Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Ġunju 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Lulju 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Awwissu 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — 'Emergency Ambulance Responder Trainee / Emergency Ambulance Responder 1'
Question
B'referenza għas-sejħa li ħarġet reċentement biex jiddaħħlu persuni fil-grad ta' 'Emergency Ambulance Responder Trainee / Emergency Ambulance Responder 1 at the Gozo General Hospital', jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġimgħat li ġejjin kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu ħaddiema f'dan il-grad skont il-Capacity Building?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-riżultat huwa validu għal sena u jidħlu skont l-esiġenza tas-servizz f‘dan il-perjodu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jibda jingħata mill-ġdid is-servizz li kien mogħti qabel l-2020 fil-Berġa tal-Imġarr, darba fil-ġimgħa, fejn is-servizz ta' nurse u tabib kien jgħin fil-formolarju tar-riċetti tal-mediċini u kienu jingħataw servizzi oħra bażiċi fejn tidħol is-saħħa tar-residenti Imġarrin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sit tal-eks Mġarr Berġa m’għadux adattat għall-bżonnijiet tal-Primary HealthCare. Sakemm jiġi identifikat sit alternattiv, ir-residenti tal-Imġarr jistgħu jinqdew miċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Rabat jew tal-Mosta. Jistgħu wkoll jagħmlu appuntament fi kwalunke Klinika fil-Komunità billi jċemplu 21231231 jew 21222444.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena, mill-2009 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ħarġu inviti biex nisa jagħmlu l-Breast Screening? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom aċċettaw l-istedina u għamlu t-testijiet tal-Breast Screening? X’kienet l-età ta’ dawn in-nisa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
YEAR
WOMEN ATTENDED
Ott – Diċ 2009
654
2010
5, 690
2011
5, 385
2012
5, 594
2013
7,169
2014
9, 072
2015
11,524
2016
9,224
2017
13,190
2018
13, 772
2019
13, 293
2020
7,287
2021
12,702
2022
11,645
2023 ( Jan – Ott)
11, 448
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nisa jistennew biex jirċievu invit biex jagħmlu t-testijiet tal-Breast Screening?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qegħdin jintbagħtu appuntamenti lin-nisa li twieldu fl-1972 u fl-1973. Għad fadal 2,682 persuna li twieldet fl-1972 u 4,001 li twieldet fl-1973.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se tiftaħ il-berġa ta’ Ħaż-Żebbug u x’servizzi ser ikunu qed jingħataw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li fuq ordni tal-Qorti l-post mikri li minnu kien jingħata servizz għadda lura għand is-sid, bħalissa d-dipartiment tal-Kura Primarja qiegħed ifittex post alternattiv ġewwa Haż-Żebbuġ stess.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’liema ġranet ta’ Ottubru u Novembru kien hemm x-ray machines ma jaħdmux f’xi ċentru tas-saħħa u jgħid f’liema ċentru tas-saħħa kienu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Paola l-x-ray machine waqfet fit-12 ta’ Ottubru għall-manutenzjoni bejn 7.30am – 9.30am. F’Novembru fiċ-Ċentru tal-Furjana waqfet għal ġurnata fis-16 għax żviluppat ħsara u reġgħet bdiet taħdem fis-17 ta’ Novembru u fiċ-Ċentru tal-Mosta ilha wieqfa tlett ijiem minħabba ħsara.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-isptar għas-saħħa mentali li se jkun qed jinbena qrib l-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13153.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-mediċini ġodda li se jkun qed jintroduċi fuq il-formularju tal-Gvern għas-sena 2024?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Formularju tal-Gvern se jkompli jespandi biex jinkludi mediċini li se jingħataw bla ħlas lill pazjenti tal-IVF, lil dawk li jbatu mill-kundizzjoni tal-ażma, mill-Pulmonary Fibrosis u dawk li jiffaċċjaw sfidi ta’ saħħa mentali.
Direttorat għas-Saħħa Ambjentali – ilment minn residenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13090 fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-ilment kif ukoll tat-tweġiba għall-istess ilment?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13090 .
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Jannar 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, fi Frar 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Marzu 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Operazzjoni ta’ kirurġija plastika – Lista ta’ stennija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta' stennija għall-operazzjoni relatata ma’ kirurġija plastika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 147 pazjent li qed jistennew operazzjoni relatata mal-kirurġija plastika għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Operazzjoni ta’ newrokirurġija – Lista ta’ stennija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta' stennija għall-operazzjoni relatata ma’ newrokirurġija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 43 pazjent li qed jistennew operazzjoni relatata ma’ newrokirurġija għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitlesta x-xogħol fil-medical services Southern Regional hub, f’Raħal Ġdid?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fuq Vincent Moran Paola Regional Hub jinsabu fl-aħħar stadji u mistenni li jkun miftuħ għall-pubbliku s-sena d-dieħla.