Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Teleworking – Medja ta’ sigħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li,
l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ex-uffiċjali tas-servizz, li fil-31 ta’ Diċembru 2025, irċevew il-pensjoni tas-servizz, maqsuma fl-erba' korpi dixxiplinati: Pulizija, Forzi Armati, CCF u Protezzjoni Ċivili?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li eks-uffiċjali fil-korpi msemmija rċevew pensjoni tas-servizz fil-31 ta’ Diċembru 2025 skont it-tabella hawn taħt:
Korp
Numru ta’ pensjonanti
Pulizija
1807
Forzi Armati
1772
Servizzi Korrettivi
47
Protezzjoni Ċivili
34
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti l-Mosta li jieħdu xi tip ta’ benefiċċju soċjali? Jista’ jgħid ukoll x’tip?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt.
Tajjeb li ikun ċċarat illi, l-informazzjoni mogħtija qiegħda tagħmel referenza għall-benefiċċji soċjali skont l-Att dwar is-Sigurta Soċjali u ma hijiex tinkludi forom ta’ pensjonijiet varji u benefiċċji
short-term
u dan fin-nuqqas ta’ kjarifika fil-mistoqsija parlamentari.
Benefiċċju
Mosta
Assistenza għal Persuni b’vista batuta
4
Allowance tat-Tfal
405
Allowance tat-Tfal (Flat Rate)
1,872
Allowance għal Carers
9
Għotja għal Carers
31
Assistenza għal Diżabilità
20
Allowance għal tfal b’diżabilità
125
Allowance għal tfal fil-kura
9
Allowance Miżjuda għal Carers
29
Assistenza Miżjuda għal Diżabilita’ Severa
44
Benefiċċju għal waqt l-Impjieg
1,150
Għajnuna Soċjali
92
Assistenza għal Diżabilità Severa
167
Għajnuna għal Mard
224
Allowance Supplimentari
585
Għajnuna Soċjali għal Ġenitur
32
Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg
8
Tnaqqis gradwali tal-benefiċċju
18
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f’Ħ’Attard li jieħdu xi tip ta’ benefiċċju soċjali? Jista’ jgħid ukoll x’tip?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazjzoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt.
Tajjeb illi ikun ċċarat li, l-informazzjoni mogħtija qiegħda tagħmel referenza għall-benefiċċji soċjali skont l-Att dwar is-Sigurta Soċjali u ma hijiex tinkludi forom ta’ pensjonijiet varji u benefiċċji
short-term
u dan fin-nuqqas ta’ kjarifika fil-mistoqsija parlamentari.
Benefiċċju
Attard
Assistenza għal Persuni b’vista batuta
5
Allowance tat-Tfal
128
Allowance tat-Tfal (Flat Rate)
948
Allowance għal Carers
6
Għotja għal Carers
13
Assistenza għal Diżabilità
16
Allowance għal tfal b’diżabilità
46
Allowance għal tfal fil-kura
8
Allownace Miżjuda għal Carers
13
Assistenza Miżjuda għal Diżabilita’ Severa
19
Benefiċċju għal waqt l-Impjieg
389
Għajnuna Soċjali
70
Assistenza għal Diżabilità Severa
87
Għajnuna għal Mard
101
Allowance Supplimentari
178
Għajnuna Soċjali għal Ġenitur
17
Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg
2
Tnaqqis gradwali tal-benefiċċju
4
Ħal Għaxaq - Persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Għaxaq li qed jirċievu l-għajnuna soċjali matul is-sena 2025 u jindika kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Għajnuna Soċjali
Nisa
Irġiel
Total
PQ 33468
GĦAXAQ
54
12
66
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif weġibt f’diversi istanzi, lentitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Santa Luċija - Persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Santa Luċija li qed jirċievu l-għajnuna soċjali matul is-sena 2025 u jindika kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Għajnuna Soċjali
Nisa
Irġiel
Total
PQ 33466
SANTA LUĊIJA
54
5
59
Il-Gudja - Persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Gudja li qed jirċievu l-għajnuna soċjali matul is-sena 2025 u jindika kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Għajnuna Soċjali
Nisa
Irġiel
Total
PQ 33465
GUDJA
8
1
9
Marsaxlokk - Persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Marsaxlokk li qed jirċievu l-għajnuna soċjali matul is-sena li għaddiet 2025 u jindika kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Għajnuna Soċjali
Nisa
Irġiel
Total
PQ 33463
MARSAXLOKK
24
5
29
Iż-Żejtun - Persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti ż-Żejtun li qed jirċievu l-għajnuna soċjali matul is-sena li għaddiet 2025 u jindika kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Għajnuna Soċjali
Nisa
Irġiel
Total
PQ 33462
ŻEJTUN
114
31
145
Ħal Tarxien - Persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Tarxien li qed jirċievu l-għajnuna soċjali matul is-sena li għaddiet 2025 u jindika kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Għajnuna Soċjali
Nisa
Irġiel
Total
PQ 33461
TARXIEN
99
17
116
FSWS - Passi li jittieħdu f’każijiet fejn koppji jgħixu f’postijiet dilapidati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31942 u 32207 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid x’passi jittieħdu ma’ dawk il-koppji li jkunu ser jittieħdulhom it-tfal mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) minħabba li jkunu jgħixu f’postijiet dilapidati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill Onor Interpellant li d-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri jimxi fuq il-principju li kemm jista’ jkun jippreserva l-entità tal-familja u fejn ikun hemm sitwazzjoni ta’ familji li jgħixu f’postijiet mhux edegwati, il-Ħaddiema Soċjali fi ħdan id-Direttorat jaħdmu ma’ entitajiet u servizzi varji biex jassiguraw li l-minuri jgħixu f’post sikur u fejn il-bżonnijiet bażiċi tagħhom ikunu mħarsa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw biex jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju u kemm kien hemm persuni li qed jirċevuh?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ applikanti għall-Għajnuna Soċjali matul l-2025 kien jammonta għal 708.
Mill-applikanti kollha, 109 rċevew ċaħda bil-miktub minħabba li ma’ ssodisfawx id-disposizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), 127 benefiċjarju ma’ baqgħux jirċievu l-benefiċċju filwaqt li 472 benefiċjarju għadhom jirċievu tali assistenza sal-lum
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32473, jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li jkollha 15-il kontribuzzjoni mħallsa u qed tirċievi l-Carers Allowance, iżda qabel ma bdiet tirċievi din l-allowance ma kinitx f’impjieg, tkunx intitolata għall-pensjoni kontributorja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi
sabiex persuna tikkwalifika għall-Pensjoni Minima Nazzjonali, waħda mill-kundizzjonijiet statutorji hija dik li trid tkun ħallset mhux anqas minn 156 kontribuzzjoni tas-Sigurta` Soċjali. Dan minbarra kundizzjonijiet oħrajn, fosthom li l-persuna irid ikollha mill-anqas medja ta’ 20 kontribuzzjoni kull sena minn meta tkun għalqet 18-il sena sal-eta’ tal-irtirar. Alternattivament sabiex persuna tikkwalifika għal Pensjoni taż-Żewġ terzi ridotta, trid tkun ħallset mill-anqas 10 snin ta’ kontribuzzjonijiet.