Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Koperattivi – Kontijiet – Sena 2024 u 2025

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 401 u jgħid kemm-il koperattiva preżentat il-kontijiet tagħha għas-sena 2024 u kemm-il koperattiva preżentat il-kontijiet tagħha għas-sena 2025?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninform lil Onor. Interpellant illi 59-il koperattiva ssottomettew il-kontijiet taggħom għas-sena 2024 u 16-il koperattiva ssottomettew il-kontijiet taggħom għas-sena 2025.

Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lil Onor. Interpelleant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nu. 682.

Koperattivi – Kontijiet – Sena 2024 u 2025

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il koperattiva preżentat il-kontijiet tagħha għas-sena 2024 u kemm-il koperattiva preżentat il-kontijiet tagħha għas-sena 2025?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Koperattivi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il koperattiva ġdida twaqqfet fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul din is-sena (2026), il- Bord tal-Koperattivi approva r-reġistrazzjoni ta’ żewg (2) koperattivi ġodda. Nota Y-Coop – 23 ta’ Frar 2026 Unity Point Coop – 25 ta’ Mejju 2026