Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) – deċiżjonijiet dwar xi impożizzjoni ta’ xi sanzjoni jew penali finanzjarji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul il-perjodu Mejju 2016 sa Mejju 2019, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) kienx ħareġ xi deċiżjoni (irrispettivament tal-mod kif deskritta) a tenur tal-poteri tiegħu taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap 379) kif kien dak iż-żmien, inkluż deċiżjoni dwar xi impożizzjoni ta’ xi sanzjoni jew penali finanzjarja? Jekk iva, tista’ tgħid fil-konfront ta’ liema intrapriża u fiex kienet tikkonsisti d-deċiżjoni u jekk kinetx ġiet ikkontesta? Tista’ tgħid minn Ġunju 2019 s’issa, maqsuma sena b’sena, jekk sarux xi rikorsi mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) a tenur tal-artikolu 12A tal-Kap 379? Jekk saru, tista’ tgħid għal kull każ jekk ġewx deċiżi, u jekk le, x’inhu l-istatus attwali? Tista’ tgħid mill-2017 s’issa b’sena b’sena kemm saru ilmenti lid-Direttur Ġenerali a tenur tal-artikolu 14 tal-Kap 379? Jekk saru tista’ tgħid minn min, dwar xiex u meta ġew deċiżi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid abbażi ta’ liema kriterji hi kkunsidrat li stennija da parti tal-uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hi waħda raġonevoli u dan sa kemm jasal l-avukat ta’ dik l-intrapriża li fil-konfront tagħha jkun hemm bżonn li ssir spezzjoni għal finijiet tal-art 12(11) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap 379?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li primarjament skont il-liġi, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni mhuwiex obbligat jistenna rappreżentant legali sabiex jagħti bidu għal spezzjoni.
Madankollu l-artikolu 12(11) tal-Kap. 379, jagħti lok li jkun hemm stennija ta’ ħin raġonevoli, li fl-interpretazzjoni tiegħu, l-Uffiċċju jieħu konsiderazzjoni tan-Nota ta’ spjegazzjoni dwar il-kontrolli tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, fejn wieħed isib li l-ispetturi fi kwalunkwe każ, għandhom jaċċettaw biss dewmien qasir u li kwalunkwe dewmien għandu jinżamm strettament fil-minimu.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Ħaddiema ingaġġati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, minn Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11177 fir-rigward ta’ persuni ingaġġati mal-Ministeru. Fir-rigward tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress illi qabel l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) kienet tippubblika lista li fiha kienet tiġbor mediċini li l-prezz tagħhom kien raħas, tista’ l-Ministru tgħid għalfejn din il-lista m’għadhiex tiġi ppubblikata bħal qabel, u jekk hemmx ħsieb li terġa’ tibda tiġi ppubblikata b’mod regolari u tara li din tkun kemm jista’ jkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-awtoritajiet relevanti għaddejjin bix-xogħol tagħhom u aġġornamenti se jingħataw fi żmien li ġej.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm ħaddiema tas-settur ċivili li ġew issekondati mal-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jekk iva, kemm, meta, u f'liema grad?
Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) — talba għal interim measures
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10746, li ngħatat fis-Seduta 145 tal-10 ta’ Lulju 2023, tista’ l-Ministru tipprovdi kopja tad-deċiżjoni tal-Qorti fejn ġiet miċħuda t-talba għal ħruġ ta’ interim measure da parti tad-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tad-digriet tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) fl-atti tar-Rikors Numru 23/2019 fl-ismijiet “id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) Vs Borg Christian Et” tal-25 ta’ Settembru, 2019 qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Consumer Claims Tribunal — kumpens lil provdituri ta’ servizz
Question
Mill-bidu tas-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, tista’ l-Ministru telenka separatament skont is-servizzi msemmija f’din il-mistoqsija jekk kienx hemm xi deċiżjonijiet tal-Consumer Claims Tribunal fejn dan it-tribunal ta xi forma ta’ kumpens jew rimedju ieħor u ċjoè fil-konfront ta’ provdituri ta’ servizz:
i. tad-dawl;
ii. tal-gass;
iii. tal-ilma;
iv. tat-telekomunikazzjoni; u
v. tal-internet?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2022 sas-26 ta’ Settembru 2023 kien hemm tlett deċiżjonijiet tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi fejn id-deċiżjoni ma nqagħtatx favur il-konsumatur fir-rigward ta’ provdituri tad-dawl, u tat-telekomunikazzjoni. Fir-rigward ta’ provditur tad-dawl il-konsumatur kellu jħallas l-ispejjeż tal-provditur li kienu jammontaw għal €7; u fir-rigward tal-provdituri tat-telekomunikazzjoni kien hemm żewġ deċiżjonijiet fejn f’każ minnhom il-konsumatur kellu jħallas l-ispejjeż tal-provditur li kienu jammontaw għal €7, u fil-każ l-ieħor kull parti kellha tħallas l-ispejjeż tagħha. Ma kienx hemm deċiżjonijiet oħra fejn ingħata xi tip ta’ kumpens jew rimedju fir-rigward ta’ provdituri tas-servizzi tal-gass, ilma u internet. Minn barra dawn it-tlett każijiet imsemmija, ma kien hemm l-ebda kawża oħra, la favur jew kontra il-provdituri ta’ dawn is-servizzi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10748, li ngħatat fis-Seduta 145 tal-10 ta’ Lulju 2023, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għalfejn l-Enforcement Decisions Committee mhux kompost? Tista’ tgħid x’inhi l-proċedura li qed tiġi segwita da parti tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) dwar deċiżjonijiet maħruġin minnha fejn dawn jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ penalitajiet finanzjarji (irrispettivament tal-mod kif deskritti) jew ta’ sanzjonijiet oħrajn?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10177, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt.
