Jista’ l-Ministru jgħid jekk kumpanija tistax tirreġistra profitti sostanzjali f’Malta permezz ta’ entità mingħajr impjegati jew attività ekonomika sostanzjali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tal-mistoqsija, kumpaniji jirreġistraw profitti fil-kontijiet tagħhom u għal finijiet fiskali, wieħed jistenna li jiġu ddikjarati profitti skont kif titlob il-liġi. Tajjeb li wieħed ifakkar li s-sistema fiskali Maltija hija bbażata fuq prinċipji ta’ trasparenza, konformità mal-liġi u allinjament mar-regoli tal-Unjoni Ewropea u dawk internazzjonali.
F’dan il-kuntest, wieħed jistenna li l-profitti jiġu vvalutati u allokati skont fejn effettivament jitwettqu l-funzjonijiet rilevanti, fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet essenzjali u fejn ikun hemm livell adegwat ta’ sustanza ekonomika. Iċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ u r-realtà ekonomika għandhom rilevanza f’dan kollu, u għaldaqstant, in-numru ta’ mpjegati u l-attività sostanzjali jistgħu jkunu fatturi rilevanti f’dan ir-rigward.
Kumpaniji Amerikani f’Malta – Sussidjarji reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kumpaniji Amerikani għandhomx jew kellhomx sussidjarji reġistrati f’Malta li ddikjaraw profitti globali minkejja li ma kellhomx impjegati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-analiżi tal-informazzjoni disponibbli mill-Country-by-Country Reporting (DAC4), jirriżulta li kien hemm entitajiet reġistrati f’Malta li ddikjaraw profitt fil-formoli tat-taxxa tagħhom minkejja li ma rrappurtaw ebda impjegati.
Nixtieq nirrimarka li termini użati fil-mistoqsija, inklużi “kumpaniji Amerikani”, “sussidjarji”, u “profitti globali” jistgħu jkunu suġġetti għal tifsiriet differenti skont il-kuntest applikabbli. Barra minn hekk, in-numru ta’ impjegati li entità tirrapporta f’ġurisdizzjoni partikolari ma jippermettix, waħdu, sabiex wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar il-funzjonijiet, l-attivitajiet jew il-pożizzjoni fiskali tagħha. Ma jkunx opportun, għalhekk, li minn indikaturi jew elementi iżolati jinġibdu riżultati dwar kategoriji partikolari ta’ entitajiet jew gruppi multinazzjonali.
Għaldaqstant, il-Gvern iqis li kwalunkwe konsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ din in-natura għandha ssir bil-prudenza meħtieġa, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti, iċ-ċirkostanzi u l-kuntest rilevanti kollha, sabiex jiġu evitati konklużjonijiet jew inferenzi li jistgħu ma jkunux sostnuti mill-kuntest sħiħ tal-fatti.
Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2026?
Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2026?
Rati ta’ taxxa ġodda għall-ġenituri - Persuni li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mir-rati l-ġodda tat-taxxa għall-ġenituri matul l-2026, kemm jammonta t-tnaqqis totali fit-taxxa u x’inhu l-benefiċċju medju annwali għall-ġenituri eliġibbli b’wild wieħed u għal dawk b’żewġt itfal jew aktar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tkun tista’ tingħata tard is-sena d-dieħla meta l-formoli tat-taxxa għas-sena bażi 2026 jiġu pproċessati.
Baġit 2026 - Miżuri li għadhom ma ġewx implimentati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema miżuri mħabbra fil-Baġit 2026 għadhom ma ġewx implimentati u jipprovdi l-istadju ta’ implimentazzjoni ta’ kull waħda minnhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fiżiċi u kemm hemm kumpaniji li għandhom arretrati ta’ taxxa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma kif ġej:
i. €100,001 sa €500,000;
ii. €500,001 sa €1,000,000;
iii. €1,000,001 sa €5,000,000; u
iv. aktar minn €5,000,000?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ taxxa mhux miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2025 skont il-kategoriji mitluba kienet:
Individwi
Kumpanniji
€100,001 sa €500,000
427
867
€500,001 sa €1,000,000
27
89
€1,000,001 sa €5,000,000
9
43
aktar minn €5,000,000
0
3
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-ammont ta’ taxxa dovuta iżda mhux miġbura, huwa suġġett għal pjanijiet ta’ ħlas, kemm jinsab taħt appell jew kontestazzjoni, u kemm huwa meqjus bħala rkuprabbli, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ taxxa mhux miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2025 skont il-kategoriji mitluba kienet:
Pjanijiet ta’ ħlas
€
212,874,305
Taħt appell jew kontestazzjoni
€
2,304,900
Meqjus bħala rkuprabbli
[1]
€
412,899,776
[1]
L-ammont muri fil-kategorija ta’ “pjanijiet ta’ ħlas” huwa inkluż fl-ammont meqjus bħala rkuprabbli
Jista’ l-Ministru jgħid mill-ammont ta’ taxxa dovuta iżda mhux miġbura, kemm huwa dovut minn persuni fiżiċi u kemm minn kumpaniji, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ taxxa mhux miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2025 skont il-kategoriji mitluba kienet:
Individwi
Kumpaniji
€495,196,552
€
701,123,108
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta ingaġġat l-għajnuna tal-International Monetary Fund għal konsulenza li tinkludi t-trasformazzjoni diġitali u l-użu tal-AI fl-operat tagħha skont il-proċeduri tal-public procurement regulations.
Elezzjonijiet Ġenerali – Titjiriet sussidjati għall-votanti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown sħiħ u dettaljat tal-ispiża ta’ €2,981,921 relatata mat-titjiriet sussidjati għall-votanti u d-dipendenti tagħhom għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2026, u jaqsam din l-informazzjoni għal kull pajjiż, belt u ajruport ta’ oriġini, inklużi separatament Londra, Brussell, Amsterdam u kull destinazzjoni oħra? Jista’ wkoll:
i. jgħid kemm votanti u kemm dipendenti vvjaġġaw minn kull destinazzjoni;
ii. jgħid kemm inġabru flus mingħand il-passiġġieri permezz tal-ħlas ta’ €90 għal kull biljett;
iii. jgħid kemm kienet l-ispiża totali attribwita lil kull rotta u kemm minnha tħallset mill-Gvern lill-KM Malta Airlines;
iv. jgħid kemm kienet l-ispiża medja għal kull passiġġier fuq kull rotta;
v. jgħid kemm kien hemm titjiriet skedati normali u kemm kien hemm titjiriet addizzjonali li ġew operati apposta minħabba l-Elezzjoni Ġenerali;
vi. jagħti d-data, ir-rotta, in-numru ta’ passiġġieri, in-numru ta’ seats disponibbli u l-load factor għal kull titjira addizzjonali, u l-ispiża attribwita lil kull titjira;
vii. jispjega l-metodoloġija eżatta li ntużat minn KM Malta Airlines biex waslet għall-ammont ta’ €2,981,921, inkluż jekk il-kalkolu kienx ibbażat fuq spiża operattiva effettiva, prezz kummerċjali tal-biljetti, revenue mitluf, charter cost jew xi formula oħra;
viii. jgħid jekk iż-€2,981,921 hijiex ċifra gross qabel id-dħul ta’ €90 mingħand il-passiġġieri jew l-ispiża netta finali għall-Gvern, u f’każ li hija gross, x’kienet l-ispiża netta finali għall-fondi pubbliċi; u
ix. jagħti l-istess breakdown, fuq l-istess bażi u skont ir-rotta, għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2022 sabiex ikun jista’ jsir tqabbil dirett, u jispjega għaliex l-ispiża rrappurtata għall-2026 żdiedet b’madwar 54% meta mqabbla mal-2022 minkejja li n-numru ta’ persuni li għamlu użu mill-iskema naqas minn 1,952 għal 1,530?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-ispiża fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2026 għal dawk li bbenefikaw minn dawn it-titjiriet kienet ta’ €2,975,965. B’kollox kien hemm total ta’ 1,530 passiġiera.
Għal fini ta’ tqabbil, l-ispejjeż relatati mal-elezzjonijiet preċedenti u l-ammont ta’ nies li bbenefikaw huma skond it-tabella hawn taħt:
Sena
Total ta' passiġiera
Spiża Totali
2022 (Elezzjoni Ġenerali)
976
€1,925,602
2024 (MEP u Kunsilli Lokali)
807
€1,367,645
Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet li jibda jippubblika projections uffiċjali, sena b'sena, dwar kemm hi mistennija tikber jew tonqos il-popolazzjoni ta' Malta fis-snin li ġejjin? Jekk iva, jista' jgħid meta huwa mistenni li jibdew jiġu ppubblikati dawn il-projections?
Response (CARUANA, CLYDE)
B’żieda mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 1761, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bħalissa qed jiżviluppa l-metodoloġija meħtieġa biex jipproduċi b’mod regolari projezzjonijiet uffiċjali tal-popolazzjoni għal Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni tal-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija Maltija tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li seħħ f’pajjiżna mill-1 ta’ Lulju sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jippubblika din il-valutazzjoni u jagħti rendikont tal-impatt finanzjarju stmat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel primarji f'Malta u Għawdex, maqsuma skont in-nazzjonalità u skont kull skola? Jista' jindika wkoll jekk l-iskola hijiex tal-Istat, tal-Knisja jew indipendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 726.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadhiex valida l-projezzjoni li għamel dwar popolazzjoni ta' madwar 800,000 sal-2040 taħt il-mudell ekonomiku attwali? Jekk iva, jista’ jgħid x'passi konkreti ttieħdu minn meta saret dik id-dikjarazzjoni sabiex il-mudell ekonomiku ta' Malta jsir aktar ibbażat fuq produttività u valur miżjud, milli fuq żieda fil-forza tax-xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 1761.
Ombudsman – Opinjoni finali dwar pensjoni tas-servizz ta’ grupp ta’ għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni beħsiebu jieħu l-Gvern rigward l-opinjoni finali tal-Ombudsman dwar il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li jittratta diskriminazzjoni ma’ grupp ta’ għalliema fil-pensjoni tas-servizz, u li ngħataw raġun mill-Ombudsman, liema rapport tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Onor. David Agius fis-seduta tal-20 ta’ Novembru 2023 (P.L. 02597)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.