Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jieħdu l-kunsilli lokali biex inaqqsu l-ħmieġ tal-annimali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali jieħdu diversi miżuri biex inaqqsu l-ħmieġ tal-annimali. Dawn fost oħrajn jinkludu:
bye-laws
għall-kontroll tal-ħamiem; żamma ta reċipjenti fejn il-pubbliku jkun jista' jpoġġi ħmieġ tal-klieb; tabelli li jfakkru fir-responsabbiltà li wieħed inaddaf il-ħmieġ tal-kelb tiegħu; ħidma mal-
community police
u aġenziji oħra fuq infurzar; kampanji u attivitajiet edukattivi relatati. Dan minbarra t-tindif regolari tal-bankini u t-toroq.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser terġa’ titwaħħal l-istop sign fi Triq Baldassare Lanċi, il-Fgura, peress li bħalissa tinsab mitfugħa fil-ġenb tat-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li t-tabella li qed issir referenza għaliha ser titwaħħal malli jitlestew ix-xogħlijiet fuq il-bankini.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34349 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid x’qed isir mill-awtoritajiet konċernati dwar is-sitwazzjoni relatata mal-culvert fi Triq Hompesch, il-Fgura, li bħalissa qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti tal-inħawi u huwa ta’ periklu għas-sewwieqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Fgura li saret kommunikazzjoni ma' Infrastructure Malta biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa.
Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Frar 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikunu qed jiġu mdawla u jerġgħu jibdew jaħdmu l-funtani fi Pjazza Medjatriċi u Misraħ San Ġakbu, f’Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li l-funtana fi Pjazza Medjatriċi, bħalissa hija mdawwla iżda s-sistema tal-ilma mhijiex operattiva minħabba tnixxija mhux identifikata taħt l-art. It-tiswija teħtieġ intervent infrastrutturali estensiv peress li ż-żona hija pavimentata kompletament, u għaldaqstant għadha ma ġietx stabbilita data għal meta ser jitwettqu x-xogħlijiet.
Fir-rigward tal-funtana f’Misraħ San Ġakbu, ġiet identifikata ħsara fil-pompa u bħalissa qed issir it-tiswija. Huwa mistenni li terġa’ tibda topera fil-ġimgħat li ġejjin, sakemm ma jinstabux problemi oħra.
Ħaż-Żabbar - Statwa tal-Madonna tal-Grazzja - Dawl
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun qed tiġi mdawla l-istatwa tal-ġebel tal-Madonna tal-Grazzja, f’Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-istatwa tal-ġebel tal-Madonna tal-Grazzja, fit-triq prinċipali ta’ Ħaż-Żabbar, hija mdawla.
Qed inpoġġi wkoll ritratti fuq il-Mejda tal-Kamra .
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34319 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32467 rigward it-tiswija tal-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja, fejn ingħad li “Fi ftit żmien is-Sovrintendenza ħa tibda l-proċess li naraw x’hemm bżonn biex il-bieb jiġi restawrat u jitpoġġa lura għaliex jista’ jkun ikun hemm bżonn ta’ xi intervent fuq il-pilastri tal-gate tal-fortizza.”, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-bieb tal-batterija iċċaqlaq mill-post għal post sigur. Ser issir spezzjoni biex jiġu identifikati l-ħsarat sabiex jibda l-pjan tal-konservazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33799 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bus shelter fil-waqfa 5674 bl-isem ‘Għeneb’, fi Triq Santa Katerina, Ħ’Attard, biex iservi ta’ lqugħ għal dawk li jużaw is-servizz tal-karozzi tal-linja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħ’Attard li hemm il-ħsieb li jsir bus shelter fil-waqfa 5674 bl-isem ‘Għeneb’, fi Triq Santa Katerina, Ħ’Attard.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn libreriji pubbliċi f’Malta u Għawdex u jelenka l-lokalitajiet ta’ fejn jinsabu u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm attwalment hemm persuni reġistrati biex jissellfu kotba minn dawn il-libreriji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni reġistrati biex jissellfu kotba minn dawn il-libreriji huwa:
48,985.
Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rikjesta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34317 u 34318 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34314, 34315, u 34316 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u lill-Prim Ministru u jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34311, 34312 u 34313 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u lill-Prim Ministru u jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34308, 34309 u 34310 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u lill-Prim Ministru u jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li saru diskussjonijiet kostruttivi, mal-American University of Malta (AUM) fir-rigward tal-irmiġġ ta’ dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla, bil-ħsieb li l-kwistjoni tkun solvuta b’ mod prattiku, strettament fil-parametri tal-konċessjoni eżistenti.
Ġejt infurmat ukoll ġie ċċarat li s-sempliċi tolleranza tad-dgħajjes li huma marbuta mal-moll fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla, mingħajr l-għoti ta’ ebda drittijiet ta’ rmiġġ, kiri, konċessjoni, jew attivitajiet kummerċjali, ma tikkostitwixxix, fiha nnifisha, ksur tal- konċessjoni. Tali tolleranza għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet, inklużi projbizzjonijiet fuq ir-rimi taż-żibel u fuq it-twettiq ta’ tiswijiet jew attivitajiet simili fuq il-post. Dan l-approċċ jibqa’ konsistenti mat-termini tal-konċessjoni u ma joħloq l-ebda dritt jew obbligu lil hinn minn dawk espressament ikkontemplati fiha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29519, dwar il-manutenzjoni tal-playing field (inkluż il-ġnien) fi Triq Ta’ Ġokk fix-Xewkija, Għawdex li taqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Kunsill Lokali, fejn ġie mwieġeb li ‘ix-xogħol ta’ manutenzjoni u rinnovar huwa ppjanat li jibda fil-bidu tas-sena 2026. Kif diġà indikat, il-proċess għat-tħejjija tas-sejħa għall-offerti jinsab fi stadju avvanzat u bħalissa qed jitħejjew il-BoQs.”, u peress li din il-playing field u open space jinsabu fi stat ħażin għal min jiffrekwentahom, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat (xahar u sena) li jinbeda x-xogħol u jiġi rranġat u ssir il-manutenzjoni meħtieġa? Jista’ jgħid ukoll jekk preżentement din il-playing field hijiex sigura u jekk hijiex iċċertifikata li hija sigura? Jista’ jgħid ukoll jekk tħejjewx is-sejħiet għal offerti u jekk ġewx ippubblikati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ix-Xewkija li l-proġett relatat mal-manutenzjoni u r-rinnovar tal-playing field u l-open space fi Triq Ta’ Ġokk, fix-Xewkija, jinsab fi stadju avvanzat ta’ preparazzjoni. Sadanitant, għaddejjin ukoll it-tħejjijiet tas-sejħiet għall-offerti. Infurmat ukoll li fir-rigward tas-sigurtà tal-post, il-Kunsill Lokali ħa l-miżuri neċessarji sabiex jitnaqqas kull riskju possibbli. B’mod partikolari, l-apparat tat-tfal, inklużi l-bandli, tneħħew sabiex jiġi evitat kull periklu għall-utenti. Il-Kunsill Lokali jibqa’ impenjat li jimplimenta l-proġett kemm jista’ jkun malajr, sabiex dan l-ispazju jiġi rranġat u jerġa’ jservi lill-komunità b’mod sigur u adegwat.
Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul April 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru W 413.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34145, 34292 u 34648 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ħaż-Żabbar – Triq Bieb is-Sultan – Bankina - Ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti fuq il-bankina bejn in-numri 128 u 148 fi Triq Bieb is-Sultan f’Ħaż-Żabbar, speċifikament fin-naħa tar-residenzi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar irċieva lment wieħed, irreġistrat uffiċjalment, dwar il-bankina bejn in-numri 128 u 148 fi Triq Bieb is-Sultan.