Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36504 li oriġinarjament saret lill-Minsitru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet rifertua lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prezzijiet tal-mediċini, li ġew imraħħsa fil-prezz fl-aħħar lista ppubblikata hawn Malta fid-19 ta’ Settembru 2012? Kif qegħdin jinbiegħu f’dawn il-pajjiżi, stati-membri tal-Unjoni Ewropeja: Portugall, Spanja, Sqallija/Italja, Greċja u Polonja?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mediċini li roħsu kif ġew imħabbra fid-19 ta’ Settembru 2012, bil-prezzijiet kif jinbiegħu fil-Portugall, fi Spanja u fl-Italja.
Billi l-Greċja u l-Polonja ma jintużawx bħala pajjiżi ta’ riferenza fil-mekkaniżmu tat-tqabbil tal-prezzijiet, l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur m’għandhiex lista bil-prezzijiet f’dawn il-pajjiżi.
Peress li l-għaqda persuni neqsin mis-smigħ ilhom żmien jitolbu premises, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din it-talba?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, m’għandu l-ebda talba pendenti mill-għaqda persuni neqsin mis-smigħ għal xi premises. Madanakollu ninforma lill-Onorevoli Membru, li din l-għaqda diġà għandha fond tal-Gvern mikri lilha sa mill-1981, ġewwa Xatt Lascaris, il-Belt Valletta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37000, jista' l-Ministru jikkonferma li kellu kalkulazzjonijiet u pariri dwar il-valur tal-100 post parkeġġ fl-MCP cap park u li a bażi ta' dawn il-kalkulazzjonijiet u pariri ibbaża l-istess kuntratt dwar l-estensjoni taċ-ċens u l-akkwist tal-100 post parkeġġ fl-istess car park?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ Ewro 3.2 miljun li qed jiġi attribwit għall- valur ta’ 100 spazju ta’ parkeġġ ġie stability billi ttieħdu in konsiderazzjoni numru ta’ kundizzjonijiet imposti mill-Gvern u huma dawn li ġejjin:
1. Ġnien ġdid – l-ispiża tal-proġett sabiex jissaqqaf il-parkeġġ u jzid ‘l fuq minn 400 spazju ġdid flimkien mat-tisbieħ u
landscaping
tal-ġnien huwa stmat li, kieku kien se jagħmlu l-Gvern, jiġi jiswih ‘l fuq minn Ewro 5 miljuni.
2. L-ispiża annwali ta’ manutenzjoni sabiex jinżamm l-ġnien f’stat tajjeb għat-tul ta’ 94 sena tkun a karika ta’ l-operatur. Huwa stmat lid an waħdu se jiswa ‘l fuq minn Ewro 200,000 fis-sena.
3. Aktar spazji ta’ parkeġġ aċċessibli ġewwa l-Belt wara li jiġu vakati kemm jista’ jkun spazji ta’ parkeġġ u wara li qed jiġi assikurat li l-Gvern ikollu l-100 spazji ta’ parkeġġ fl-MCP Car Park sabiex jaqdi l-esiġenzi ta’ l-amministrazzjoni.
Barra minn hekk, il-valur ta’ Ewro 3.2 miljun jitqies ekwu u ġust meta taħdem żewġ kalkoli sempliċi li jifhem kulħadd u mingħajr bżonn ta’ pariri tekniċi. U dank if ġej:
a) Jekk l-ammont ta’ Ewro 3.2 miljun jiġi diviż bl-ammont ta’ 94 sena(il-perjodu taċ-ċens) u r-riżultat jerġa jiġi diviż bin-numru ta’ spazji għad dispożizzjoni, jiġifier 100, tasal għal valur annwu ta’ Ewru 340.42. Dan il-valur, li ma jinbilix tul il-perjodu kollu ta’ 94 sena ċens, jammonta għal ftit inqas minn Ewro kuljum għal kull spazju ta’ parkeġġ. Meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni li llum l-inqas rata li titħallas fil-parkeġġ hija ta’ Ewro 2.30 ċenteżmu (Ewro 600 fis-sena) jidher ċar li l-ammont ta’ Ewro 3.2 miljun li se jitħallas f’rati ugwali fiż-żmien għaxar snin huwa mill-aktar ġust u vantaġġjuż.
b) Meta wieħed jimmultiplika l-ammont ta’ Ewro 200,000 fis-sena għal manutenzjoni tal-ġnien għal 94 sena jammonta għal madwar Ewro 19 miljun. Dan l-ammont kollu se jiġi ffrankat mill-Gvern għax se jsir a spejjeż ta’ l-operatur.
Meta wieħed iqis dawn il-kalkoli, wieħed jasal għall-konklużjoni li l-100 spazju ta’ parkeġġ huma fil-fatt bonus u mhux piż.
Mediċini li roħsu fl-Italja, Ċipru, Spanja u Portugal
Question
Jista' l-Ministru jippubblika l-prezzijiet fl-Italja, Ċipru, Spanja u l-Portugal tal-mediċini li roħsu f'Malta u li huma imsemmija fi stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, datata 19 ta' Settembru 2012?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-lista tal-mediċini li roħsu kif ġie mħabbar fid-19 ta’ Settembru 2012, kif ukoll il-prezzijiet kif jinbiegħu fl-Italja, Ċipru, Spanja u l-Portugall.
