Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-aħħar ħames snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru W421
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari 3037
Ombudsman – Opinjoni finali dwar pensjoni tas-servizz ta’ grupp ta’ għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1610 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid x’azzjoni beħsiebu jieħu l-Gvern rigward l-opinjoni finali tal-Ombudsman dwar il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li jittratta diskriminazzjoni ma’ grupp ta’ għalliema fil-pensjoni tas-servizz, u li ngħataw raġun mill-Ombudsman, liema rapport tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Onor. David Agius fis-seduta tal-20 ta’ Novembru 2023 (P.L. 02597)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-Gvern jirrispetta l-opinjoni tal-Ombudsman, f’każi hekk il-Gvern dejjem jimxi mal-pariri legali li jkollu. Għal kuntrarju ta’ dak li qed jingħad fil-mistoqsija, il-parir legali li għandu l-Gvern huwa li ma saret ebda diskriminazzjoni f’dan il-każ.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2026?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru W597
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2026?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru W571
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhuma l-għanijiet tal-qafas nazzjonali propost għall-aftercare ta’ tfal u żgħażagħ li jkunu f’kura alternattiva u x’appoġġ qed jiġi propost biex dawn iż-żgħażagħ jgħaddu għall-ħajja adulta u indipendenti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-passi li jmiss wara l-konsultazzjoni pubblika?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, il-Politika ta’ Aftercare għat-Tfal fil-Kura Alternattiva għandha l-għan li tassigura tranżizzjoni ppjanata, gradwali u sostnuta għall-ħajja adulta u indipendenti. Din tirrikonoxxi li ż-żgħażagħ li joħorġu mill-kura alternattiva li jkunu għexu taħt Care Order jeħtieġu appoġġ kontinwu, lil hinn mill-età ta’ 18-il sena, sabiex ikollhom opportunitajiet reali fl-edukazzjoni, ix-xogħol, l-akkomodazzjoni, is-saħħa u r-relazzjonijiet personali.
Il-politika tipproponi Aftercare Guarantee b’numru ta’ miżuri li jinkludu tħejjija għat-tranżizzjoni sa mill-età ta’ madwar 15-il sena, bl-għoti ta’ mentor skont ir-rieda u ċ-ċirkustanzi individwali taż-żagħżugħ. Sal-età ta’ 17-il sena jitfassal pjan individwali ta’ aftercare flimkien maż-żagħżugħ, il-mentor, il-ħaddiem soċjali ewlieni u partijiet oħra rilevanti.
Mill-età ta’ 18-il sena, iż-żgħażagħ li jitilqu mill-kura jkunu offruti opportunità ta’ taħriġ jew impjieg, appoġġ għal akkomodazzjoni assistita jew indipendenti, kif ukoll servizzi kontinwi ta’ saħħa fiżika u mentali. Il-qafas jinkludi wkoll għajnuna finanzjarja gradwali, appoġġ għar-rabtiet familjari u soċjali, servizzi ta’ drop-in, u mekkaniżmu ta’ intervent bikri għal persuni taħt it-23 sena li jirċievu ċerti benefiċċji soċjali jew benefiċċji tal-qgħad.
Barra minn hekk, qed jiġu proposti inċentivi għall-impjegaturi biex jimpjegaw u jżommu żgħażagħ li telqu mill-kura, skemi ta’ kreditu tat-taxxa, sussidji aħjar għall-akkomodazzjoni, starter packs għal min jibda jgħix b’mod semi-indipendenti jew indipendenti, u programmi li jqabblu lil dawn iż-żgħażagħ ma’ individwi jew familji li jistgħu joffru stabbiltà, gwida u ambjent ta’ sostenn.
