Legislature:
Category:
Reset
Active:

Separazzjonijiet fl-2023

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet matul l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew konklużi bonarjament u kemm minnhom ġew deċiżi permezz ta’ sentenza tal-Qorti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni ser tiġi ppubblikata iktar tard matul din is-sena.

Il-Mellieħa – Palazz ta’ Selmun — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol ta' restawr li mistenni jsir fil-Palazz ta’ Selmun, fil-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dan ix-xogħol jibda u meta hu mistenni li jitlesta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Sussidji fuq l-enerġija fl-2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ kif qed jintefqu l-miljuni f’sussidji fuq l-enerġija? Jista’ jagħti break down u jinkludi d-dettalji pertinenti dwar dan għas-sena sħiħa li għaddiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Liġi Sussidjarja 364.12 — Emenda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm emenda fil-Liġi Sussidjarja 364.12 u ċjoè li jiġi estiż it-terminu impost mil-liġi li fih tindika li l-kuntratti tal-bejgħ iridu jsiru sal-31 ta' Diċembru 2023, u dan minkejja li hu diġà magħruf li mhux se tiġi estiża l-iskema tal-proprjetà residenzjali f'Għawdex li tipprovdi għal rata ta' bolla mnaqqsa ta' 2%, flok 5%?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nistieden lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-Regola 4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 364.12 hekk kif emendata bl-Avviż Legali Numru 316 tal-2023.

Fond għall-Kawżi Ġusti — Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2023? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kumpens dovut għal artijiet li ġew meħuda mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-valur (il-book value) illi l-Gvern qiegħed juża għal finijiet tal-kontijiet pubbliċi u ċjoè l-ammont li potenzjalment il-Gvern ser ikun qed iħallas ta' kumpens dovut għal artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sal-ġuranta li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ? Jista’ jgħid ukoll kemm u x'tip ta' proviżjoni qiegħed jieħu l-Gvern f'dan ir-rigward?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenzi tax-xogħol u/jew timesheets relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Nefqa fuq rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mhemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.

Baġit 2024 — Nefqa

Question

B’referenza għall-Baġit għas-sena 2024, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser tkun in-nefqa ppjanata għal din is-sena f’termini ta’ persentaġġ u li għaliha ser jagħmlu tajjeb fondi Ewropej?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-baġit għas-sena 2024, minn nefqa kapitali totali ta’ €904,515,000, huwa stmat li s-somma ta’ €182,570,000, jew 20.2%, se jkunu iffinanzjati minn fondi Ewropej.

Eks Malta Shipbuilding – Avvenimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13729.

Laqgħat bejn il-Gvern u kumpaniji privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat bejn rappreżentanti tal-Gvern u rappreżentanti tal-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll min attenda u jekk jeżistux minuti ta' dawn il-laqgħat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jien qatt ma kelli laqgħat ma’ rappreżentanti ta’ dawn il-kumpaniji.

Taxxa pagabbli lill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jagħtu flejjes f'taxxa lill-Gvern Malti u kemm huwa l-ammont?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tas-segretezza uffiċjali (artikolu 4 tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, Kap. 372 tal-Liġijiet ta’ Malta).

FIAU – Multi fl-2023

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ta multi l-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fl-2023 u kemm ġabar minn dawn il-multi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2023 l-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja ħareġ 144 multa fuq persuni suġġetti li jammontaw għal €3,360,814. Sal-31 ta’ Diċembru 2023 tħallsu 96 multa li jammontaw għal €1,407,479. Wieħed irid iżomm f’moħħu li multi determinati mill-Korp jistgħhu jinbidlu wara deċiżjoni tal-Qorti; kif ukoll, meta deċiżjoni tal-Korp li tiġi appellata quddiem il-Qorti, l-ammont ta’ penali stabbilit mill-Korp ma jiġix imħallas għaliex dik il-penali ma titqisx waħda finali. Tiġi mħallsa biss wara deċiżjoni tal-Qorti u dejjem abbażi ta’ dik id-deċiżjoni.

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13940 u 14149 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ivvutati fondi sabiex il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid tiġi maqlugħa u ssir mill-ġdid?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14470.

Jobsplus — Definizzjoni ta' Assistent Personal

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13804 dwar definizzjoni ta’ assistent personali, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar id-definizzjoni tal-impjieg 'Assistent Personali' (għal persuna b'diżabilità) minn Jobsplus hekk kif il-perjodu ta’ feedback għal konsultazzjoni dwar assisent personali għalaq u l-Gvern qiegħed jagħti sussidju għal assistent personali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont informazzjoni li għandha Jobsplus, l-Aġenzija Sapport qed tmexxi riforma fir-rigward ta’ Assistent Personali (għal persuna b'diżabilità), id-definizzjoni ta’ dan l-irwol ser jiġu indirizzati permezz ta’ din ir-riforma.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.