Entità
Numru ta’ Impjegati 2022
2022
2023
Il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur
2
5
Aġenzija Sapport
65
64
Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal- Konsumatur (MCCAA)
7
7
Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO)
Nil
Nil
Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD)
Nil
Nil
Kummissjoni għall-Protezzjoni minn Radjazzjoni Ijonizzanti u Mhux Ijonizzanti (RPC)
Nil
Nil
Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS)
Nil
Nil
B'referenza għat-tielet sejħa intiża li tgħin għaqdiet volontarji u non-governattivi jnaqqsu l-konsum ta' enerġija u ilma tagħhom li kienet ġiet imħabbra mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) fis-6 ta' Marzu 2023, tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-applikanti u tgħid minn dawk l-applikanti kemm kienu aċċettati applikazzjonijiet, kemm minnhom irċevew il-fondi, kemm minnhom għadhom jistennew li jirċievuhom u kemm ġew rifjutati?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — impjegati fis-Servizz Pubbliku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u taqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 9844.
Fid-dawl li sa ftit taż-żmien ilu l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) kienet toħroġ lista ta’ mediċini li l-prezzijiet tagħhom kienu raħsu, u peress li din il-lista issa ilha ma toħroġ, tista' l-Ministru tgħid jekk dan huwiex minnu u jekk iva, tista' tgħid għaliex lista bħal din m'għadhiex tiġi ppubblikata?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dawl tal-qagħda ekonomika dinjija, l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur qed taħdem b’sinerġija mal-Awtorità dwar il-Mediċini b’għan ħolistiku biex jinżamm bilanċ bejn l-istabilità fil-prezzijiet u l-aċċessibilità tal-mediċini.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – konsulenti legali
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tagħha? Tista' tgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Għal kull każ, tista’ tgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Tista' tgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) – talba għal interim measures
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, sena b’sena mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba għall-ħruġ ta’ interim measures saret da parti tad-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) a tenur tal-artikolu 12E tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378? Jekk saru, kemm minnhom ġew milqugħa mill-Qorti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2019 saret talba għall-ħruġ ta’ interim measures da parti tad-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) a tenur tal-artikolu 12E tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 (l-Att), liema talba ma ġietx milqugħa peress li l-Qorti kkonsidrat illi għall-ħruġ ta' tali miżuri jeħtieġ urġenza fis-sens li jekk ma jinħarġux miżuri ser ikun hemm il-potenzjalità realistika ta' ħsara kbira lill-konsumatur, u l-Qorti qieset li f'dan il-każ il-miżuri mitluba ma kinux proporzjonati għall-ilmenti magħmula. Wara dan il-każ sal-lum ma sarux talbiet oħra skont l-imsemmi artikolu 12E tal-Att.
Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) – talba għal interim measures
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, sena b’sena mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba għall-ħruġ ta’ interim measures saret da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) a tenur tal-artikolu 15 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap. 379? Jekk saru, kemm minnhom ġew milqugħa mill-Qorti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ma għamel l-ebda talba lill-Qorti għall-ħruġ ta’ interim measures a tenur tal-artikolu 15 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni mill-2019 sal-ġurnata tal-lum.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — tenders dwar xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali u xogħol ta’ sigurtà
Question
Tista' l-Ministru tipprovdi l-offerti tenders pubbliċi kollha aġġudikati u mirbuħa għax-xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol ta' sigurtà, jew kwalunkwe xogħol estern ieħor li jsir minn aġenziji li ngħataw matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnha fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 29 ħaddiem kollha ċittadini Maltin fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Kuntratti mogħtija
Question
Tista' l-Ministru tagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
ċ. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm Blue Badges revokati mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 12-il Blue Badge li ġew revokati fuq indikazzjoni tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità mill-2020 sal-lum.