghand il-unjin u qed jistenna tweġiba.

Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34165, 34620 u 34839 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar, u ser tingħata f’seduta oħra.

Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34157, 34433 u 34800 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Negotiated Procedure for the Provision of Air Ambulance Service for Gozo General Hospital (GGH) NP014-6148/25 [CPSU10225/2025]

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33186 fl-intier tagħha u jgħid kemm hu l-valur tad-Direct Order permezz ta’ Negotiated Procedure: ‘Negotiated Procedure for the Provision of Air Ambulance Service for Gozo General Hospital (GGH) NP014-6148/25 [CPSU10225/2025]’, għal kemm perjodu ta’ żmien ħarġet din is-sejħa u għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll meta kien l-aħħar li ħarġet sejħa pubblika biex jiġi pprovdut dan is-servizz?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li dan id-DNP huwa ppubblikat fuq l-EPPS u kwalunkwe informazzjoni tista’ tiġi kkonsultata permezz ta’ dan il-link; https://www.etenders.gov.mt/epps/cft/prepareViewCfTWS.do?resourceId=12767991

Mediċina Hulio

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-mediċina Hulio, li tingħata bħala injezzjoni għal dawk li jbatu minn autoimmune disorders, tiġi inkluża fuq il-formularju tal-Gvern?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l Hulio® 40mg huwa biosimilar ta’ adalimumab 40mg, mediċina li diġà tinstab fil-formularju u li tista’ tingħata għal dawn il-kundizzjonijiet: Hidradenitis Suppurativa, Inflammatory Bowel Disease, Psoriasis, Rheumatoid Arthritis and Spondyloarthritis.

Kummissarju għas-Saħħa Mentali - Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ilmenti li saru mal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali matul is-sena 2025 u kemm minnhom ġew indirizzati sal-aħħar tas-sena? Jista’ wkoll jindika dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul l-2025 l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali rċieva 135 ilment b’mod formali., li sa tmiem is-sena ġew indirizzati 128 minn dawn l- ilmenti. Infurmat li l-ilmenti kienu dwar diversi aspetti, fosthom bdil ta’ mediċina, tibdil fid-doża, u talba għall-konsulent differenti.

Ċentri tas-Saħħa - Tobba - Visti fid-djar - Sena 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa matul l-2023 u jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-ċentri tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Prodotti kannabinojdi - Marketing u reklamar - Restrizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’restrizzjonijiet jeżistu fuq marketing u reklamar ta' prodotti kannabinojdi li ma jkunx fihom iktar minn 0.2% tetrahydrocannabidiol u prodotti bit-tikketta “not approved for human consumption” (For In Vitro Research)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-PQ 35062.