Ħaddiema ta' Skala 5 — xogħol mhux tal-grad tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36966 u jgħid kemm hemm persuni minn skala 5 'l fuq li huma on secondment ma' xi entità oħra u allura mhux qed jagħmlu xogħol fil-grad tagħhom? X'inhi r-raġuni għal dan is-secondment u ma' liema entità oħra qegħdin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Dipartiment tal-Artijiet — spezzjonijiet fuq il-Fortizza Campbell f'Selmun
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tal-Artijiet għandux servey tal-Fortizza Campbell f'Selmun, u jekk hemmx evalwazzjoni tal-ħsara li saret f'din l-istess fortizza, minħabba vandaliżmu kif ukoll minħabba l-elementi?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, m’għandu l-ebda survey tal-Fortizza Campbell f’Selmun u għadha ma saret l-ebda evalwazzjoni ta’ ħsarat f’din l-istess fortizza.
Siġġiewi — Triq Karmenu Vassallo - kuntratt ta' akkwist ta' art
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ir-residenti ta' Triq Karmenu Vassallo qabel triq ġdida fi Triq Salvu Curso fis-Siġġiewi se jiġi konkluż u ppblikat il-kuntratt ta' akkwist tagħhom ta' art li fuqha diġà bnew djarhom?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, ikkonkluda l-kuntratti kollha mas-sidien oriġinali għall-akkwist tal-art li fuqha hemm mibnija d-djar fi Triq Karmenu Vassallo, Siġġiewi u lesta l-proċess kollu sabiex l-art in kwistjoni, tiġi trasferita lill-Awtorita’ tad-Djar. Issa jmiss li l-Awtorità tad-Djar toħroġ l-Avviż Legali li juri t-trasferiment tal-art in kwistjoni u wara li jinħareġ dan l-Avviż Legali, l-istess Awtorità tad-Djar tkun f’pożizzjoni li tikkonkludi il-kuntratti tar-residenti ta’ din it-triq.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36314, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar it-tpartit li sar bħala kumpens għall-bejgħ tal-kundizzjonijiet li kien hemm fil-kuntratt tal-fabbrika Lowenbrau?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji dwar it-tpartit li sar bħala kumpens għall-bejgħ tal-kundizzjonijiet li kien hemm fil-kuntratt tal-fabbrika Lowenbrau jinsabu mniżżla fil-kuntratt datat 5 ta’ Ġunju 2011 fl-atti tan-Nutar Dottor Nicolette Vella li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mal-Mistoqsija Parlamentari 36314.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fil-Ministeru, awtoritajiet, aġenziji fi ħdan il-Ministeru tiegħu li jgawdu mill-benefiċċju ta’ karozza jew car/fuel allowance? Jista' jagħti l-mudell ta’ kull karozza, meta nxtrat, il-valur ta' kemm inxtrat u kemm intnefaq flus fuq fuel fuq kull karozza f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni, għal kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu inkluż awtoritajiet u entitajiet oħra, li jgawdu minn family friendly measures u x'tip ta' miżura li minnha qed jibbenefikaw? Jista' l-Ministru, għal kull entità, jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn ħaddiema, li qabel kienu jgawdu minn din il-miżura, kinetx irtirata jew it-talba tagħhom ġiet rifjutata? Kemm kienu dawn il-każijiet u x'kienet il-miżura li għaliha saret it-talba, li ġiet rifjutata?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaddiema ta' Skala 5 — xogħol mhux tal-grad tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn skala 5 'l fuq li huma on secondment ma' xi entità oħra u allura mhux qed jagħmlu xogħol fil-grad tagħhom? X'inhi r-raġuni għal dan is-secondment u ma' liema entità oħra qegħdin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-riposta se tingħata f’seduta oħra.t
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32818, jista' l-Ministru jgħid jekk dan iffisirx li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità politika tal-Ministru ma jżommu l-ebda kontroll fuq l-impjegati u dawk li jingħataw xi xogħol xi jwettqu? Jekk fin-negattiv, l-mistoqsija oriġinali tkun tista' tiġi mwieġba?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-kalkulazzjonijiet u pariri tekniċi oħra li l-Ministru u/jew Dipartiment tal-Artijiet ingħata u li fuq dawn il-pariri kien stabbilit il-valur ta' 100 post f'parkeġġ għall-94 sena, liema valur kien imbgħad rifless fil-kuntratt propost li l-Gvern Malti se jagħmel mal-MCP Ltd.
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
MEPA — żona indikata għall-iżvilupp - art esproprijata
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm-il biċċa art ġiet esproprijata matul l-aħħar għaxar snin sabiex tinfetaħ jew titwessa' xi triq fiż-żona indikata għall-iżvilupp fejn tali triq tkun skemata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jagħti l-isem tat-triq u l-lokalità għal kull biċċa art rispettiva? Jista' jgħid kemm tħallsu flus mill-gvern sabiex inxtrat kull biċċa minn dawn l-affarijiet?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34517.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lill- kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt u xogħol lill-kumpanija msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-tweġiba għall-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, il-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, qatt ma kienet uffiċjalment rikonoxxuta f’xi kirja agrikola preċedenti.
Għaldaqstant, ma tista’ ssir l-ebda reviżjoni ta’ kera, peress li l-ħlas tal-qbiela fuq dan ir-raba’ ġie maħdum skont ir-rati stipulati fl-Iskema tal-Art Agrikola tal-Gvern tas-sena 2000.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji żgħar u Konsumatur — serqiet rapportati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, inkluż d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li ma ġiet irrapportata l-ebda serqa lill-Pulizija mill-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu.