Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każijiet ta’ Mibgħeda Razzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ mibgħeda razzjali,rrapportati u investigati mill-pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 ta’ Awwissu 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu ta’ bejn Jannar u Awwissu 2019 kien hemm wieħed u għoxrin (21) rapport għall-investigazzjoni dwar mibegħda razzjali, skont is-sistema komputerizzata tal-pulizija.

Każijiet ta’ aggressjoni fuq pulizjia u membri oħra tal-forzi tal-ordni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet rrapportati ta’ aggressjoni fuq pulizija u membri oħra tal-forzi tal-ordni mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li skont is-sistema kompjuterizzata tal-pulizija, in-numru ta’ rapporti ta’ ‘Vjolenza fuq ufffiċjal pubbliku’ fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien ta’ mija u tlieta (103).

Marsaskala — Spettur tal-Pulizija

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10969 tat-12-il Leġiżlatura bid-data tal-25 ta’ Novembru 2014, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jappunta Spettur tal-Pulizija f’Marsaskala speċjalment fejn din il-lokalità hemm aktar minn 12,000 resident jgħixu fiha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li diġà hemm spettur tal-pulizija inkarigat mid-doveri ta' kuljum relatati mal-lokalità ta' Marsaskala. Preżentament l-uffiċċju tal-Ispettur huwa ġewwa l-għassa ta' Ħaż-Żabbar peress li bħalissa l-għassa ta' Marsaskala qiegħda f’lok temporanju.

Persuna ta' sigurtà

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9511, peress li kemm intefqet spiża min-naħa tal-Gvern f’dan ir-rigward, mhix materja ta’ sigurtà u hija materja indubbjament t’interess pubblika, jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża li ntefqet sa issa f’dan ir-rigward?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9511 peress li hija konnessa ma’ materja ta’ sigurtà u anke peress li mhix il-prassi li tingħata informazzjoni ta’ din ix-xorta.

Individwu — xufier

Question

Jista' l-Ministru jgħidi jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux intitolat mill-Gvern li tipprestalha servizzi ta' driver?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament jingħata sevizz ta’ sigurtà. Ma jkunx prudenti illi dettajli aktar dwar il-modalitajiet ta' tali protezzjoni jingħataw.

