Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni preċiża għar-rigward tal-ftehim li kien sar mill-gvern fis-sena 2002 meta l-kumpanija MIA (Malta International Airport) ġiet mgħoddija lill-privat għar-rigward il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti infrastrutturali tal-Gvern li l-Ministeru tiegħu qed jikkordina bħalissa f’Malta u f’Għawdex separatament? X’proġetti hemm maħsuba li jitwettqu fiż-żewġ gżejjer separatament fl-2013 u 2014?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jinvestiga l-ilment ta' bosta residenti tas-Swatar, Msida, dwar il-fatt li f'Tower Road, Swatar, tgħalaq minħabba li ngħqalet bankina b'mod li ġie ristrett l-aċċess għall-bypass u b'konsegwenza ta' dan ir-residenti qed ikollhom jinżlu Ta' Paris biex joħorġu għal main road? Tista' tinstab soluzzjoni anqas inkonvenjenti mill-arranġament preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li t-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37894, 37469, 36307 u 35939 u jgħid minn sena ilu 'l hawn kemm tneħħew postijiet ta' parkeġġ minn l-awtoritajiet kkonċernati f'kull lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kalkara — Triq Patri Mattew Sultana - sejħa għall-offerti rigward xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37940 u jgħid meta hu mistenni li tinħareġ sejħa għall-offerti biex isir Triq Patri Mattew Sultana fil-Kalkara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għandha toħroġ illum (23 ta’ Novembru 2012).
Ġaladarba kienu ġew mwegħda proġetti marittimi ġodda, bħal park marittimu li kellu jsir flok ex-shipbuilding, iż-żona magħrufa bħala tal-Menqa li kellha tinbidel f'żona t'attrazzjoni turistika kif ukoll l-istitut il-ġdid li kellu jkun parti mill-MCAST u li jiġi użat bħala bażi ta' koordinazzjoni mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dawn il-proġetti sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — karozzi bid-data track mhux imħaddem
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tal-infurzar fi Transport Malta kellu karozzi bid-data track u dan ma kienx jiġi mħaddem? Jista' jagħti l-perjodu ta' meta dan l-apparat ma kienx isir użu minnu u li f'dak l-istess perjod xorta waħda kien għadu stallat? Jista' jagħti l-ammont ta' kemm kienet in-nefqa għal dan id-data track fil-perjodu li ma kienx isir użu minnu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' dawk l-aġenziji tal-ivjaġġar li taw servizz lill-Transport Malta mill-2012 sal-lum? Jista' jinkludi s-servizzi li ġew provduti minn kull aġenzija flimkien mal-ammont minfuq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mwettqa proġetti differenti għar-riġenerazzjoni tal-Forti Sant Iermu u jindika liema huma? Jista' jgħid meta dawn inbdew, tlestew u x'kienet in-nefqa għal kull proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Proġett tar-riġenerazzjoni tal-Forti Sant Iermu beda f’Mejju 2012 bir-restawrazzjoni tal-forti u bħalissa għaddej ix-xogħol fuq ir-restawrazzjoni tal-Carafa Enceinte. In-nefqa globali għal dan il-proġett hija ta’ € 15.3 miljun, iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea (ERDF 244). Hu mistenni li jkun lest fit-tielet kwart tas-sena 2014.
Transport Malta — manutenzjoni tal-parkeġġ ħdejn id-Deep Water Quay
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa u kell ilu lest mill-manutenzjoni l-parkeġġ li hemm biswit il-bini ta' Transport Malta iġifieri dak tad-Deep Water Quay? Jista' jgħid x'kien l-iskop u għal liema raġuni ġie rranġat? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minn dan il-parkeġġ llum? Jista' jindika min humna l-proprjetarji/u u x'tip ta' sigurtà għandu dan il-parkeġġ sabiex ikun imħares minn xi tip ta' vandaliżmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Chairman u CEO ta' kull dekasteru — pakketti finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji supplimentari li qed jingħataw liċ-Chairman u lis-CEO ta' kull dekasteru? Jista' jindika ukoll x'kien il-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji supplimentari li kienu jingħataw liċ-chairman u lis-CEO preċedenti? Jista' jikkonferma jekk ingħatawx xi flus jew benefiċċji oħra liċ-chairman u lis-CEO's preċedenti b'relevanza tar-riżenja tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-benefiċċji/flus li ngħataw filwaqt li jindika jekk ir-riżenja kenitx b'mod volontarju u mingħajr pressjoni politika/ministerjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Transport Malta — Rotta għal Pembroke Park and Ride nurmu 202
Question
Jista' l-Ministru jgħid għala per eżempju r-rotta 202 għal Pembroke Park and Ride, meta tasal Pender Place iġġiegħel lil kulħadd jinżel għax tkun ħames minuti tard bħal każ li ġara fit-8 ta' Novembru 2012 bin-numru tat-trakk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-vettura msemmija, nhar it-8 ta' Novembru ma kenitx qed taħdem fuq ir-rotta 202 u għaldaqstant, Transport Malta ma setgħetx tinvestiga aktar dan il-każ partikolari.
Infurmat ukoll illi l-Arriva ma tat l-ebda struzzjoni lix-xufiera sabiex iniżżlu l-passiġġieri minn fuq il-vetturi tat-trasport pubbliku meta l-vjaġġ ikun kmieni jew tard.
Ħaż-Żabbar — Triq il-Dliela - ħsarat fil-basements minħabba triq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37727 u jgħid x'passi se jittieħdu biex it-triq li tinsab f'Ħaż-Żabbar u li tlestijiet bosta snin ilu, meta tagħmel ix-xita, fil-flats li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jidħol ħafna ilma b'konsegwenza ta' ħsarat fil-basement minħabba xogħol ħażin li kien sar fi triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tinvestiga dan l-ilment biex tiġi stabbilita r-raġuni għalfejn qed jidħol l-ilma tax-xita ġewwa l-basements imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma twaħħlux żewġt bus shelters fi Triq Diċembru 13 il-Marsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija li twaħħal dawn il-bus shelters staqsiet biex isiru xi aġġustamenti fil-post fejn dawn ix-shelters iridu jitwaħħlu. Dan il-post kien ippreparat qabel mill-kuntrattur tax-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Triq Diċembru 13 u għaldaqstant il-kuntrattur intrabat li ser jesegwixxi dawn il-modifiki fil-jiem li ġejjin.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — pendenzi fil-pagamenti għal xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. Jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37913 u jgħid b'kemm żmien ittardja il-proġett taċ-Ċirkewwa Terminal? Kemm kienet is-somma kuntratwali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett kurrenti taċ-Ċirkewwa terminal hu maħsub li ser jittardja b’xahar. Madankollu, it-terminal il-ġdid ser jibda jintuża fis-sena 2012. Is-somma kuntrattwali assoċċjata ma’ dan il-proġett sal-lum tammonta għal € 11,456,655.12.
Valletta — Tneħħija ta' Bollards minn Triq it-Teatru
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-bollards li hemm fi Triq it-Teatru, kantuniera ma' Old Bakery Street, il-Belt, mhux talli tneħħew iżda anke t-toqob fejn kienu jitpoġġew issa ngħataw il-konkos u dan meta dawn il-bollards kienu jassiguraw li ma jidħlux vetturi fl-area pedonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37887 u jgħid x'kienet in-nefqa li għamlet Transport Malta għal bini ta' car park fl-Għalqa ta' Kola fir-Rabat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parking bay riservat għall-persuna b'diżabilità kif inhu f'Borg Olivier Street, Mellieħa eżatt f'kantuniera faċċata tal-HSBC għandhux jitneħħa u jitpoġġa f'post ieħor iktar sigur u aktar minħabba li fejn qiegħed huwa ta' periklu għal min qed jaqsam u anke għall-istess flow tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Parkeġġ Riservat għall-Persuni B'Diżabbilta` li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġie approvat fis-sena 1997 fil-post imsemmi minħabba li dil-parti biss tat-triq hija għall-wita fejn seta' jiġi mplementat tali post ta' parkeġġ billi hija diffiċli ħafna għall-persuni b'diżabbilta' li jaċċessaw vettura meta din tkun f'telgħa jew f'niżla bħal fi Triq Borg Olivier.
Transport Malta — spezzjonijiet fuq street furniture
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-uffiċjali ta' Transport Malta jagħmlux xi spezzjonijiet fuq il-bosta street furniture li għandna madwar il-pajjiż biex jiġi assigurat li dawn, bħal sinjali tat-traffiku, traffic lights u bosta sinjali oħra ma jkunux ta' periklu għat-traffiku u l-persuni li jkunu għaddejjin mill-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.