Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15712 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W444 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika wkoll kemm kien hemm persuni li għamlu użu mill-postijiet tal-gambling matul l-2016, 2017, 2018 u l-2019? Jista’ jindika wkoll kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Flus li ntefqu mill-poplu Malti fl-industrija tal-logħob
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15711 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm flus nefaq il-poplu Malti f’konsum ta’ logħob matul l-aħħar tliet snin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MGA tagħmel studju kull sentejn bl-isem, “Gambling Behaviours amongst the Maltese Population”, fejn jiġu studjati l-attitudnijiet u d-drawwiet assoċjati mal-logħob tal-popolazzjoni Maltija.
Skont dan l-istudju huwa stmat li l-popolazzjoni Maltija nefqet €125 miljun fuq servizzi ta’ logħob fl-2015 u €128 miljun fl-2017. Il-figuri relatati mas-sena 2019 jiġu ppublikati aktar il-quddiem meta l-istudju jigi finalizzat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15710 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm iġġenerat flus l-industrija tal-logħob fl-ekonomija Maltija f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm hemm impjegati jaħdmu f’din l-industrija f’pajjiżna? Kemm minnhom huma Maltin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15709 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jelenka l-ħidmiet li wettqet ir-Responsible Gaming Foundation matul l-aħħar sena? Kemm tat fondi lura lis-soċjetà fil-ġbir tagħha mill-industrija tal-logħob din il-Fondazzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-missjoni tal-Fondazzjoni hi li tinħoloq kuxjenza billi jingħata tagħrif wiesgħa dwar il-limitu, kawzi possibbli u konsegwenzi tal-problema tal-logħob f’Malta b’għan ta’ prevenzjoni u li jiġi pprovdut is-sapport kollu neċessarju lil persuni li jbatu mill-vizzju tal-logħob u persuni qrib tagħhom, fl-isforzi kontinwi matul il-proċess ta’ rkupru mill-problema.
Skont l-aħħar ċifri uffiċċjali li jkopru għas-sena 2017, il-Fondazzjoni nefqet €50,554 fuq din l-attivita’, li ma jinkludux l-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni nnifisha.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie kostitwit il-Bord preżenti tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Logħob li / jekk qed jiffunzjona llum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord attwali tal-Malta Gaming Authority ġie maħtur fl-1 ta’ Ottubru 2019, bit-terminu jiskadi f’Settembru 2020 u qed jiltaqa’ regolarment.
Donazzjonijiet mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment
Question
Jista’ l-Ministru jindika l-ismijiet tal-għaqdiet filantropiċi li bbenefikaw mid-donazzjonijiet tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm irċevew flus dawn l-għaqdiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ jgħid kemm-il konvenju b’valur ta’ iktar minn €20 miljun u iktar minn €25 miljun rispettivament ġie rreġistrat mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2020, ġew irreġistrati sitt konvenji ta’ aktar minn €20 miljun.
Ir-risposta kif jixtieqa l-Onorevoli Interpellant ma tistax tingħata għal raġuni ta’ kunfidenzjalita’.
B’referenza għall-proposti relatati mal-imxija tal-COVID-19 li ressqet l-Oppożizzjoni b’rabta mal-għajnuna lill-għaqdiet sportivi, jista’ l-Ministru jikkonferma li ġaladarba l-għaqdiet/klabbs sportivi jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’rata kummerċjali, huma se jkunu qed jibbenefikaw minn tnaqqis/sussidju/eżenzjoni fuq l-istess kontijiet kif imħabbar fil-mini baġit mill-Gvern ftit tal-ġimgħat ilu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — open data - datasets
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W82, fejn intqal li “hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’ diversi siti u portali tal-internet” jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu qed tipprovdi bħala Open Data?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-datasets disponibbli li jirrigwardjaw il-Ministeru tiegħi, huma:
1.
Kontijiet Nazzjonali
li jinkludu l-Prodott Gross Domestiku (GDP) u d-Dħul Nazzjonali Gross (GNI).
2.
L-informatika
b’ċifri kemm assoluti u indiċijiet.
3.
L-indiċi tal-prezzijiet
bl-imnut (RPI).
4. Statistika dwar
il-finanzi tal-gvern
fejn insibu ċifri fuq il- kontijiet finanzjarji tas-settur tal-gvern, kontijiet mhux finanzjarji, id-dejn, il-fond konsolidat, taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali, u l-infiq fuq il-benefiċċji soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) għandhomx informazzjoni fejn qegħdin jgħixu l-madwar 80,000 barrani li jinsabu f’pajjiżna? Minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-barranin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-istimi annwali li jipproduċi l-NSO, kien hemm 83,267 barrani jgħixu f’Malta fil-31 ta’ Diċembru 2018. Minn dawn, 45,457 kienu ġejjin mill-pajjizi tal-UE u 37,810 kienu ġejjin minn pajjizi terzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-58 rakkomandazzjoni ta’ Moneyval ġew implimentati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għaddej xogħol fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha li jinsabu fir-rapport tal-Moneyval, biex f’Ottubru il-Gvern jissottometti r-rapport lil FATF.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finzjarji – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — għajnuna lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħatatx għajnuna fil-proġett imsemmi.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — għajnuna lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet fuq is-sit mgħddi lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħatatx għajnuna fil-proġett imsemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna b’inkapaċità mentali li konsegwenza ta’ hekk m’humiex fuq ir-Reġistru Elettorali, hux ser jirċievu l-voucher ta’ €100?
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – spiża fuq mobile phones
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll jista’ jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda spiza fuq xiri ta’ mobile phones fl-2018.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — għajnuna lil Valletta FC fil-proġett ta’ żvilupp tal-istadium u faċilitajiet anċillari
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħatatx għajnuna fil-proġett imsemmi.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru, inkluz Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet ma tawx flus għall-programm Għajta Waħda mxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund.