Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma mqassma, lokal lokal, il-farms għat-trobbija tal-baqar, tal-majjal u tat-tiġieġ, madwar Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36007.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm se jiġi jiswa l-proġett tal-Ferries Car Park ġewwa Tas-Sliema? Meta nħarġu l-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Saret xi sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet li mistennija jsiru? Jista' jikkonferma li d-data li fiha l-proġett se jiġi komplut hija April 2013 kif deher fil-media lokali? Saru xi konsultazzjonijiet ma' Transport Malta sabiex jiġi stabbilit jekk dan il-car park huwiex se jitmexxa f’mod privatizzat jew le? Fit-taħdidiet u konsultazzjonijiet li setgħu saru, ġew stabbiliti xi strutturi ta' tariffi għall-użu tal-car park?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-progett tal-Ferries car park jinkorpora kemm parkeġġ (underground submerged) kif ukoll ġnien pubbliku li ser jinbena fuqu. Il-ħsieb huwa li dan il-car park jservi għal użu ta’ short stay parking. Huwa stmat li dan il-proġett ser jiswa madwar 7 miljun ewro (eskluż VAT).
Diġa saret applikazzjoni lill-MEPA għall-permess tal-bini. L-unika sejħa għall-offerti inkonnessjoni ma’ dan il-proġett li saret sal-lum kienet “Expression of Interest” għal
Professional Engineering services provider in the specialised field of marine construction engineering
. Saru konsultazzjonijiet ma’ Transport Malta dwar il-proposta tal-proġett innifsu u kif din taffetwa t-traffiku fl-inħawi.
Il-proġett għandu jieħu madwar sena biex jitlesta minn meta jibda x-xogħol fuq is-sit. Sa llum għadhom ma ttieħdux deċiżżjonijiet dwar tariffi u kif se jitmexxa dan il-
car park
. Iżda dak kollu li għad irid jiġi deċiż jittieħed bl-għan li l-
car park
ikun
short stay parking
waqt il-ħin li l-ħwienet ikunu qed joperaw.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37646 u jgħid kemm kienet l-ispiża għal ħsarat li riżultaw fl-inċineratur tal-Marsa din is-sena? Jista' jagħti l-istess breakdown għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba, niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dawn l-ammonti jirriflettu spejjes li ma jkunux previsti u jirrizultaw barra minn dawk tal-manutenzjoni preventiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ġibjuni li għandu konjezjoni tagħhom il-gvern f'Malta u Għawdex fil-mument? Jista' jgħid kemm fil-preżent huwa numru ta' dawk il-ġibjuni li għadhom qed jintużaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 23316 u 24535, ninsab infurmat li fi ħdan dan il-Ministeru sa llum ġiet kompilata lista ta’ mija u ħmistax il-ġibjun f’ Malta li s’issa saru spezzjonijiet fuq sebgħa u erbgħin minnhom. Rigward ġibjuni f’Għawdex, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għal Għawdex.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — membri ingaġġati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tas-Segretarjat Privat tal-Ministeru li kien ġew ingaġġati b’kuntratt definit jew indefinit (tweġibiet separati) li fl-aħħar xhur/ġimgħat ġew ingaġġati fuq bażi ġdida kuntrattwali mal-Ministeru tiegħu u/jew ta' ħaddieħor u/jew ma' xi aġenzija, awtorità, entità parastatali jew governattiva li taqa' taħtu u/jew ta’ xi Ministeru ieħor? Jista' jagħti dettalji sħaħ anki jekk ma jingħatawx ismijiet ta’ kull każ involut?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-ebda membru tas-Segretarjat ma jista jkollu kuntratt indefinit peress li dawn il-membri kollha jkollhom ‘political appointment’. Teżisti differenza fejn uħud mill-membri tas-Segretarjat ikunu ġa mpjegati mal-Gvern jew entitajiet governattivi filwaqt li jkun hemm oħrajn ġejjin minbarra ċ-ċivil jew entitajiet governattivi li huma msejħa bħala ‘external’.
Fil-Ministeru tiegħi hemm persuna li, sa’ Marżu 2011 kienet tiforma parti mis-segretarjat privat tiegħi, u li ngħata kuntratt definit bħala Projects Co-Ordinator fl-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti, liema kuntratt ġie mgedded għal 3 snin oħra f’Marżu 2012.
Jista' l-Minstru jgħid jekk hux joħroġ applikazzjonijiet għal part-time sajjieda? Jekk iva, jista' l-Minstru jara fiex waslet l-applikazzjoni tas-sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25760.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jindika l-attività x'kienet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
“Ninforma lill-Onor Interpellant li peress li qatt ma kien hemm ħtieġa jew talba għal dan minn persuni neqsin mis-smigh f'attivitajiet organizzati f'dawn l-aħħar sitt xhur minn dan il-Ministeru jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru qatt ma sar u¿u minn servizzi ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ.”
