Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Business Registry

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22377 u jgħid kemm kellha impjegati fil-Malta Business Registry, sena b'sena, minn mindu twaqfet din l-agenzija u kemm minnhom huma desk officers?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Minn mindu twaqqfet l-Aġenzija, l-MBR fis-sena 2018 kienet timpjega 47, li minnhom 12 kienu Senior/ Desk Officers. Fis-sena 2019, kien hemm 74 li minnhom 20 huma Senior/Junior/Desk Officers. Fis-sena 2020 l-MBR kellha 92 li minnhom 22 huma Senior/Junior/Desk Officers, filwaqt li fis-sena 2021 (sallum) 93 li minnhom 24 huma Senior/Junior/Desk Officers. Apparti s-Senior/Junior Desk Officers, l-MBR għandha fi ħdanha r-Registry Support Staff, Arkivji, l-Uffiċċju tar-Riċevitur Uffiċjali, l-HR Unit, Compliance Unit, Legal and Enforcement Unit, Finance and Administration Unit, Procurement, Internal Audit, International Affairs, Research and Communication Unit u ICT Unit

Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd – rwol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu l-Gvern fil-Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Malta Gaming Authority — lista ta' direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23245 u jagħti lista tad-direct orders kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Qasam Industrijali tax-Xewkija — toroq - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-toroq fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex jinsabu fi stat ħażin ħafna u dan minkejja li fl-aħħar snin kemm-il darba saru press conferences u nħarġu press releases biex juru x-xogħol li suppost sar jew suppost kien għaddej fuq dawn it-toroq? Jista' jgħid meta hu maħsub li dawn it-toroq jingħataw tarmak ġdid u jinbidlu s-servizzi li hemm fl-istess toroq?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej eżerċizzju sabiex jiġu prioritizzati x-xogħlijiet neċessarji fuq it-toroq fl-oqsma industrijali kollha, fosthom dawk li jinsabu fil-qasam industrijali tax-Xewkija, bil-ħsieb li jitfassal programm ta’ xogħlijiet fit-tul.

Malta Gaming Authority — lista ta' direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba se tingħata f’seduta oħra.

Ix-Xagħra Għawdex – proprjetà immobbli li tappartjeni għall-Istat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà immobbli li tappartjeni lill-Istat ġewwa l-lokalità tax-Xagħra Għawdex? Jista' jgħid kemm minn din il-proprjetà hi suġġetta għal kirja jew ċens? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx proprjetà li tinsab f'idejn il-Gvern u jekk iva, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet bl-indirizzi fejn jinstabu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Investimenti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19433 u 20040 u jispjega lill-Parlament kemm kienu dawk l-investimenti li mill-2013 ‘l hawn irrifjutaw li jiġu Għawdex minħabba n-nuqqas tat-Tieni Fibre Optic Cable? Jista’ jgħid ukoll kemm investimenti wrew interess jew saħansitra ġew Għawdex, proprju għax issa hemm it-Tieni Fibre Optic Cable bejn il-gżejjer?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

F’kompetizzjoni feroċi biex kull reġjun fid-dinja jattira l-investiment huwa diffiċli biex tistabbilixxi ilgħala proġett jagħ¿el post minn ieħor fejn jinvesti. L-ebda investitur ma jgħidlek il-ħsibijiet tiegħu. Pero’ jibqa’ l-fatt li waqt li hawn Malta s-settur tal-informatika fis-sens wiesgħa tal-kelma kiber tant li sar pilastru ewlieni fl-ekonomija ta’ Malta b’niċeċ bħal software, video gaming, remote gaming, online platforms u gateways eċċ, mhux l-istess sar f’Għawdex. U dan ¿gur mhux minħabba n-nuqqas ta’ ħiliet f’din il-g¿ira. Għax hawn ħafna Għawdxin li jaħdmu f’dawn in-niċeċ hawn Malta. Il-Gvern investa €4 miljun fil-fibre optic cable tal-aħħar teknoloġija biex jindirizza dan il-gap. B’dan il-cable it-tkabbir ekonomiku li sar hawn Malta fl-industrija “ICT enabled” jista’ jsir ukoll f’Għawdex. Il-Gvern jemmen fis-sħiħ li l-potenzjal ekonomiku f’Għawdex jista’ jkompli jikber b’investimenti sostanzjali f dawn l ahhar snin fid-digital hub, b’estenzjonijiet fix-Xewkija u fuq kollox bl-iskola ta’ Barts f’Għawdex. Il-cable ser jagħti spinta akbar biex aktar proġetti fl informatica digitali jiġu allokati f’Għawdex biex b’hekk joffru impjiegi ta’ kwalita’. Minn meta tqiegħed il-cable, ¿ewġ kumpaniji barranin investew f'Għawdex. Dawn għandhom il-potenzjal li jimpjegaw madwar 20 ruħ bejniethom. Ovvjament id-deċi¿joni li jinvestu Għawdex ma tkunx marbuta biss mal-cable imma mal-pakkett kollu li toffri din il-gzira. Barra minn hekk l-opportunita' li joffri l-fibre optic cable tista' tkun importanti ħafna biex tkompli titwettaq l-iskema li tattira lejn Malta id-Digital Nomads.

