Legislature:
Category:
Reset
Active:

Guardianship Board – Reġistratur

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu r-Reġistratur tal-Guardianship Board bħalissa? Jekk m’hemmx Reġistratur bħalissa, tista’ tgħid x’inhi r-raġuni u jekk hux se jkun hemm Reġistratur ieħor?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li r-Reġistratur għadu kif ġie appuntat illum wara li ġie konkluż il-proċess ta’ reklutaġġ li kien regolat b’sejħa għall-applikazzjonijiet skont il-proċeduri stabbiliti mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Ħruġ ta’ guardianship orders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex mhux qed joħorġu guardianship orders bħalissa? Tista’ tgħid ukoll meta nħarġet l-aħħar guardianship order din is-sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa qegħdin joħorġu ċertifikati tal-Ordnijiet ta’ Kustodja (Guardianship Orders) li ġew deċiżi fl-aħħar seduta tal-Bord li seħħet fit-12 ta’ Ġunju 2026. L-Ordnijiet ta’ Kustodja jiġu datati skont id-data li fiha jiffirma l-Kustodju jew, fil-każ ta’ aktar minn Kustodju wieħed, skont id-data li fiha jiffirma l-aħħar Kustodju, liem proċess għadu għaddej sal-lum.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Ħaddiema ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tagħha minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Health and Safety Officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tagħha u jekk le, għaliex?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 33591 li ngħatat fis-Seduta Nru 433 tal-XIV-il leġislatura

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Defibrillators

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru W638 li ngħatat fis-Seduta Nru 452 tal-XIV-il leġislatura.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Defibrillators

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru W637 li ngħatat fis-Seduta Nru 452 tal-XIV-il leġislatura.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – First Aiders iċċertifikati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha bħalissa?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi hemm total ta’ 431 first aiders iċċertifikati.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru W630 li ngħatat fis-Seduta Nru 452 tal-XIV-il leġislatura.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tagħha fl-2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru W629 li ngħatat fis-Seduta Nru 452 tal-XIV-il leġislatura.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru W628 li ngħatat fis-Seduta Nru 452 tal-XIV-il leġislatura.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tagħha fl-2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru W627 li ngħatat fis-Seduta Nru 452 tal-XIV-il leġislatura.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Karozzi – Spiża annwali

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tagħha u jekk dawn huma mixtrija, tista’ tgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru W625 li ngħatat fis-Seduta Nru 452 tal-XIV-il leġislatura.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Marzu 2026?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ PQ Nru 24477.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Defibrillators

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi hemm total ta’ 43 defibrillators.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – First Aiders iċċertifikati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha bħalissa?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi hemm total ta’ 418 first aiders iċċertifikati.