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37136 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta (inkluż section) kif ukoll tal-permessi tal-ġibjun ġdid li qiegħed jinbena fil-foss tal-Imdina fejn qabel kien hemm it-tennis courts?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif mitlub qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tal-ġibjun (inkluz section) li qed jinbena fejn qabel kien hemm it-tennis courts fil-Foss tal-Imdina. Ninfurmah ukoll li qiegħda ukoll tigi annessa il-layout plan kif approvata mill-MEPA permezz ta’ Minor Amendment tal-PA5306-09.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-involviment tal-ministeru tiegħu fix-xogħol li sar fil-moll tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux se jsir xi xogħol ieħor fl-istess inħawi mill-Ministeru? Jista' jara wkoll li l-faċilitajiet ta' ġbid tad-dgħajjes fl-istess inħawi jiġu mtejba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru ma kienx involut fix-xogħlijiet indikati minnu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-nies tal-Cleansing Services Department humiex se jiġu effettwati minn xi redeployment billi ħafna mill-public conveniences qegħdin jgħaddu permezz ta' tenders tal-kunsilli lokali lill-operaturi privati, f’ċerti każijiet bi ħlas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-dan il-Ministeru għadu jħaddem l-istess policy kif kien spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25024.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li wasluli li f’sejħiet għat-tenders f’isem il-Cleansing Services Depatment tal-Ministeru tar-Riżorsi li qed joħorġu l-kunsilli lokali għat-tmexxija tal-public conveniences, il-gvern huwiex invarjabbilment jinsab mhux kompetittiv fil-bids li jagħmel u dan għaliex qed jagħmel factoring in tal-labour costs tan-nies tad-dipartiment? X’inhi l-policy tal-gvern fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-Cleansing Services Department bħala deployment eċċ.?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37270, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-kaz ta’ kuntratti ta’ latrini pubblici tal-Kunsilli Lokali, id-direttorat jikkompeti ma’ kuntratturi oħrajn. Effetivament, bħal ma sar dejjam għal ħafna snin, kull meta jsiru l-stimi simili, l-pagi tal-ħaddiema jkunu nklużi. Il-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-ħaddiema tal-gvern tal-kategorija konċernata huma fost l-aħjar u għaldaqstant ħafna drabi l-kuntratturi privati jkunu f’ qagħda li jressqu offerti aktar vantaġġużi. Li wieħed jagħżel li ma jinkludix in-nefqa tal-pagi fl-offerta mitfugħa toqtol l-inizjattiva privata u tmur dajametrikament kontra l-kunċett ta’ suq ħieles.
Jista' l-Ministru jgħid x’sar s’issa matul din is-sena fuq il-proġett tal-Qortin, ix-Xagħra Għawdex? X’jonqos isir u meta mistenni li jitlesta? Kemm kienet in-nefqa ta’ dan il-proġett sena sena s’issa u kemm hija mistennija li tkun in-nefqa totali tal-proġett sena sena mil-lum sa meta jitlesta?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema x'tip ta' koordinazzjoni qegħda ssir bejn il-Ministeru (jew xi dipartiment li jaqgħa taħtu), u l-MCCAA, għal dak li huma korsijiet dwar il-bexx?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-korsijiet imbdew mid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea. Il-kompetenza fejn jirrigwarda l-użu ta’ pestiċidi u l-organizazzjoni ta’ korsijiet għaddiet għand l-MCCAA, b’koordinament sħiħ ma dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-MCCAA ċċertifikatx xi bdiewa bħala li qed ikabbru l-prodotti tagħhom b'mod organiku? Jekk iva, kemm hemm tali bdiewa, u minn liema lokalitajiet ġejjin? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt hemmx bdiewa li kienu ċertifikati li għandhom tkabbir organiku, mill-MSA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur li hu responsabbli mill-MCCAA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskema li kellha tiddaħħal din is-sena għal min irid jinvesti fl-insulazzjoni tas-soqfa u l-aperturi tad-djar u kemm kienet l-ispiża fuq din l-iskema?
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender marbut mal-pannelli fotovoltajiċi fuq bjut tal-gvern u propjetajiet oħra u jekk l-aġġudikazzjoni saret, kemm hija l-feed in tariff maqbula kif ukoll jekk din il-feed in tariff hix se sservi ta' benchmark għal proġetti oħrajn simili?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żamma tal-informazzjoni mitluba m’għandha ebda relevanza għall-qadi tal-għanijiet speċifiċi u leġittimi tad-dipartimenti u entitajiet taħt dan il-Ministeru u għaldaqstant żamma ta’ informazzjoni simili tmur kontra il-Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Data u għaldaqstant data msemmija ma tinżammx.
Rabat — Għalqa ta' Kola - nefqa għall-bini tal-car park
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tal-gvern għall-bini tal-car park fl-Għalqa ta' Kola ġewwa r-Rabat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ispiża fuq xogħlijiet li saru mid-Dipartiment konċernat fi ħdan dan il-Ministeru għall-bini ta' car park fl-Għalqa ta' Kola tammonta għal Euro 79,050.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-figura msemmija ma tinkludix ix-xogħol ta’ hot asphalting peress li dan ix-xogħol kien responsabbiltà ta’ Transport Malta li għalih inħarġet sejħa għal offerti mill-istess Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-biċċerija prinċipali hijiex akkreditata u ċertifikata u allura tikkwalifika bl-istandards rikjesti mill-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nikkonferma lill-Onorevoli Interpellant li l-biċċerija prinċipali hija akkreditata u ċertifikata skont l-istandards rikjesti mill-Unjoni Ewropea, nistiednu jirreferi għas-sit elettroniku http://vafd.gov.mt/list-of-approved-establishments fejn l-istabbiliment imsemmi jidher fil-lista tal-istabbilimenti approvati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqerdu palm matul l-ewwel xhur tas-sena 2011 minħabba l-bumunqar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 28096 li kienet saret mill-istess Onorevoli Interpellant.