Marsaskala – reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati reati kriminali lill-Pulizija f’Marsaskala? X’tip ta’ reati kienu rrapurtati għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2018 sal-lum xahar b'xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ reati kriminali rrapurtati lill-Pulizija fil-lokalità ta’ Marsaskala bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u t-30 ta’ Ġunju 2019 kien jammonta għal ħames mija u ħamsa u tletin (535). Statistika dettaljata dwar it-tip ta’ reati rapportati tinsab fit-tabella t’hawn taħt : Year Crime category Sub-category 2018 ARSON VEHICLES ATTEMPTED OFFENCES THEFT - BUILDING SITES THEFT - RESIDENCE BODILY HARM GBH BY PHYSICAL FORCE SBH BY PHYSICAL FORCE SBH WITH ARMS IMPROPER SBH WITH ARMS PROPER COMPUTER MISUSE PASSWORD DISCLOSURE UNAUTHORISED ACCESS UNAUTHORISED COPYING OF DATA UNAUTHORISED DISCLOSURE - DATA USE OF OTHER PERSONS EMAIL DAMAGE INV DAMAGE BY HIT AND RUN INV. DAMAGE BY HIT AND RUN INVOLUNTARY DAMAGE BY OTHER WILFUL DAMAGE BY OTHER WILFUL DAMAGE HIT AND RUN DOMESTIC VIOLENCE GBH WITH PHYSICAL FORCE PSYCHOLOGICAL HARM SBH BY ARMS IMPROPER SBH WITH PHYSICAL FORCE DRUGS POSSESSION TRAFFICKING FORGERY PUBLIC DOCUMENTS FRAUD FRAUDULENT GAINS MISAPPROPRIATION ABANDON OF CHILD PRETENDED RIGHTS SEXUAL OFFENCE DEFILEMENT OF MINORS INDECENT EXPOSURE THEFT ARMED ROBBERY BAR RESTAURANT - CUSTOMERS BAR RESTAURANT - PREMISES BUILDING SITES OTHER THEFT PICK-POCKETING RESIDENCE - EXTERIOR RESIDENCE - OCCUPIED RESIDENCE - VACANT RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS RETAIL OUTLETS - PREMISES RETAIL OUTLETS - SHOP LIFTING SNATCH AND GRAB STREETS AND PUBLIC AREAS THEFT FROM BEACHES THEFT FROM SEACRAFT THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR THEFT OF SEA CRAFT THEFT OF VEHICLE THREATS AND PRIVATE VIOLENCE BLACKMAIL DEFAMATION HARASSMENT VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 2019 ARSON PRIVATE BUILDINGS VEHICLES ATTEMPTED OFFENCES THEFT - BARS/RESTUARANTS THEFT - BUILDING SITES THEFT – OTHER THEFT – RESIDENCE BODILY HARM GBH BY PHYSICAL FORCE SBH BY PHYSICAL FORCE SBH WITH ARMS IMPROPER COMPUTER MISUSE UNAUTHORISED ACCESS UNAUTHORISED COPYING OF DATA DAMAGE INV DAMAGE BY HIT AND RUN WILFUL DAMAGE BY OTHER DOMESTIC VIOLENCE GBH WITH PHYSICAL FORCE PSYCHOLOGICAL HARM SBH BY ARMS IMPROPER SBH BY ARMS PROPER SBH WITH PHYSICAL FORCE DRUGS POSSESSION FRAUD FRAUDULENT GAINS MISAPPROPRIATION PORNOGRAPHY CHILD RELATED PRETENDED RIGHTS SEXUAL OFFENCE DEFILEMENT OF MINORS THEFT BAR RESTAURANT CUSTOMERS BAR RESTAURANT - PREMISES BUILDING SITES FACTORIES - PREMISES OTHER THEFT RESIDENCE - EXTERIOR RESIDENCE - OCCUPIED RESIDENCE - VACANT RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS RETAIL OUTLETS - PREMISES RETAIL OUTLETS - SHOP LIFTING STREETS AND PUBLIC AREAS THEFT FROM BEACHES THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR THEFT OF SEA CRAFT THEFT OF VEHICLE THREATS AND PRIVATE VIOLENCE BLACKMAIL CAUSING FEAR OF VIOLENCE HARASSMENT VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra? Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

F’Jannar tal-2017 l-Anti-Trafficking Monitoring Committee nieda r-raba’ Pjan ta’ Azzjoni Kontra t-Traffikar tal-Persuni, liema Pjan kellu jieħu tliet snin biex jiġi mwettaq u li jwassal sa Diċembru 2019. Miżuri fi ħdan dan il-pjan ġew kollha implimentati minbarra azzjoni waħda, li ser titwettaq matul ix-xhur li ġejjin. Diġà teżisti kollaborazzjoni interministerjali fi ħdan l-Anti-Trafficking Monitoring Committee, li huwa mmexxi mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Il-membri l-oħra tal-kumitat huma s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Familja, il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali, uffiċjal mill-uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Caritas. Hemm imwaqqfa wkoll Stakeholders Task Force fejn membri fi ħdan din it-task force jiġu minn diversi ministeri fosthom, tal-Familja, tal-Affarijiet tal-UE u l-Ugwaljanza u l-Ministeru tas-Saħħa fost oħrajn.

Abbużi fuq l-Anzjani

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2215, jista’ l-Ministru kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani lill-pulizija mis-sena 2017 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.

