Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Ħamrun – Rata ta’ kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-aħħar statistika marbuta mar-rata ta’ kriminalità fil-Ħamrun u jgħid x’qed isir abbażi tad-data li tinkiseb sabiex tissaħħaħ is-sigurtà?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli lokali – Fondi mill-Aġenzija LESA

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-proġetti li l-kunsilli lokali wettqu fil-lokalitajiet rispettivi, grazzi għall-fondi mill-Aġenzija LESA, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jagħti din l-informazzjoni lokalità b'lokalità, it-tip ta’ proġett, l-ammont ta’ Ewro investiti proġett, proġett u sena b’sena?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza – Sistema ta’ twissijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, f’każ li Malta terġa’ tiffaċċja maltempata qawwija jew sitwazzjoni oħra ta’ emerġenza simili għall-Maltempata Harry, x’miżuri operattivi għandu attwalment fis-seħħ il-Gvern sabiex jiżgura li t-twissijiet jaslu fil-ħin għand il-persuni kollha fiż-żoni affettwati? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux ser ikompli jiddependi fuq ix-xandir tradizzjonali u l-media soċjali, jew jekk hux ser jintroduċi miżuri temporanji ta’ twissija diretta fuq il-mobile sakemm is-sistema Reverse 112 issir kompletament operattiva? Jista’ jgħid ukoll kif dawn il-miżuri ser jilħqu wkoll persuni anzjani, turisti, ħaddiema u residenti barranin, partikolarment dawk li ma jsegwux il-mezzi tax-xandir Maltin jew il-paġni uffiċjali fuq il-media soċjali? Jista’ jgħid ukoll jekk is-sistema Reverse 112 hijiex attwalment operattiva, u jekk le, x’inhi d-data prevista għat-tħaddim tagħha, u jekk sarux testijiet li jikkonfermaw il-kapaċità tagħha li tilħaq apparati kompatibbli b'SIM cards Maltin u barranin?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra

Sistema ta’ twissijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema sistema ta’ twissijiet pubbliċi kienet formalment fis-seħħ bejn il-21 ta’ Ġunju 2022 u l-introduzzjoni tas-sistema Reverse 112, u jispeċifika jekk din kinitx konformi mal-Artikolu 110(1) jew mal-Artikolu 110(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe valutazzjoni teknika jew legali, imwettqa fid-dawl tal-linji gwida tal-BEREC, li turi l-effettività tas-sistema, partikolarment f’termini ta’ kopertura ġeografika, ħin tat-trażmissjoni tat-twissijiet u kapaċità li jintlaħqu l-persuni kollha fiż-żoni affettwati, inklużi turisti, persuni li jużaw servizzi ta’ roaming u persuni temporanjament preżenti f’Malta? Jista’ jgħid ukoll liema awtorità kienet responsabbli sabiex tivverifika din il-konformità u jekk sarux testijiet dokumentati tal-effettività tas-sistema?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Maltempata Harry – Twissijiet diretti fuq mobiles

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3186, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed iqis it-twissijiet permezz tal-media soċjali u l-mezzi tax-xandir bħala sistema alternattiva konformi mal-Artikolu 110(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, meta l-istess artikolu jeskludi espressament is-servizzi tax-xandir mill-mezzi alternattivi previsti? Jekk iva, jista’ jispjega fuq liema bażi legali u teknika l-Gvern wasal għal din il-konklużjoni? Jekk le, jista’ jidentifika liema sistema oħra kienet tissodisfa r-rekwiżiti tal-istess artikolu matul il-Maltempata Harry ta’ Jannar 2026?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

In-Naxxar - Splużjoni tal-Kamra tan-Nar - Rapporti ta’ ħsarat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1179, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet kien hemm binjiet li ġarrbu xi tip ta’ ħsarat – inkluż fi twieqi u bibien - b’riżultat tal-isplużjoni tal-kamra tan-nar fil-limiti tan-Naxxar li seħħet iktar kmieni din is-sena? Jista’ jgħid ukoll jekk dawk li ġarrbu ħsarat humiex ser jingħataw xi tip ta’ kumpens mill-Gvern, u jekk iva, x’tip ta’ kumpens ser jingħata u meta?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha diversi rapporti minn bnadi fil-limiti tan-Naxxar. Billi dwar dan il-każ hemm pendenti inkjesta maġisterjali  ikun għaqli li għalissa nkunu kawti fir-rapporti tagħna.

