ħlas mill-Gvern Malti lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea bħala ħlas għall-kura medika ta' Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-Gvern Malti lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea bħala ħlas għall-kura medika ta' Maltin li kienu fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u għamlu użu mill-iskema tal-E111?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenari 14064 u jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jsiru l-ħatriet taċ-chairperson u tal-persuni biex iservu fuq it-Tribunal Industrijali?
Ministeru għall-Politika Soċjali — nisa tqal li jaħdmu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13665, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-proprjetà li kienet okkupata illegalment mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jissewwewlha l-ħsarat li saru fiha biex din terġa' tiġi abitabbli għas-sidien tagħha?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant din il-proprjetà ġiet rekwizizzjonata nhar il-2 Lulju 1990 f'isem il-Kummissarju ta' l-Artijiet. Fl-1990 il-persuna li kienet qiegħda tgħix hemm saħansitra minn qabel, ingħatat rikonoxximent fuq il-post. Dan il-post ġie allokat għal darba oħra nhar l-4 ta' Novembru 1998. Fl-20 ta' Marzu 2003 l-inkwilina rritornat iċ-ċwievet ta' dan il-fond u tali ċwievet ġew ritornati lid-Dipartiment ta' l-Artijiet nhar il-4 ta' Novembru 2003. L-Ordni ta' Rekwizizzjoni ġiet imħassra nhar is-16 ta' Settermbru 2003, Għalhekk li d-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali qatt ma okkupa din il-proprjetà illegalment u għalhekk ma jistax jinżamm responsabbli għal xi ħsarat li hemm fil-fond..
Informat ukoll li l-Awtorità tad-Djar il-Kummissarju ta' l-Artijiet jipposjedi tliet partijiet minn sittax ta' din il-proprjetà filwaqt li l-kumplament huma ta' sidien privati.
Sptar Mater Dei — dipartiment tad-dijabete - appuntamenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
1. Kemm hija l-medja ta' stennija ta' appuntamenti New Cases fid-Dipartiment tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei?
2. Kemm huwa n-numru ta' nies li qed jistennew appuntament għas-sena 2010 fl-istess dipartiment?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14380, 14058, 11944 u 11804 u jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia? Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Ropinirole li tintuża f'parkinson's disease ilha x-xhur tingħata biss għal perjodu ta' ġimgħatejn, b'inkonvenjeza kbira għall-familjari tal-pazjent li diġà jkunu taħt pressjoni fiċ-ċirkostanzi? Għaliex din il-mediċina ma tiġix provduta permezz tal-POYC?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14345 u jgħid kemm kien hemm talbiet għal PET Scan matul l-2009? Kemm fil-fatt saru? Kemm ħallas il-Gvern lis-settur privat għal dawn l-iscans? Fiex wasal il-Gvern sabiex ikollu ukoll dan it-tagħmir?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li matul is-sena 2009 saru tliet talbiet uffiċjali għas-servizz ta’ PET Scan. L-ebda scan ma ġie mħallas mill-gvern għaliex sal-lum dan is-servizz ma jiffurmax parti mil-pakkett ta’ kura. Il-Gvern għamel applikazzjoni għall-fondi għall-PET Scan mill-Gvern Sviżżeru u qiegħed jistenna risposta mingħand il-Gvern Svizzeru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14387 u 14154 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13725, japprezza l-Ministru li l-Bord Mediku li kull darba li persuna tintalab biex terġa' tidher fi żmien qasir, dan ikun ifisser li l-persuna trid terġa' tmur privatament għand speċjalista biex jerġa' jsir ċertifikat skont il-bżonn? Għaldaqstant jirrealizza l-Ministru li l-Bord Mediku, jekk kompost minn speċjalisti li jaħdmu ukoll privatament, għandhom potenzjalment konflitt ta' interess?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirrizulta l-ebda konflitt ta’ interess fir-rigward tal-membri tal-Bordijiet Medici kif maħtura mill-Ministru għal Politika Socjali bis-saħħa ta’ l-Att dwar is-Sigrutà Socjali (Kap. 318) u dan għaliex is-sistema li tintuza meta jintagħzlu il-membri ta’ kull bord mediku, jiġi żgurat illi ma jkunx hemm pazjenti/benefiċċjarji li jkollhom ċertifikat mediku maħruġ minn wieħed mill-membri tal-bord li jkunu qegħdin jidhru quddiemu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li regolarment jagħmlu użu mid-day centre li hemm f'San Pawl il-Baħar immexxija flimkien mal-kunsill lokali? Jekk ikun hemm ħtieġa li l-kunsill jikkuntatja lill-persuni li jużaw dan il-post, kif jista' jagħmel dan?
Awtorità tad-Djar — applikazzjoni pendenti ta' persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji qed jinbagħtu separatament li tgħix f'post waħedha l-Isla u fil-passat applikat biex il-post tagħha jiġi irranġat b'għajnuna tal-Awtorità tad-Djar, l-applikazzjonin tagħha għadha pendenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li fil-futur qrib l-applikanta ser tirċievi appuntament sabiex tiffirma ftehim mal-Awtorità tad-Djar.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex anzjana, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mill-Isla li applikat għall-post alternattiv minħabba li is-sid qed jallega li qed tokkupa l-fond mingħajr titolu fil-liġi b'konsegwenza li se tispiċċa homeless, tieħu post alternattiv?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta konċernata applikat għall-Akkomodazzjoni Alternattiva fil-15/05/2009 u qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtiega.
ETC — nies jirreġistraw għax-xogħol bħala registered disabled
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jirreġistraw għax-xogħol bħala registered disabled mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Kemm minnhom ilhom jirreġistraw sena jew anqas, bejn sena u sentejn, bejn sentejn u tliet snin, bejn tliet snin u erba' snin, bejn erba' snin u ħames snin kif ukoll minn ħames snin 'il fuq?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fl-aħħar ta’ Novembru 2009 kien hemm 460 persuna reġistrata mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ bħala registered disabled kemm fuq l-ewwel parti kif ukoll fuq it-tieni parti tar-reġistru.
Dawn kienu ilhom jirreġistraw hekk :-
Ilhom jirreġistraw
Nov-09
Sena jew inqas
223
Minn sena sa sentejn
106
Minn sentejn sa tliet snin
47
Minn tliet snin sa erba' snin
30
Minn erba' snin sa ħames snin
17
Minn ħames snin ‘il fuq
37
Total
460
Sptar Mater Dei — ħlas pagi, allowances u overtime lin-nurses
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għan-nurses ta' kull kategorija fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009? Kemm minn dawn in-nurses kienu ta' nazzjonalità mhux Maltija u kemm ħallas il-Gvern lil dawn in-nurses bħala akkomodazzjoni u allowances oħra?
Sptar Mater Dei — ħlas ta' pagi, allowances u overtime għal tobba, konsulenti u speċjalisti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għal tobba, konsulenti u speċjalisti fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009? Kemm minn dawn it-tobba, konsulenti u speċjalisti kienu ta' nazzjonalità barranija? Kemm ħallas il-gvern lil dawn għal akkomodazzoni u allowances oħra? Dawn kienu eżenti mill-ħlas tal-income tax?