Fir-rigward tal-passi li jmiss, bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika dwar il-politika proposta, b’sottomissjonijiet mistennija sal-aħħar ta’ Ottubru 2026. Tħejjiet ukoll verżjoni adattata għat-tfal sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom permezz tal-Empowering Children App. Wara l-għeluq tal-konsultazzjoni, il-kontributi kollha jiġu analizzati biex il-politika tiġi ffinalizzata u jitfassal il-pjan għall-implimentazzjoni tagħha għall-perjodu 2026-2031.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw familji mit-titjib fl-Allowance tat-Tfal fl-2026, inkluż miż-żieda fil-limitu tad-dħul għall-ħlas ta’ rati ogħla? Jista’ wkoll jagħti t-total tal-ħlasijiet magħmula fl-2026 meta mqabbel ma’ dawk magħmula fl-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1503 u jgħid kemm-il persuna għamlet użu mill-krediti tal-kontribuzzjonijiet minħabba trobbija tat-tfal jew caregiving matul l-aħħar ħames snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx differenza medja bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel u jekk iva, kemm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tali informazzjoni tiġi kkalkulata abbażi ta’ diversi fatturi mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Mill-aħħar statistika ppubblikata jirriżulta li l-Gender Pension Gap huwa ta’ kważi 37%. Madankollu, wieħed irid joqgħod attent kif jinterpreta din il-figura.
L-ewwelnett, parti sostanzjali minn dan hija l-fatt li fil-passat ħafna nisa kienu jieqfu mix-xogħol malli jiżżewġu, bir-riżultat li llum jew m’għandhomx pensjoni jew għandhom pensjoni baxxa meta mqabbla mal-irġiel. Għal dan il-għan, matul l-aħħar snin il-Gvern introduċa diversi skemi u daħħal diversi emendi fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali sabiex jolqot b’mod pożittiv lil dawn it-tip ta’ nisa.
Dawn l-iskemi u l-emendi rnexxew, fejn illum il-ġurnata qegħdin nirreġistraw żieda fin-numru ta’ pensjonanti nisa. Barra minn hekk, fis-sena 2015, iddaħħal għall-ewwel darba mekkaniżmu sabiex dawk il-persuni li jekk ma jgħaqqdux għaxar snin kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa, jitħallsu bonus ta’ darba fis-sena skont in-numru ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa. Dan il-bonus ġie msaħħaħ permezz ta’ budgets suċċessivi.
Iżda, minħabba li dan il-bonus annwali jkun inkluż fil-kalkolu tad-distakk bejn in-nisa u l-irġiel, dan il-bonus, minkejja kull intenzjoni tajba tiegħu inkluż li jipprovdi dħul għan-nisa, qed ikompli jkabbar id-distakk għaliex ibaxxi l-medja tal-pensjoni tan-nisa, minkejja li mhux pensjoni. Li kieku l-Gvern ma jħallasx dan il-bonus, li jkun ifisser anqas dħul fil-bwiet tan-nisa, ironikament il-gender pension gap ikun ta’ anqas minn 29%.
Huwa għalhekk li wieħed irid joqgħod attent kif jinterpreta l-figura tal-gender pension gap għaliex ma tagħtix l-istampa sħiħa u reali tas-sitwazzjoni, apparti li parti minnu huwa riżultat ta’ fatturi u ċirkostanzi li seħħew saħansitra sa nofs seklu ilu u aktar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi indirizzat il-faqar fost in-nisa anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellanta li t-tnaqqis tal-faqar fost il-pensjonanti, inklużi l-pensjonanti nisa, qed jiġi indirizzat permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Pensjonijiet 2021–2027, r-Rapport Strateġiku tal-Pensjonijiet 2025 u tal-Istrateġija Nazzjonali għal Aktar Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali 2025–2035.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, Information Management Unit fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja ingaġġat l-għajnuna tal- Konsulenza
Marbuta mal-Intelliġenza Artifiċjali minn għand (DNP Group, ICT Solutions u GTG legal) skont il-proċeduri tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru W316
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Bordijiet ta’ Reviżjoni għadhom jagħmlu l-laqgħat tagħhom online mingħajr ma jaraw x’inhi l-preferenza ta’ dawk involuti u l-gravità tal-każijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hux biħsiebu jbiddel il-proċedura tal-ħidma ta’ dawn il-bordijiet f’dan is-sens?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent, is-seduti tal-Bordijiet ta’ Reviżjoni jsiru b’mod virtwali permezz ta’ Zoom. Din il-modalità ġiet adottata bil-għan li jiġi żgurat proċess aktar sigur, effiċjenti u aċċessibbli għall-partijiet kollha involuti, filwaqt li tiffaċilita’ l-parteċipazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-familji, il-foster carers, il-ħaddiema soċjali u professjonisti oħra involuti fil-każ.
Il-format virtwali jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġu minimizzati, fejn huwa possibbli, tensjonijiet jew kunflitti li jistgħu jinqalgħu waqt seduti wiċċ imb wiċċ, kif ukoll sabiex isir użu aktar effiċjenti tal-ħin u tar-riżorsi.
Madanakollu, l-użu tal-format virtwali mhuwiex wieħed assolut. Il-Bordijiet ta’ Reviżjoni, jistgħu jiddeċiedu li s-seduta, jew parti minnha, issir b’mod fiżiku, fejn iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ/każijiet ikun jirrijedi li jsir hekk, u dan wara li jitqiesu n-natura tal-każ, il-ħtiġijiet tal-minuri kif ukoll ta’ dawk l-persuni l-oħra involuti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tifel jew tifla bħalissa qed jistenna pjan ta’ permanenza u kemm ilu kull każ pendenti sabiex tinkiseb permanenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu huwa kif qed ikun elenkat hawn taħt:
1.
Każijiet pendenti quddiem ir-
Review Board
imwaqqaf skont Kap 602:
Hemm
żewġ (2) każijiet
, wieħed sottomess f’ April 2026 u ieħor sottomess f’ Ġunju, 2026. Jekk ir-
Review Board
jiddeċiedi favur permanenza dawn imbagħad jiġu ppreżentati lill-Qorti kompetenti għall-approvazzjoni finali tagħha permezz ta’ digriet maħruġ mill-istess Qorti.
2.
Każijiet approvati mir-
Review Board
u li qed jistennew Digriet definittiv mill-Qorti kompetenti skond Kap 602:
Hemm
erba’ (4) każijiet
li huma mqassmin hekk:
· Tnejn (2) kienu sottomessi lir-
Review Board
f’ Jannar, 2026 u approvati f’ Mejju, 2026 u li, għaldaqstant, ilhom jistennew id-Digriet tal-Qorti erba’ (4) xhur,
· Kas wieħed (1) li kien sottomess lir-
Review Board
f’ Mejju, 2026 u approvat f’ Ġunju, 2026 u li, għaldaqstant, ilu jistenna d-Digriet tal-Qorti tliet (3) xhur,
· Kas ieħor (1) li kien sottomess lir-
Review Board
f’ Mejju, 2026 u approvat f’ Lulju, 2026 u li, għaldaqstant, ilu jistenna id-Digriet tal-Qorti xharejn (2).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex l-indirizz tal-foster carers ikun dak uffiċjali fir-rekords tal-iskejjel, tas-servizzi tas-saħħa u ta’ entitajiet pubbliċi oħra, sabiex jiġu evitati diffikultajiet amministrattivi u jiġu protetti l-privatezza u s-sigurtà tat-tfal? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir biex il-foster carers ikollhom aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-Gvern permezz tal-eID tagħhom f’materji ta’ edukazzjoni, saħħa, eċċ.?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li d-Direttorat tal-Kura Alternattiva fi ħdan l-FSWS qiegħed jaħdem fil-qrib mal foster carers u mal-entitajiet konċernati biex tkompli tissaħħaħ is-sistema.
Inżid ukoll li fil-preżent il-Ħaddiema Soċjali jassistu biex jiffaċilitaw il-proċessi fejn jidħlu trasport tal-iskola, u anke rigward ir-riżultati tal-eżamijiet tat-tfal, filwaqt li f’ċirkostanzi oħra, fejn ikun possibbli, l-indirizz tat-tfal jinbidel minnufih fuq dak tal-foster family.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ta’ Provisional Order pendenti bħalissa, maqsuma skont kemm ilhom pendenti u ċjoè; aktar minn sena, sentejn u tliet snin? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-raġunijiet ewlenin għad-dewmien biex ikunu deċiżi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif jidher hawn taħt:
2022: 4 Ordnijiet (1 għas-sentenza)
· 2 Ordnijiet ta’ Ħarsien
· 2 Ordnijiet t’Emerġenza
2023: 10 Ordnijiet (1 għas-sentenza)
· 4 Ordnijiet ta’ Ħarsien
· 4 Ordnijiet ta’ Emerġenza
· 2 Ordnijiet ta’ Superviżjoni
2024: 22 Ordni
(4 għas-sentenza)
· 5 Ordnijiet ta’ Ħarsien
· 10 Ordnijiet t’Emerġenza
· 7 Ordnijiet ta’ Superviżjoni
2025: 24 Ordni
(6 għas-sentenza)
· 9 Ordnijiet ta’ Ħarsien
· 10 Ordnijiet ta’ Emerġenza
· 4 Ordnijiet ta’ Superviżjoni
· 1 Ordni ta’ Korrezzjoni
2026: 33 Ordni
(4 għas-sentenza)
· 12 Ordni ta’ Ħarsien
· 19 Ordni ta’ Emerġenza
· 2 Ordnijiet ta’ Superviżjoni
Dan ifisser li proviżjorjament hemm total ta’ 93 kawża pendenti bejn l-2022 u 2026. Dan id-dewmien seta’ gie kkawżat, imma mhux biss, minn xhieda multipla u ripettitiva fejn il-Qorti talbet li tisma’ l-istess xhieda jew tirrepeti proċeduri biex tifhem il-każ sew. Raġuni oħra li wasslet għal dewmien fil-passat kien in-nuqqas ta’ preżenza tal-ġenituri li jew ma jattendux jew ma jinstabux. Għaldaqstant, illum qed jinħatar Kuratur Legali biex il-proċess ma jeħilx minħabba n-nuqqas tal-ġenituri. Il-fatt li s-seduti jiġu differiti għal xahrejn jew tlieta jwassal ukoll għal ħafna dewmien fil-proċeduri għax ikun għadda wisq żmien bejn seduta u oħra li twassal għal tibdil fil-bżonnijiet u ċ-ċirkustanzi tal-ħajja ta’ minuri.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispiża kapitali u dik annwali taċ-Children’s House f’Santa Venera matul l-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba ntużat din il-binja f’każijiet ta’ protezzjoni ta’ minuri u x’miżuri qed jittieħdu sabiex din il-faċilità tintuża b’mod aktar regolari u estensiv?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninsab infrumat li l-ispiza kapitali u annwali tac-
Children’s House,
li tinkludi spejjeż relatati ma’ pagi, servizzi ta’ sigurta’, tisħiħ tal-post, infiq fuq għamara u tgħamir ieħor meħtieġ għall-użu sħiħ tal-istess servizz, għas-snin bejn 2023 u sa’ Gunju tal-2026, hija kif iddettaljata hawn taħt:
2023
- €176,781
2024
- €172,118
2025
- €205.565
2026
(sa Gunju) - €96,476
Ninsab infurmat ukoll li matul is-sena 2024, 26 minuri li kellhom bzonn protezzjoni uzaw iċ-
Children’s House
għall-
Forensic Interview
jew biex jagħtu xhieda mill-istess dar b’ mod sigur u fil-presenza ta’ professjonisti mħarrġa.
Matul is-sena 2025, saru 9
Forensic Interviews u
20 sessjoni fejn minuri taw xhieda mic-
Children’s House
.
Matul is-sena 2026, sa Settembru, saru 44
Forensic Interview
u żewġ minuri taw xhieda fil-presenza tal-Maġistrat miċ-
Children’s House
. Matul din is-sena saru wkoll tlett laqgħat bejn il-minuri u l-avukati tat-tfal.
Fir-rigward tal-aħħar parti tal-mistoqsija, jiġifieri, dwar;
“ ... x’ miżuri qed jittieħdu sabiex din il-faċilità tintuża b’mod aktar regolari u estensiv?”
irid jingħad li dan mhuwiex fil-kontroll la tal-FSWS li hija operazzjonalment responsabbli għaċ-Children’s House u lanqas ta’ dan il-Ministeru li huwa politikament responsabbli għaliha.