Għawdex – Qorti tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 958 u jgħid kemm-il seduta pproċessaw l-uffiċċju tal-Qorti tal-Pulizija f'Għawdex fis-sena 2025 u kemm-il seduta pproċessaw din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm hemm pulizija jaħdmu ġewwa l-imsemmi uffiċċju, jekk humiex full-time jew part-time u x'inhu x-xogħol ta' kull pulizija fl-istess uffiċċju?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li l-uffiċċju tal-Qorti tal-Pulizija f'Għawdex ipproċessat mija u wieħed u tletin (131) seduta fis-sena 2025 u mitt (100) seduta sa Settembru tas-sena 2026. Bħalissa hemm seba’ uffiċjali li huma kollha fulltime, Żewġ uffiċjali huma responsabbli għal preparamenti ta’ ċitazzjonijiet u akkużi u dokumenti relatati mas-seduti, waqt li dawn jattendu wkoll għal kull seduta tad-distrett. Żewġ uffiċjali oħra huma responsabbli biex iwasslu ċ-ċitazzjonijiet tas-seduti qabel id-data ta’ kull seduta fil-ħin stabbilit mill-liġi, waqt li tnejn oħra jsegwu proċessi ġenerali oħra, li jinkludu d-doveri marbuta mal-aġġornament ta’ rekords kriminali, fost l-oħrajn. Dan apparti d-dmirijiet l-oħra li jwettaq kull wieħed minn dawn l-uffiċjali, lil hinn minn dawk marbuta speċifikament mas-seduti inkwistjoni.

Skwadra ta’ Kontra d-Droga

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 456, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-Pulizija stazzjonati fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’Malta u f’Għawdex bejn l-2016 u l-2026, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jindika r-rank tal-uffiċjali stazzjonati f’din l-Iskwadra għal kull waħda minn dawn is-snin, b’taqsima separata għal Malta u għal Għawdex? Jista’ jgħid ukoll, għal kull sena msemmija, kemm minn dawn l-uffiċjali kienu assenjati xogħol amministrattiv (fl-uffiċċju) u kemm kienu assenjati xogħol operattiv fuq barra, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra

Vjolenza domestika – Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika aġġornata dwar in-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika rrappurtati f’Malta u Għawdex mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont l-età u l-ġeneru tal-vittmi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu jinvolvu vittmi li kienu diġà għamlu rapporti preċedenti lill-Pulizija?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Hawn taħt għandkom issibu 2 tabelli bl-informazzjoni mitluba.. Vittmi Maskili u femminili Eta’ bejn 0 u 17 Eta’ bejn Eta’ Total ta vittmi Numru ta’ każi 18 u 59 60+ Sal-14/10/26 Domestic Violence Malta Vittmi 119 1405 239 1763 1638 Domestic Violence Għawdex - Vittmi 8 121 18 147 140 Total Malta and Gozo 127 1526 257 1910 1778 It-tabella t’hawn taħt tindika n-numri ta’ vittmi skond il-ġeneru, f’ Malta u Għawdex. Vittmi Femminili Eta bejn Eta bejn Eta Total 0 u 17 18 u 59 60+ Sal-14/10/26 61 1031 153 1245 Vittmi Maskili Eta bejn Eta bejn Eta Total 0 u 17 18 u 59 60+ Sal-14/10/26 66 495 104 665

Persuni li nħelsu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li nħelsu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin reġgħu ddaħlu l-ħabs wara l-ħelsien tagħhom bejn l-2021 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni bbenefikaw s'issa mill-programm Offender Aftercare and Reintegration Support (OARS)?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037.

Il-Belt Valletta – Storbju eċċessiv – Passi meħuda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu da parti tal-Pulizija biex titrażżan l-inkonvenjenza li qed isofru diversi residenti fil-Belt Valletta minħabba storbju eċċessiv billejl?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li, fi tmiem il-ġimgħa u fil-ġranet tal-festi, il-Pulizija tiżgura li l-istabbilimenti jagħlqu fil-ħinijiet preskritti mil-liġi u jirrispettaw lill-Kommunita..

Għawdex – Skwadra tar-RIU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jsaħħaħ ir-riżorsi u t-tagħmir tal-iskwadra tar-Rapid Intervention Unit (RIU) f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll għaliex l-uffiċjali tar-RIU f’Għawdex għadhom ma ngħatawx l-istess tagħmir u riżorsi bħall-kollegi tagħhom f’Malta, inkluż l-uniformi uffiċjali, l-armament operattiv, il-vetturi apposta għall-patrol u tagħmir ieħor meħtieġ għat-twettiq ta’ dmirijiethom, minkejja li qed jirċievu l-istess taħriġ? Jista’ jgħid ukoll x’jiġri f’każ li jinqalgħu sitwazzjonijiet ta’ riskju għoli f’Għawdex peress li l-uffiċjali hemmhekk ma jistgħux jiddependu fuq l-appoġġ immedjat ta’ sezzjonijiet speċjalizzati oħra bħall-iSpecial Intervention Unit (SIU) kif iseħħ f’Malta? Jista’ jgħid ukoll x’passi konkreti se jittieħdu sabiex ir-RIU f’Għawdex tkun mgħammra bl-istess livell ta’ tagħmir, protezzjoni u riżorsi bħar-RIU f’Malta?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nnsab infurmat li, it-taqsima tal-RIU f’ f’Għawdex se tibqa’ tingħata riżorsi meħtieġa biex ittejjeb l-operat. Illum l-uffiċċjali tal-RIU ġewwa Għawdex għandhom uniformijiet ġodda tal-RIU, drop leg holders għal armi tagħhom, bullet proof vests personali, kif ukoll high dexterity tactical gloves.  Dalwaqt ser jaslu u jingħatalhom ukoll, leg restrainers and tourniquet u tourniquet pouches.  Fl-istess ħin għaddej il-process ta’ akkwist ta’ Glock flashlight bil-laser u optics għal istess uffiċċjali. Filwaqt li r-RIU f’Għawdex ingħataw vetturi addattati għat-twettiq tax-xogħol assenjat lilhom, dwar l-għoti ta’ vetturi alternattivi għall qadi ta’ rondi minnhom għadu qed jiġi evalwat u mistħarreġ.  F’sitwazzjonijiet ta’ riskju għoli, kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, bħal ma dejjem sar, il-Pulizija f’Għawdex tieħu azzjoni immedjata biex tikkontrolla kull sitwazzjoni u tagħmel l-ewwel intervent tagħha waqt li tintalab l-assistenza skond il-livell tar-riskju u tinżamm komunikazzjoni kontinwa biex tiġi assigurata koordinazzjoni mat-taqsimiet involuti.  Dan sakemm tasal l-assistenza tat-taqsimiet specjalizzati permezz tal-mezzi tat-trasport kontinwu li llum jeżisti bejn iz-żewġ gżejjer, jew b’mezzi disponibbli minn aġenziji oħra tal-istat.