Inċidenti ta' muturi u roti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu mutur jew rota li ġew irraportati lill-Pulizija u li seħħew fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2019 u fl-ewwel sitt xhur u fl-aħħar sitt xhur tas-sena l-oħra? Jista' jaqsam l-informazzjoni fi tnejn u ċjoè għall-muturi u għar-roti? X’qed jagħmel il-Ministeru biex dawn l-inċidenti jiġu evitati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi Transport Malta jaraw illi qabel tinħareġ liċenzja għas-sewwieqa tal-muturi, il-persuni konċernati jkollhom għarfien tajjeb dwar it-teknikalitajiet fis-sewqan tal-muturi, għarfien dwar sigurtà kif ukoll edukazzjoni fuq il-ħtiġijiet kollha u l-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sewqan. Min-naħa l-oħra jara, illi permezz tal-Pulizija speċjalment dik tat-Taqsima tat-Traffiku jsiru rondi biex kemm jista’ jkun jitnaqqsu inċidenti ta’ din ix-xorta. Dan barra illi uffiċjali mill-istess Taqsima jżuru diversi istituzzjonijiet edukattivi fejn isiru sezzjonijiet edukattivi u informattivi bil-għan illi inċidenti tat-traffiku ta’ kull xorta jiġu evitati. Kif jaf l-Onorevoli Interpellant is-sewqan ta’ roti ma jinħtieġx liċenzja u allura barra li huwa ċ-ċiklist li jrid jara li jkollu għarfien dwar sewqan ta’ rota f’toroq fejn jintużaw minn vetturi bil-muturi biex jiġu evitati inċidenti, huwa d-dover tas-sewwieqa ta’ kull vettura li jirrispettaw lil dawn iċ-ċiklisti biex jevitaw l-inċidenti u anke hawnhekk il-Pulizija tagħmel ir-rondi tagħha biex dan jiġi aċċertat. Id-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xewkija Għawdex – Triq il-Biċċerija u Triq il-Pitkalija – fire engine

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-ġurnata tat-Tnejn 13 ta’ Mejju 2019 fil-ħin ta' filgħodu kienx hemm Fire Engine għal ammont konsiderevoli ta' ħin f'partijiet minn Triq il-Biċċerija u Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex? Jista’ jgħid għalxiex intużat u min talab is-servizz ta’ din il-Fire Engine dakinhar f'dawk il-ħinijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nikkonferma li kien hemm fire engine fi Triq il-Biċċerija nhar it-Tnejn 13 ta’ Mejju bejn l-10.35 sal-11.15 wara li daħlet telefonata li kien hemm demm tal-annimali mal-art u li dan seta’ joħloq periklu għas-sewwieqa. Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post u neħħew id-demm permezz tal-ilma.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10649.

Għawdex – festi — nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-organizzaturi tan-nar fil-festi f'Għawdex qed ikollhom iħallsu ammonti konsiderevoli biex ikollhom pulizija fil-post fejn jinħaraq in-nar, minn meta jasal in-nar sa meta dan jinħaraq kollu, meta f'Malta dan ma jsirx u fil-mument li n-nar jasal fuq il-post fejn ikun se jinħaraq, ir-responsabilità tgħaddi fuq min għandu l-liċenzja u jkun nħareġ il-permess fuqu? Ma jaħsibx li din hija spiża żejda għall-festi f'Għawdex meta mqabbel ma’ Malta? X'passi se jieħu biex din id-differenza titneħħa u hekk ikun qed jitneħħa piż żejjed fuq l-organizzaturi tan-nar fil-festi li jsiru f'Għawdex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-punti mressqa mill-Onor. Interpellant dwar uniformità fuq preżenza tal-pulizija fil-postijiet fejn jinħaraq in-nar qed tiġi indirizzata.

Il-Mosta – rapporti ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta’ serq sar fil-Mosta, xahar b’xahar minn Marzu sa Mejju 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ serqiet rapportati lill-Pulizija fil-lokalità tal-Mosta, xahar b’xahar bejn Marzu u Mejju 2019 kien ta’ ħamsa u erbgħin (45) każ, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Marzu April Mejju Total 10 22 13 45

Tourism Police

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-implimentazzjoni tal-wegħda ta’ Tourism Police?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-proġett pilota mibdi mill-Ministeru tat-Turiżmu għall-implimentazzjoni tat-Tourism Police, waqaf fis-sena 2017.

