Persuni ntitolati għall-pensjoni li jaħdmu part-time bħala xogħol ewlieni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu part-time bħala x-xogħol ewlieni u prinċipali tagħhom u huma intitolati għall-pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont informazzjoni li għandu d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, in-numru ta’ persuni li jaħdmu part-time u li jibbenefikaw mill-pensjoni kontributorja għall-Irtirar jammonta għal 604.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' single mothers b'aktar minn wild wieħed li rċevew benefiċċji soċjali bejn l-2017 u l-2019? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ulied u kemm ġew imħallsa f'benefiċċji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15956 u 15662 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm daħlu pazjenti f’long term care fil-perjodu bejn Jannar 2020 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, tul il-perjodu msemmi, daħlu 437 anzjan f’long term care.
Peress li l-iżvilupp bla kontroll u bla pjan ġewwa Marsaskala qiegħed iħalli effett negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti, u dan huwa evidenti ferm għal kull min iżur din il-lokalità, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jitlesta x-xogħol, intiż biex titjieb l-aċċessibilità tal-kosta u l-mollijiet, li bħalissa jinsabu fi stat diżastruż?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-promenade matul Triq Sant' Anna u Triq is-Salini huma fost l-aktar aċċessibbli li hawn fil-pajjiż u li wieħed isib anke diversi postijiet ta' parkeġġ riservati għal min għandu l-Blue Badge. Jiena infurmat li kien hemm xi lmenti rigward rampi, liema ilmenti gew indirizatti, u li dwarhom ittiehdet azzjoni. Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabililta’ rċieva ilmenti dwar zebra crossings fi Triq il-Qaliet, u qed tikkoordina ma' Infrastructure Malta sabiex tiġi riżolta din l-problema.
COVID-19 – Telefonati fuq in-numri 25903000 u 25903030 – telefonati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14759 u jgħid kemm-il telefonata saret fuq in-numri 25903000 u 25903030 kemm ilna bil-miżuri tal-COVID-19? Kemm minn dawn it-telefonati ġew imwieġba u liema area kellha l-akbar numru ta' telefonati? X'kienu l-aktar mistoqsijiet jew preokkupazzjonijiet li ħarġu minn dawn it-telefonati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif ġej:
- 24,152 -il telefonata fuq il-linja 25903000 matul il-perijodu tal-COVID-19 sas-26 ta’ Ġunju 2020.
(Dan il-helpline m’għadux fis-seħħ, hekk kif mid-data imsemmija, reġgħu fetħu għal pubbliku id-Distretti Uffiċċjali. Madanakollu, l-pubbliku, xorta għadu jista’ jinqeda permezz tal linja tat-telefone 153; li hija l-linja uffiċċjali tas-Servizz.Gov).
- 10,360 telefonata fuq il-linja 25903030 matul il-perijodu tal-COVID-19 sat-23 ta’ Ġunju 2020. (Wara din id-data, l-linja 25903030, ma baqatx fis-seħħ, iżda il-linji bdew jiġu trasferiti fuq linja diretta tal-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Kommunita’).
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni dwar iż-żewġ helplines imsemmija, ma tinżammx skont ir-reġjun minn fejn kienet qed issir it-telefonata. Iż-żewġ linji kienu mwaqqfa għal assistenza dwar benefiċċji soċjali kemm kontributorji kif ukoll dawk mhux kontributorji (b’referenza għat-25903030), u għal mistoqsijiet fuq servizzi u għajnuna lil anzjani.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14795 u 13845 u għid kemm kien hawn tfal taħt care order f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u t-30 ta’ Ġunju, 2020 ħarġu 147 Ordni ta’ Ħarsien (Care Order) li minnhom 135 għadhom fis-seħħ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13582 u ċjoè: Peress li hu magħruf minn kulħadd permezz ta' studji soċjali li l-komunità kollha tibbenefika meta nies b'xi diżabilità jew oħra jingħataw l-opportunità li jintegraw ruħhom bl-aktar mod olistiku fis-soċjetà u meta dawn jingħataw kull għajnuna sabiex ikomplu jistudjaw u javvanzaw fil-karrieri tagħhom, li hu ukoll tagħhom bid-dritt, skont Artiklu 19 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittjiet ta' Persuni b'Diżabilità, li Malta irratifikat fl-2012, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li n-nies li jgħixu b'xi diżabilità jew oħra jingħataw kull sapport neċessarju, speċjalment finanzjarju, biex ikomplu l-edukazzjoni tagħhom u jaċċessaw opportunitajiet ta' xogħol li jiggarantixxu livell ta' għajxien xieraq anki meta' dawn jispiċċaw l-edukazzjoni mandatorja skont il-liġi u jkomplu jistudjaw fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni wara s-sekondarja, l-Università, l-MCAST jew isegwu kwalunkwe kors ieħor? Speċifikament, xi skemi qed jopera l-Gvern biex jassisti individwi żgħażagħ bħal dawn li huma f'riskju li jieqfu jistudjaw qabel iż-żmien minħabba l-piż finanzjarju tax-xiri ta' teknoloġiji t'assistenza? Għalfejn persuna dipendenti fuq it-teknoloġiji t'assistenza, jiġifieri li ma taqax taħt id-definizzjoni ta' persuna fis-saħħa, mhix eleġibbli għall-fondi pubbliċi għat-teknoloġiji t' assistenza? Xi skemi hemm li jipprovdu għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' minorenni u studenti b'diżabilità li għadhom qed jiddependu fuq il-ġenituri tagħhom, speċjalment fuq single parents?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14747 u jindika kemm hawn ommijiet xebbiet irreġistrati fil-preżent u kemm minnhom jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15662 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm daħlu pazjenti f’long term care fil-perjodu bejn Jannar 2020 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi formoli tat-tmiem ta’ impjieg fix-xhur ta’ April, Mejju u Ġunju 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu imsemmi, id-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, kien hemm total ta’ 40 impjegat li spiċċaw mill-impjieg tagħhom fid-diaprtiment, entitajiet u awtoritajiet fejn kienu ingaġġati. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, r-raġuni tat-tmiem ta’ impjieg kienet tinkludi ukoll ħaddiema li ritraw fil-perjodu msemmi.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm vittmi tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm minn dawn il-vittmi sofrew vjolenza mill-aggressur tagħhom għal aktar minn darba, darbtejn, tliet darbiet jew aktar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu diġa jinsab ippubblikat fis-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) u jistgħu jiġu milħuqa permezz ta’ din il-ħolqa elettronika, taħt it-taqsima Pubblikazzjonijiet.
Spiża kuljum tat-tfal fid-Djar Residenzjali tal-Knisja
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm hija l-ispiża kuljum ta’ kull tifel/tifla li qed titrabba f’xi Dar Residenzjali tal-Knisja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru għandu 6 (sitt) Ftehimiet Soċjali (Public Social Partnerships - PSPs) ma’ NGOs fil-qasam soċjali (li wieħed biss minnhom huwa ma’ entità tal-Arċidjoċesi) li joffru kenn lil 95 tifel u tifla.
L-ispi¿a medja għal dawn il-PSPs hija ta’ € 90.37 kuljum.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport u dokumenti oħra relatati bħala evidenza taċ-ċertifikazzjoni li saret u li permezz tagħha ġie stabbilit li l-lukanda fir-Rabat Għawdex kienet adegwata biex tospita l-anzjani ta' Dar Sant'Anna? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport/i u dokumenti oħra ta' follow-up visits jekk kien hemm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Steward Health Care ingħatat liċenzja ta’ emerġenza skont l-Avviż Legali 74/2020. Kif stabbilit f’dan l-Avviż Legali, din it-tip ta’ liċenzja kienet maħruġa fi żmien ta’ emerġenza f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Tajjeb wieħed jinnota li din il-liċenzja ġiet mgħotija fil-21 ta’ Marzu 2020, għal forniment ta’ servizz ta’ ħarsien soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi operaturi li joperaw fil-ħarsien soċjali u li m’għandhomx liċenzja provduta mill-Awtorità għall-Istandards tal-Ħarsien Soċjali? Jekk iva, liema huma dawn l-operaturi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali qed taħdem ma’ 21 provditur tas-servizz għall-fini ta’ liċenzjar, apparti tiġdid ta’ liċenzji li inħarġu fl-2019. 44% minn dawn is-servizzi ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom u din qed tiġi proċessata skond il-proċeduri stabbiliti. Is-servizzi l-oħra qedgħin f’komunikazzjoni mal-Uffiċċju tal-Liċenzjar sabiex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom. Dawn l-provdituri jagħtu servizzi ta’ ħarsien soċjali lil anzjani fuq bażi ta’ ċentri ta’ matul il-jum, xelters għal matul il-lejl, kif ukoll respite u servizzi għal anzjani b’ kundizzjonijiet kroniċi u ta’ dipendenza għolja. Applikazzjonijiet oħra jinkludu servizzi ta’ respite għall-persuni b’diżabilita’, servizzi residenzjali għal tfal f’ħarsien alternattiv, servizzi għal individwi bi problemi ta’ sustanzi u dipendenzi oħra, xelters u servizzi fil-komunita’ u ta’ outreach.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13444, jista’ l-Ministru jgħid issa meta se jiġu organizzati korsijiet dwar it-trobbija tat-tfal fil-lokalità kbira ta’ Marsaskala fejn hemm jgħixu aktar minn 5,000 familja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13496.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Ħaddiema b’diżabilità
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10177, jista’ l-Ministru issa jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b’diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tal-Ministeru tiegħi, ma jżommux informazzjoni tal-impjegati skont jekk għandhomx diżabilita’.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Tfal taħt care order
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14795, jista’ l-Ministru issa jagħti risposta dwar in-numru ta’ tfal taħt care order f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba se tingħata waqt seduta oħra.
Aġenzija Sapport: Aċċess fil-lokalitajiet ta’ Maltu u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħda tagħmel l-Aġenzija Sapport sabiex il-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess sħiħ fil-lokalitajiet kollha ta’ pajjiżna b’mod speċjali fil-postijiet tal-Aġenzija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-binjiet tal-Aġenzija huma kollha aċċessibbli skont l-istandards maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Dan jgħodd għar-residenzi, ċentri ta’ matul il-jum kif ukoll uffiċini tal-Aġenzija. Bħala parti mill-proġett INK immexxi mill-Aġenzija, kumpaniji jingħataw ukoll taħriġ dwar kif jistgħu jagħmlu l-post tax-xogħol tagħhom aktar aċċessibbli. L-Aġenzija tenfasizza u tippromwovi ukoll li kumpaniji u entitajiet li joperaw fil-pubbliku f’Malta u Għawdex, jimxu mal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilita), Kap 413 tal-Liġijiet ta’ Malta, sabiex ikun assigurat li persuni b’diżabilita’ ikollhom aċċess sħiħ fil-komunita’.
Aġenziji Appoġġ, Sapport u Sedqa: Taħriġ lil carers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Aġenziji Appoġġ, Sapport u Sedqa għandhomx korsijiet ta’ taħriġ biex jiġu mogħtija lil carers tal-klijenti tagħhom speċjalment biex ikunu jafu tajjeb l-irwol li jridu jwettqu? Jekk iva, meta saru dawn il-korsijiet ta’ taħriġ matul is-sena l-oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14043, jista’ l-Ministru jindika x’diżabilitajiet għandhom id-19,447 persuni reġistrati mal-CRPD:
a. Diżabilitajiet fiżiċi;
b. Diżabilitajiet Intelletwali;
c. Diżabilitajiet marbutin mas-smigħ; u
d. Diżabilitajiet marbutin ma' diżabilitatjiet oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu, sad-data li qed tkun imwieġba din l-interpellanza, hija kif ġej:
- Numru ta’ persuni reġistrati b’Diżabilitajiet fiżiċi - 12,333
- Numru ta’ persuni reġistrati b’Diżabilitajiet Intelletwali – 1351
- Numru ta’ persuni reġistrati b’Diżabilitajiet marbuta mas-smiegħ – 736
- Numru ta’ persuni reġistrati taħt diżabilitajiet oħra - 5769