B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13699, jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk fost is-sitt individwi indikati, kienx hemm min diġà laħaq l-età tal-pensjoni u safrattant ma ġiex mogħti l-pre-retirement leave? Jekk dan hu l-każ, jista’ jagħti r-raġunijiet? Jista’ jgħid hux u kif ser jirrimedja għal dan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sitt individwi ndikati fir-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 13699, ħadd minnhom ma kien laħaq l-eta’ tal-pensjoni.
Operaturi tat-Turiżmu f’Għawdex – għajnuna fuq fuel u utility bills
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hux fi ħsiebu jikkonċedi xi skemi t’għajnuna fuq fuel u utility bills lill-operaturi tat-turiżmu f’Għawdex sabiex dawn jilqgħu għad-daqqa kbira li qalgħu bl-imxija tal-Coronavirus? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li faqqgħet l-imxija tal-Coronavirus, pajjiżna introduċa fost l-aqwa pakketti u miżuri finanzjarji fid-dinja sabiex jgħin lill-familji u lill-industrija u ma jintilfux kemm jista’ jkun impjiegi. Dan filwaqt li din l-amministrazzjoni raħset il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-2014 għall-familji u n-negozji bil-qalba għall-gas iktar nadif li ħalla medja ta’ tmenin miljun ewro fil-but tal-Maltin u l-Għawdxin kull sena. Skont l-aħħar statistika tal-Eurostat, il-Maltin u l-Għawdxin qed iħallsu r-raba’ l-orħos kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-Ewropa u t-tieni l-orħos fiż-żona Euro.
Fir-rigward tal-fuel, statistika tal-Kummissjoni Ewropea tindika li mill-2013, il-prezz tal-petrol u tad-diesel f’ Malta u Għawdex naqas b’7% u b’9% rispettivament.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14878 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li għamel mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax-xiri tal-gass?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern Malti ma’ għamel ebda ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatamet għax-xiri tal-gas.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14877 u jinforma lill-Kamra bil-prezz għal kull unit ta' gass (mmbtu) li l-Gvern ftiehem mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li jixtri għall-ewwel għaxar snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern Malti ma’ għamel ebda ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatamet għax-xiri tal-gas.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk hux għaddejin / jew ġewx konklużi diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex il-Ministeru jew xi entità/awtorità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu jieħdu kamra jew kmamar li hemm illum fil-Park tal-Familja fil-Mellieħa sabiex jintużaw bħala uffiċini, dan meta l-istess park għandu l-użu speċifiku tiegħu bħala post għal rikrejazzjoni għall-familji kif ukoll biex jiġu pprattikati dixxiplini sportivi varji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li la l-Ministeru jew xi entità/awtorità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu ma jinsab f’xi diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex jieħdu kamra jew kmamar li hemm illum fil-Park tal-Familja fil-Mellieħa.
Birżebbuġa – applikazzjonijiet għall-iskema ta’ double glazing li għadhom iridu jitħallsu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iskema tad-double glazing tal-2019 għar-residenti ta' Birżebbuġa fadal biex titħallas, u meta se jitħallsu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma fadallu jħallas total ta’ 139-il applikazzjoni. Dawn ser jitħallsu fi żmien sitt ġimgħat minn meta l-applikanti jissottomettu l-irċevuti fiskali lir-Regolatur.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-prezz għal kull unit ta' gass (mmbtu) li l-Gvern ftiehem mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li jixtri għall-ewwel għaxar snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamenteri Numru W27 li ngħatat f’din is-seduta stess.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13972.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
San Ġiljan – Triq Fuq il-Ġonna – xogħlijiet taħt l-art
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14597, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi xogħlijiet għaddejjin taħt l-art fil-viċinanzi ta' The Gardens fi Triq Fuq il-Ġonna u madwar San Ġiljan? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega x'inhuma dawn ix-xogħlijiet u kemm ser idumu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemm l-ebda xogħol għaddej fi Triq Fuq il-Ġonna u madwar San Ġiljan.
Jista' l-Ministru jgħid meta f'Għawdex ser jkun hemm pompi li minnhom wieħed jista' jagħti l-gass lill-karozzi li ġew maqluba għal gas u dan peress li minkejja li kien hemm diversi sejhiet biex karozzi jinqalbu għal gass sal-lum f'Għawdex ma hemm l-ebda post minn fejn wieħed jista' jixtri u jagħti l-gass lill-vettura tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm applikazzjoni għall-installazjoni ta’ din it-tip ta’ pompa ġewwa Għawdex li qiegħda fil-fażijiet finali li tiġi awtorizzata u hu mistenni li l-pompa tinfetaħ fil-jiem li ġejjin.
Qala Għawdex – Triq Papa Pjiu XII – bdil tal-mains tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinbidlu l-mains tal-ilma fi Triq Papa Piju XII fil-Qala Għawdex u dan peress li r-residenti ta’ din it-triq qed jirċievu ilma bis-sadid fir-residenzi tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha ammont ta’ proġetti ta’ tibdil ta’ mejnijiet tal-ilma ppjanati għal din is-sena. Proġetti minnhom huma propju fir-raħal tal-Qala fejn Triq Papa Piju XII hija inkluża.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.