Wied il-Għajn – Persuni mressqa l-Qorti mill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jindika mis-sena l-oħra ‘l hawn: a. kemm-il serqa ġiet irrapportata lill-Pulizija f’Wied il-Għajn u kemm minnhom ġew solvuti; b. kemm-il persuna taħt l-età nqabdet f’xi diskoteka, bar jew postijiet oħra fejn huwa projbit; c. kemm-il persuna nqabdet tittraffika d-droga f’din il-lokalità; u d. kemm-il persuna nqabdet tpejjep f’postijiet ipprojbiti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Għawdex – persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mill-1 ta’ Ġunju 2018 sal-lum: a. kemm-il serqa ġiet irrapportata lill-Pulizija f’Għawdex u kemm minnhom ġew solvuti; b. kemm-il persuna nqabdet tittraffika d-droga f’Għawdex u kemm minnhom ġew imressqa l-Qorti; c. kemm-il persuna taħt l-età nqabdet f’diskoteki jew f’postijiet fejn huma pprojbiti; u d. kemm-il persuna nqabdet tpejjep f’postijiet ipprojbiti u kemm minnhom tressqu l-Qorti jew quddiem Tribunal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li skont l-istatistika miġbura bejn l-1 ta’ Ġunju tas-sena 2018 u Mejju ta’ din is-sena, is-serq irrappurtat f’Għawdex kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Jirriżulta li kienu rrappurtati kważi 9.86% anqas każijiet mill-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Il-każijiet irrappurtati fil-perjodu indikat fil-mistoqsija kienu : 8 każijiet – Bar Restaurant - Klijenti 3 kazijiet – Bar Restaurant – Ġewwa 5 każijiet – Siti ta’ kostruzzjoni 5 każijiet – Irziezet u għelieqi Każ wieħed – Bini tal-Gvern Każ wieħed – Lukandi - Klijenti Każ wieħed – Lukandi - Ġewwa 2 każijiet – Mugging 2 każijiet – Uffiċini - Ġewwa 24 każ – Serq ieħor 22 każ – Pick pocketing Każ wieħed – Tempji reliġjużi - Viżitaturi 11-il każ – Residenza - Barra 19-il każ – Residenza - Okkupata 5 każijiet – Residenza – Mhux okkupata 10 każijiet – Ħwienet - Klijenti 4 każijiet – Ħwienet - Ġewwa 7 każijiet – Ħwienet – Shop lifting 31 każ – Toroq u postijiet pubbliċi 19-il każ – Bajjiet 5 każijiet – Opri tal-baħar 12-il każ – Karozzi (exterior) 37 każ – karozzi (interior) 10 każijiet - Karozzi Minn dawn erbgħa u tletin (34) każ ġew solvuti. Fl-istess perjodu, disa’ (9) persuni nqabdu jittraffikaw id-droga f’Għawdex u waqt li ħamsa minnhom diġà tressqu l-Qorti, l-erba’ persuni involuti fl-erba’ każi oħra ser jitressqu aktar ’il quddiem. Ma kien hemm ebda persuna taħt l-età li nqabdet f’diskoteki jew f’postijiet fejn huma ipprojbiti fl-istess żmien, filwaqt li tnax (12)-il persuna nqabdu jpejpu f’postijiet ipprojbiti u l-każijiet tagħhom ser ikunu appuntati għas-seduta tal-LESA.

L-Isla – parkeġġi riservati għal persuni b’diżabilità – moniteraġġ mill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ikun hemm sorveljanza mill-pulizija sabiex spazju ta’ parking riservat għal persuni b’diżabilità fil-Pjazza tal-Isla u f’bnadi oħra fl-istess lokalità, ma jitteħidx minn persuni oħra bla diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett konxji u jissorveljaw spazju ta’ parking riservat għal persuni b’diżabilità fil-Pjazza tal-Isla u bnadi oħra. Fil-fatt kien hemm okkażjonijiet fejn anke nħarġu Traffic Offence Tickets lill-persuni li pparkjaw irregolarment f’dawn il-postijiet. Il-Pulizija tat-Traffiku jagħmlu s-sorveljanza tagħhom ukoll biex jevitaw l-istess abbużi f’kull lokalità.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10153.

In-Naxxar/Baħar iċ-Ċagħaq — rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-lokalità tan-Naxxar? Jista' jgħid minn liema toroq f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-lokalità tan-Naxxar saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu? Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar, għaldaqstant napprezza jekk l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista’ tingħatalu. Infurmat li ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b’rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom kif mitlub mill-Onor. Interpellant.