Fondi kummerċjali - Fondi tal-Unjoni Ewropea għall-kerrejja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi fondi tal-Unjoni Ewropea li jingħataw lill-kerrejja ta’ fondi kummerċjali li f’xi mument jitilfu l-protezzjoni lokatizja tagħhom? Jekk hemm, jista’ jgħid fiex jikkonsistu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-pakkett preżenti għas-snin 2021-2027 m’hemmx fondi li jkopru dan l-aspett.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda impjegat kemm fis-settur ċivili u dak pubbliku fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom.
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li bosta residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq Tal-Ħlas, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq Tal-Ħlas, f’Ħal Qormi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23930 fejn intqal li r-risposta se tingħata f’seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Edwardu, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Sindki u Kunsilliera
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29975 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-impjegati fid-dekasteru li jien responsabbli minnu u illi ġew eletti f’kunsill lokali, kienu eletti fil-lokalitajiet ta’ Birżebbuġa, Ħal Għargur u Ta’ Xbiex.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Chief Executive Officers
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23773, jista’ l-Ministru jgħid:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X’kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f’liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f’liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra u l-kuntratt ta’ dawn iċ-Chief Executive Officers?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li għalihom saret referenza fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari li qed jirreferi għaliha hu, kienet tkopri l-entitajiet li kienu formanti parti mill-kompożizzjoni tal-Ministeru li jien kont responsabbli għaliħ fil-perjodu u għalhekk qed nirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor . Interpellant illi ġejt infurmat li hemm 3 impjegati fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Impjegati full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, hemm sebgħa u ħamsin (57) ħaddiem li jaħdmu full-time u ħaddiem wieħed (1) li jaħdem part-time.
Ministeru għall-Fondi Eworpej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23947 jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti / servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati fis-sena 2024?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, kif inhu kompost illum, ma kienx kostitwit fis-sena 2024.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti ingaġġati mal-Ministeru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża għall-ingaġġar ta’ konsulenti, xahar b’xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi, min kienu dawn il-konsulenti, xi kwalifiki għandhom, x’inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għall-kull servizz ta’ konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll kif ingħataw dan ix-xogħol dawn il-konsulenti; jekk hux permezz ta’ direct order jew tender?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Il-konsulenti ingaġġati mal-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali huma impjegati skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.