Għawdex — Għasri - esproprjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18292 u 20041 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17795, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Ċentrali għamilx esproprjazzjonijiet fil-lokalità tal-Għasri Għawdex, preċiżament fiż-żona ta' Triq il-Ġdida u Triq il-Qadima li kopji tal-pjanti għalihom qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji, possibbilment anke billi jpoġġi pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

It-Tieni Fibre optic Cable

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'użu sar sal-jum li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari mit-tieni fibre-optic cable li tqiegħed bejn Malta u Għawdex? Jista' jispjega x'arranġamenti saru mal-kumpanniji tat-telekomunikazzjoni biex dawn jagħmlu użu mill-cable? Jista' jindika wkoll il-ħlas mitlub biex ikun jista' jsir użu mill-cable?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li It-tliet kumpaniji tat-telekomunikazzjoni Maltin jiġifieri Epic, Go u Melita kollha huma connected mal-fibre optic cable u qed jagħtu servizz lill-klijenti tagħhom ġewwa Għawdex permezz ta' dan il-cable wkoll. It-tliet kumpaniji għandhom kuntratti identiċi mal-kumpanija Gozo Fibre Optic Cable Ltd u t-tlieta li huma jħallsu l-istess rata għal dan is-servizz. Peress li dan huwa arranġament kummerċjali, ir-rata kemm tħallas kull kumpanija ma' tistax tingħata. Pero' l-ebda parti mill-ispejjez tal-proġett ma intefat fuq il-konsumatur Għawdxi.

Skemi ta’ vouchers ta’ €100 – valur użat

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kemm kien il-valur użat mill-iskemi tal-vouchers ta’ €100 għal kull ċittadin ta’ ’l fuq minn 16-il sena, li ħareġ il-Ministeru tiegħu biex jassisti n-negozji jirkupraw mill-pandemija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Malta Business Registry – għaqdiet volontarji — multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx għaqdiet volontarji li weħlu multi mill-Malta Business Registry? Jekk iva, jista' jgħid kemm kienu jammontaw dawn il-multi u kemm minn dawn tħallsu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kien hemm 89 assocjazzjoni u 18-il fondazzjoni li weħlu multa mill-MBR. Fil-każ ta’ assocjazzjonijiet, l-ammont impost kien ta’ €11,122, li minnhom tħallsu €6,722. Fil-każ ta’ fondazzjonijiet, l-ammont impost kien €1,900, li minnhom tħallsu €600.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22175, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Investiment, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22473.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21945 u 21041 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista maqsuma sena b’sena għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni. Filwaqt dawk l-entitajiet li mhux imsemijja fil-lista ma kellhom l-ebda’ nefqa ta flus fuq public relations jew komunikazzjoni.

Marsaskala – Awtorità tal-Artijiet — applikazzjoni għall-iżvilupp – kopja tal-clearance jew no objection

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22146 nissokta nistaqsi sabiex jipprovdi kopja tal-clearance/no objection li juri biċ-ċar id-data tal-istess clearance/no objection mogħtija kif ukoll l-isem ta' min ta din il-clearance/no objection?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jireferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 22146.

Marina ta’ Marsaskala — investituri

Question

Ladarba għalaq il-pre qualification questionnaire, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-investituri li wrew interess fil-Marina ta’ Marsaskala u fuq liema bażi se jiġu magħżula għal shortlist?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Kumpanija – taħriġ u assistenza lill-anzjani fl-użu ta’ xiri b’mod elettroniku

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21960, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex b’mod effettiv jiġu faċilment ikkomunikati lill-anzjani dawn is-servizzi li toffri l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Hemm il-ħsieb li jiġu forniti servizzi ta’ oħra lill-anzjani fil-futur qarib? Jekk iva jista’ jipprovdi elenku tal-istess?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda negozju jew ftehim f’isem il Ministeru jew dipartimenti li jaqaw tahtu, ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers .

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm safra wahda fuq xoghol tal Gvern waqt 2021 li kienet f’Dubai, Il-Ministru gie kkumpanjiat min rappreżentant tal-Awtorità Maltija għall-Inovazzjioni Diġitali. L-ispiża totali kienet ta’ €2,950 u tħallset minn fondi nazzjonali.