Permessi ta’ residenza – Applikazzjonijiet – Żmien ta’ proċessar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2947 u jgħid x’kien iż-żmien medju li ħadet l-Aġenzija Identità biex tipproċessa u tiddeċiedi applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kategorija tal-applikazzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew deċiżi applikazzjonijiet wara li skada ż-żmien statutorju stabbilit mil-liġi, u kemm applikazzjonijiet għadhom pendenti llum, lil hinn minn dak iż-żmien?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4038 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà u jgħid liema kienu dawk il-pajjiżi barranin li l-ġenituri b’ċittadinanza ta’dak il-pajjiż kellhom l-akbar numru ta’ trabi mwielda f’Malta bejn Jannar u Ġunju 2026?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4037 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà u jgħid kemm mit-trabi li twieldu bejn Jannar u Ġunju 2026 kellhom:
i. ġenitur wieħed ta’ ċittadinanza Maltija; u
ii. iż-żewġ ġenituri ta’ ċittadinanza barranija?
Jista’ jgħid ukoll mil-liema pajjiżi huma l-ġenituri?
Trabi mwielda minn ġenituri li huma ċittadini Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4036 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà u jgħid kemm mill-2,375 tarbija li twieldu bejn Jannar u Ġunju 2026 huma Maltin, fejn kemm l-omm u l-missier huma ċittadini Maltin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Infurmat li r-Reġistru Pubbliku huwa obbligat li jimxi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 272 sa 292A tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta) meta jkun qed jitfassal l-Att tat-Twelid.
Skont dawn l-istess dispożizzjonijiet, ma hemm l-ebda obbligu legali li tinġabar informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-ġenituri jew tat-tarbija ġdida mwielda meta tiġi notifikata twelid tat-tarbija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4076 u jgħid jekk ġiex ikkummissjonat l-istudju msemmi fil-Miżura 135 tal-Baġit 2026 dwar l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini li jinbena mis-sena 2030? Jekk iva, jista' jqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid lil min ingħata, permezz ta' liema proċess ta' akkwist, b'liema valur u meta huwa mistenni jitlesta? Jekk le għaliex u meta se jiġi kkummissjonat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istudji relatati mal-Miżura 135 tal-Baġit 2026 ġew ikkummissjonati permezz ta’ sejħiet għall-offerti skont kif titlob il-proċedura. Dawn l-istudji huma mistennija jitlestew bejn it-tieni kwart tal-2027 u t-tieni kwart tal-2028.
Permessi ta’ żvilupp - Appelli pendenti - Sospensjoni tax-xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2468, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-riforma tas-sistema tal-appelli fl-ippjanar jipprevedix is-sospensjoni tax-xogħlijiet relatati ma’ permess ta’ żvilupp sakemm jiġi deċiż appell pendenti, u jekk le, jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jintroduċi tali dispożizzjoni sabiex jiġi evitat li jsir żvilupp irriversibbli qabel ma tingħata deċiżjoni finali dwar l-appell?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interepellant li l-Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda Varji Liġijiet dwar it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar għadda mill-istadju tat-tieni qari fis-27 ta' Ottubru 2026 u jinsab issa fi stadju ta' kumitat.
Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 760 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul is-snin 2025 u 2026, l-Awtorità tal-Ippjanar ingaġġat konsulenti għal servizzi relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali lil Keane Grech u Beat Limited. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant illi f’kull istanza kienu segwiti il-proċeduri tal-akkwist pubbliku applikabbli.
Fir-rigward tal-Ministeru u l-entitajiet l-oħra msemmija, ma ġew ingaġġati ebda konsulenti f’dan il-qasam matul il-perjodu indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat li l-istudji ġeoloġiċi li huma neċessarji għall-kostruzzjoni huma professjonali u ta’ min joqgħod fuqhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
L-istudji ġeoloġiċi meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni jiġu ppreparati minn professjonisti bil-warrant, jiġifieri periti u inġiniera, li huma responsabbli għall-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti li jippreżentaw.
Meta l-proġett jinvolvi skavar ta’ aktar minn żewġ metri, il-leġiżlazzjoni tirrikjedi Geological Investigation Report (GIR) li jinkludi core recovery sabiex jiġu identifikati l-karatteristiċi ġeoloġiċi tas-sit. Fejn l-iskavar propost ikun ta’ inqas minn żewġ metri, trial pit jitqies bħala suffiċjenti sabiex il-perit tal-proġett ikun jista’ jivvaluta l-kundizzjonijiet tas-sit u juża dik l-informazzjoni fit-tħejjija tal-method statement.
Fiż-żewġ każijiet, dawn ir-rapporti jitħejjew minn professjonisti bil-warrant. Wara li jiġu sottomessi lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), dawn jiġu vverifikati wkoll minn periti esterni mqabbda mill-BCA bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni teknika qabel ma tkun tista’ tinħareġ il-clearance meħtieġa skont il-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) rrikorrew għall-għajnuna tad-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) bejn Jannar u Ġunju 2026, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa ilmenti quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) bejn Jannar u Ġunju 2026 li ġew riżolti mingħajr il-ħtieġa tat-tribunal?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid dwar xiex kienu l-ilmenti mressqa quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) bejn Jannar u Ġunju 2026, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ħal Tarxien – Proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika – Spiża totali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3425 u 3866 u jgħid kemm sewa s’issa l-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika u t-toroq tal-madwar f’Ħal Tarxien, u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża totali tal-proġett meta jitlesta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3424 u 3865 u jgħid meta hu mistenni li jitlesta l-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika u t-toroq tal-madwar f’Ħal Tarxien?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Infrastructure Malta – Xogħlijiet infrastrutturali – Kumpens għal danni jew telf finanzjarju
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3864 u jgħid x’inhuma l-proċeduri stabbiliti minn Infrastructure Malta sabiex persuni jew negozji li jqisu li ġarrbu danni jew telf finanzjarju b’riżultat ta’ xogħlijiet infrastrutturali mwettqa mill-istess entità jkunu jistgħu japplikaw għal kumpens?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għandha politika stabbilita dwar talbiet għal kumpens relatati ma’ danni kkawżati minn xogħlijiet infrastrutturali.
It-talbiet jistgħu jiġu sottomessi lill-Infrastructure Malta, fejn tinġabar id-dokumentazzjoni meħtieġa u jsiru l-verifiki tekniċi. Kull talba eliġibbli tiġi sussegwentement evalwata individwalment mill-Kumitat responsabbli, skont il-proċeduri stabbiliti.
Ħal Tarxien – Proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika – Inawgurazzjoni – Spiża
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3426 u 3867 u jgħid kemm swiet l-inawgurazzjoni li saret f’Mejju 2026 ta’ parti mill-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika f’Ħal Tarxien?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Permessi ta’ residenza – Applikazzjonijiet – Tqassim skont il-kategorija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2946 u jagħti rendikont globali tal-applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza sottomessi lill-Aġenzija Identità matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jaqsam din l-informazzjoni skont il-kategorija tal-applikazzjoni u skont in-natura tal-applikazzjoni, pereżempju:
i. il-Permess Uniku (Single Permit);
ii. ir-riunifikazzjoni tal-familja u l-membri tal-familja;
iii. l-istudju;
iv. l-istatus ta’ resident fit-tul;
v. il-Karta Blu tal-UE;
vi. il-Key Employee Initiative;
vii. in-Nomad Residence Permit; u
viii. kategoriji oħra?
Jista’ wkoll jagħti rendikont ta’ din iċ-ċifra billi jgħid kemm miċ-ċifra globali kienu applikazzjonijiet għal tiġdid u kemm kienu applikazzjonijiet ġodda li ġew sottomessi għall-ewwel darba?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Permessi ta’ residenza – Applikazzjonijiet għal tiġdid u applikazzjonijiet ġodda
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2945 u ċjoè: B’referenza għall-applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza sottomessi lill-Aġenzija Identità matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu għat-tiġdid ta’ permessi eżistenti, u kemm kienu applikazzjonijiet ġodda sottomessi għall-ewwel darba?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Permessi ta’ residenza – Applikazzjonijiet sottomessi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2944 u jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi lill-Aġenzija Identità, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.