Community Police – Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Community Police f’lokalitajiet fejn hemm dan is-servizz, matul l-aħħar sena, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika s-siegħat ta’ rondi mwettqa mill-Pulizija tal-Komunità f’Malta u Għawdex bejn Jannar u Settembru 2026, kif ukoll il-kilometri koperti waqt rondi bir-roti, li juru l-ħidma preventiva ta’ din it-taqsima.

AFM – Assigurazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: i. jekk il-Ministeru għamilx xi studju dwar kif l-inabbiltà li tinkiseb assigurazzjoni fuq il-ħajja qed taffettwa l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM), partikolarment dawk b'familji żgħar jew dawk li qed jippruvaw jiksbu self għad-djar (home loans); ii. kemm kien hemm każijiet fl-aħħar ħames snin fejn familji ta' suldati tal-AFM li tilfu ħajjithom jew weġġgħu serjament spiċċaw f'diffikultajiet finanzjarji minħabba n-nuqqas ta' polza tal-assigurazzjoni kummerċjali; u iii. x'inhi r-raġuni li sal-lum, minkejja r-riskji inerenti fil-professjoni militari, l-Istat għadu ma intervjeniex biex joffri soluzzjoni komprensiva u permanenti għal din il-lakuna fil-protezzjoni soċjali tas-suldati tagħna?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra

Fastidju online bbażat fuq il-ġeneru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni qed tittieħed kontra l-fastidju online bbażat fuq il-ġeneru?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li l-Pulizija, f’kull rapport ta’ fastidju online bbażat fuq il-ġeneru, twettaq l-investigazzjoni meħtieġa, tiġbor l-evidenza rilevanti, inkluża evidenza diġitali, u fejn ikun meħtieġ titlob l-assistenza tat-taqsimiet speċjalizzati fi ħdan il-Korp. Fejn jiġi identifikat is-suspettat u jkun hemm evidenza ta’ ksur tal-liġi, jittieħdu l-proċeduri legali meħtieġa.

Korpi dixxiplinati – Koperturi tal-assigurazzjoni

Question

B'referenza għad-diskrepanzi li jeżistu bejn il-korpi dixxiplinati differenti fir-rigward tal-koperturi tal-assigurazzjoni, jista’ l-Ministru: i. jgħid kif iqabbel is-sitwazzjoni attwali tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) ma' dik ta' membri ta’ korpi dixxiplinati oħra, bħall-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fejn jidħol aċċess għal poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u benefiċċji f'każ ta' mewt; ii. jipprovdi rendikont ta' liema skemi ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja jeżistu bħalissa, jekk hemm, għall-membri tal-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li mhumiex disponibbli għall-AFM; u iii. jgħid jekk hemmx pjan konkret u marbut biż-żmien biex tiġi żgurata l-ugwaljanza fil-benefiċċji u biex jiġi ggarantit li l-membri kollha tal-AFM ikollhom aċċess għal assigurazzjoni fuq il-ħajja adegwata?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra

AFM – Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja – Diffikultajiet

Question

Fid-dawl tad-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw il-membri tal-Forzi Armati ta' Malta (AFM) biex jiksbu polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, jista’ l-Ministru: i. jgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex jindirizza din is-sitwazzjoni, u jekk hemmx xi pjanijiet biex tiġi introdotta skema ta' assigurazzjoni tal-grupp (group insurance scheme) iffinanzjata jew appoġġjata mill-Istat għall-militar; u ii. jgħid x'negozjati qed isiru mal-kumpaniji tal-assigurazzjoni lokali, jew x'azzjoni leġiżlattiva qed tiġi kkunsidrata biex jiġi żgurat li dawk li jservu f'uniformi ma jiġux diskriminati meta jippruvaw jipproteġu lill-familji tagħhom finanzjarjament?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra