MCCAA — Postijiet vakanti fil-karigi ta’ Direttur Ġenerali jew Direttur
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14747, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn għal kważi erba xhur il-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) baqgħet vakanti, u meta hu maħsub li din il-kariga timtela, dan tenut kont tal-fatt tal-importanza tal-kariga inkwistjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess biex jimtela l-post vakanti ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) qiegħed għaddej.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Ħaddiema
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, hemm dawn il-persuni li għandhom l-etajiet kif mitluba minnu:
'il fuq minn 65 sena
1
’il fuq minn 70 sena
1
’il fuq minn 80 sena
-
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-konsumatur — Segretarjat għad-Djalogu Soċjali - Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15864, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jindika x'inhuma l-gradi u nomenklaturi tal-impjegati kollha li hemm fid-DIER?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-gradi u nomenklaturi tal-impjegati kollha li hemm fid-DIER.
Skemi, programmi u fondi Ewropej għall-bdiewi u s-sajjieda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid liema huma u kemm jammontaw fi flus dawk l-iskemi, programmi u Fondi Ewropej li jistgħu japplikaw għalihom il-bdiewa u s-sajjieda Maltin matul is-sena 2024?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tinkludi l-iskemi li jistgħu japplikaw għalihom il-bdiewa u s-sajjieda Maltin matul is-sena 2024 kif mitluba minnu.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm ebda Deputat min-naħa tal-Gvern li jagħmel parti min xi kumitat, panel jew bord tal-Gvern, waqt il-perjodu li kien Deputat.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x' tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat minnu sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija ma kienx hemm persuni li kellhom xi kuntratt li qed jirreferi għalih hu li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat illi t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid mil-liema programm/progammi tal-Unjoni Ewropea qed ikun u ser ikun iffinanzjat il-proġett tal-Park and Ride f’Ta’ Xħajma fix-Xewkija Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm ser ikun l-ammont globali ta' flus li ser jiġu mill-programm/programmi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett u kemm tħallsu sa issa u kemm għad baqa’ biex jitħallsu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet tal-Park and Ride f’Ta’ Xħajma fix-Xewkija Għawdex jagħmlu parti mill-proġett tal-iSMITHS (ERDF.07.091 Sustainable Multi modal Intelligent Transport Hubs across Malta and Gozo). Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz tal-Fond Ewropew għall-izvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-programm tal- 2014-2020.
L-ispiża li tħallset sa issa fuq dan il-Park and Ride taħt il-FEŻR sal-llum tammonta għal €5,084,786.15.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Direct Orders
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15123, jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti lista tal-gradi u kemm hemm ħaddiema f'dawn il-gradi fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-58 persuna li jaħdmu fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) huma mqassmin hekk:
45 (Public Officers)
2 (RSSL)
6 (Students within the IPS scheme)
5 (Contractor)
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15122, jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-Industrial Relations Unit u jipprovdi lista tal-gradi kollha u ta' kemm hemm ħaddiema f'kull grad?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili – Ftehim Kollettiv
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15120 u jippreżenta lista b’kull ftehim kollettiv pendenti fis-settur pubbliku u ċivili u meta dawn skadew? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema union qed isiru jew se jsiru d-diskussjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-konsumatur — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi d-dettalji mitluba minnha jinsabu fuq it-tabella hawn taħt:
DIER
Full time
Part time
Public Officers
45
RSSL
2
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
Full Time
Part Time
DIER
Flexi Time
4
Flexi Week
Reduced Hours
5
Extended Remote Working
8
Remote Working
24
EUPA
Full time
Part time
Public Officers
31
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
Full Time
Part Time
EUPA
Flexi Time
31
Flexi Week
Reduced Hours
4
Extended Remote Working
Remote Working
31
EU Funds Divisions & OPS
Full time
Part time
Public Officers
163
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
Full Time
Part Time
EU Funds Divisions & OPS
Flexi Time
42
Reduced Hours
12
Extended Remote Working
32
Remote Working
16
IMU
Flexi Week
4
NDSF
Full time
Part time
Public Officers
7
NDSF
Flexi Time
Flexi Week
Reduced Hours
Extended Remote Working
Remote Working
SEM
Full time
Part time
Public Officers
19
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
Full Time
Part Time
Servizzi Ewropej f'Malta
Flexi Time
Flexi Week
Reduced Hours
Extended Remote Working
Remote Working
5
1
MCCAA
Full time
Part time
Public Officers
157
6
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
Full Time
Part Time
MCCAA
Flexi Time
157
6
Flexi Week
Reduced Hours
7
2
Extended Remote Working
Remote Working
59
34
MCESD
Full time
Part time
Public Officers
7
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
Full Time
Part Time
MCESD
Flexi Time
Flexi Week
Reduced Hours
Extended Remote Working
Remote Working
6
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid jekk hemmx limiti stabbiliti mill-Awtorità kompetenti fir-rigward tal-istorbju ambjentali ai termini tad-direttiva 2002.49.EC?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-konsumatur — Deputati tal-Oppożizjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, jinqabeż l-advisory cost.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid jekk matul l-2023 fuq talba tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni, ġewx imposti mill-Qrati penalitajiet finanzjarji – irrespettivament tal-mod kif deskritti – u jekk iva, f’liema każijiet u f’kull każ jgħid kemm kienet il-penali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2023 ma saret l-ebda talba mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni sabiex jiġu imposti penalitajiet finanzjarji u lanqas ġew imposti penalitajiet finanzjarji mill-Qrati.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid jekk matul l-2023 fuq talba tal-Uffiċċju tal-Affarijiet tal-Konsumatur, ġewx imposti mill-Qrati penalitajiet finanzjarji – irrespettivament tal-mod kif deskritti – u jekk iva, f’liema każijiet u f’kull każ jgħid kemm kienet il-penali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li matul l-2023 ma ġewx imposti penalitajiet finanzjarji mill-Qrati fuq talba tal-Uffiċċju tal-Affarijiet tal-Konsumatur.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-konsumatur — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma L-Onor. Interpellant illi d-dettalji dwar in-numru ta’ nies li jaħdmu bħalissa taħt il-Ministeru kkonċernat huma skont it-tabella hawn taħt:
Full time
Part time
Public Officers
72
RSSL
3
Students within the IPS Scheme
6
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
DIER
Flexi Time
4
Flexi Week
Reduced Hours
5
Extended Remote Working
6
2
Remote Working
14
10
EUPA
Full time
Part time
Public Officers
31
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
EUPA
Flexi Time
31
Flexi Week
Reduced Hours
4
Extended Remote Working
Remote Working
31
EU Funds Divisions & OPS
Full time
Part time
Public Officers
163
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
Full Time
Full Time
EU Funds Divisions & OPS
Flexi Time
27
15
Reduced Hours
12
Extended Remote Working
25
7
Remote Working
14
2
IMU
Flexi Week
2
2
NDSF
Full time
Part time
Public Officers
7
NDSF
Flexi Time
Flexi Week
Reduced Hours
Extended Remote Working
Remote Working
SEM
Full time
Part time
Public Officers
19
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
Full Time
Part Time
Servizzi Ewropej f'Malta
Flexi Time
Flexi Week
Reduced Hours
Extended Remote Working
Remote Working
5
1
MCCAA
Full time
Part time
Public Officers
157
6
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
Full Time
Part Time
MCCAA
Flexi Time
157
6
Flexi Week
Reduced Hours
9
Extended Remote Working
Remote Working
91
2
MCESD
Full time
Part time
Public Officers
2
Department/
Entity/Agency/
Division
Modern Work Practices
Full Time
Full Time
MCESD
Flexi Time
Flexi Week
Reduced Hours
Extended Remote Working
Remote Working
6
1