Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – għajnuna lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni għadha qedt tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – għajnuna lil Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni għadha qedt tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi ma ngħataw l-ebda flus għal dan l-iskop.
Ċittadini Maltin u Barranin li ħarġu jew daħlu fil-pajjiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ċittadini Maltin u kemm ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, ħarġu minn pajjiżna u kemm minnhom għamlu użu mill-Ajruport Internazzjonali tul ix-xahar ta’ Mejju 2020? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni daħlu f’pajjiżna fl-istess perjodu maqsuma ċittadini Maltin u ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, fl-istess żmien?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ghadha qedt tingabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Open Data - datasets
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-Amministrazzjoni Pubblika hemm numru ta’ datasets li l-Amministrazzjoni tipprovdi u tippubblika permezz ta’ diversi siti u portali tal-internet.
Fl-2019 ġie mniedi Portal Nazzjonali tad-Data li se jservi bħala post ċentrali minn fejn wieħed ikun jista’ jaċċessa din it-tip ta’ data.
Għadu kif tlesta wkoll abbozz ta’ avvi¿ legali li se jkun ippubblikat taħt il-Kap 546. Dan se jpoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li l-ewwelnett jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati u jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva, jitpoġġew fuq il-portal u siti oħrajn.
Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati full-time f'kull fabbrika u garaxx industrijali u x'tip ta' xogħlijiet jagħmlu dawn l-istess fabbriki u garaxxijiet industrijali li kienu qed joperaw fil-Qasam Industrijali fix-Xewkija f'Għawdex matul l-aħħar sitt snin, u dan għal kull sena separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. l-informazzjoni għadha qed tingabar.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14086, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kuntratti li ġew iffirmati waqt iż-żjara kummerċjali fil-Ghana u jista’ jindika mil-liema entitajiet pubbliċi u governattivi kienu l-erba’ uffiċjali għolja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet pubbliċi u governattivi li żaru l-Ghana, apparti TradeMalta, kienu l-Malta Enterprise, l-MCAST, il-Malta Medicines Authority u l-Universita ta Malta. F'din iż-żjara kienu ffirmati ħames ‘memorandum of understanding’ bejn entitajiet pubbliċi u governattivi u privati.
Persuni li naqsulhom is-sigħat ta' ħidma minħabba COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15273 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema li naqsilhom in-numru ta’ sigħat li jaħdmu fil-ġimgħa, tul il-perjodu tal-COVID-19, mis-7 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom kienu full-time u kemm kienu part-time?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Malta Enterprise – kumpaniji li ngħataw Letter of Intent
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14676 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14311, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet approvata u jagħti l-ismijiet ta’ dawk li huma pubbliċi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi n-numru ta’ progetti li ġew approvati huwa ta 24. Il-kumpaniji li l-ismijiet tagħhom huma pubbliċi huma Aurora; Aphria; Alvit; Alta Flora; Materia; MERA; Canapar; MPXI; Emmac Lifesciences; ZenPharm u MGC
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14898 u 14342 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 14905 u jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Malta Enterprise — Wage suppliment għal chefs f'supermarkets
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14683 u 15396 u u jgħid għaliex chefs f'supermarkets mhux intitolati għal wage supplement mill-Malta Enterprise bħalma huma intitolati chefs f'restoranti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi l-wage supplement ġiet mniehdija biex jiġu megħjuna dawk in-negozji li l-aktar ġew milquta bl-imxija tal-Covid 19. Supermarkets huwa settur li domanda żdietet meta fil-fatt ristoranti kienu magħluqin bil-legal notice maħruġa mill-Gvern.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15274, 15029, 14770 u 14451 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13754, jista’ l-Ministru jgħid kull direct order indikata fit-tabella, lil min ingħataw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor.Interpellant l-informazzjoni ser tinghata fis-seduta li jmiss
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — tħawwil ta' siġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu minn Jannar 2020 s'issa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. li, bħala Ministeru, inħeġġu li kemm jista’ jkun possibbli kull żvilupp li jsir jonkorpora fih miżuri li huma meqjusin bħala Green. Filfatt l-MIP s’issa ħawlet dawn l-ammont ta’ siġar kif indikat hawn taħt:
MIP Attard Industrial Estate
150
MIP Hal Far Industrial Estate
10
MIP San Gwann Industrial Estate
24
MIP Luqa Industrial Estate
8
MIP Ta' Qali Crafts Village
1062
MIP Xewkija Industrial Estate
9
MIP Bormla Wied Blandun (CSR)
200
MIP Mriehel Garden - Gnien il- Haddiem (CBD)
48
Tista’ l-Ministru tgħid ma’ min qegħdin il-ħaddiema li jaħdmu fil-ground handling mal-Air Malta jew mal-AAS? Tista’ tgħid jekk din il-kumpanija hijiex awtonoma?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lilll-Onorevoli l-informazzjoni għadha qed tingabar.
COVID-19 – pagamenti lill-kumpaniji li kienu bit-3 u l-4 day week
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15469 u jgħid meta beħsibhom jibdew joħorġu l-pagamenti mwiegħda bħala għajnuna lill-kumpaniji li minħabba l-imxija tal-COVID-19 kellhom imorru għall-4 u 3 Day week? Jista’ jgħid jekk il-kuntratt li l-istess kumpaniji għandhom u jiskadilhom is-Sibt, 13 ta’ Ġunju ġiex imġedded?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lilll-Onorevoli l-informazzjoni għadha qedt tingabar.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huwa s-sit identifikat u d-daqs, għall-fabbrika li l-Malta Industrial Parks (MIP) tinsab fil-proċess li talloka lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-kumpanija nkwistjoni ressqet applikazzjoni formali u kien aċċertat li tikkwalifika, din kienet allokata spazju ta' ċirka 8000 metru kwadru fiz-Zona Industrijali tal-Marsa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14675 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14306, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-azzjonisti ta’ Malta Air Travel Ltd?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ser tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett tat-Taxiway Lima u jgħid meta huma ppjanati li joħorġu t-tenders għal dan il-proġett, fejn huwa maħsub li jiġu ppubblikati dawn it-tenders u kemm hu stmat li ser jiswa dan il-proġett?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett inkwistjoni jinkludi xogħol infrastrutturali estensiv fuq l-aċċess bil-għan li l-aċċess ikun adekwat għal ajruplani klassfikati sa Code E bil-possibilita’ li fil-futur ikun modifikat bl-inqas intervent possibli għal ajruplani sa Code F.
It-Tender relatat mas-servizzi professonali ta’ disinn, Supervizjoni u Immaniġjar tal-Proġett, kien ippublikat bin-numru ta’ referenza CT 2349/2019 u eventwalment aġġudikat. Dan filwaqt li t-tender fuq ix-xogħol qiegħed jiġi finalizzat u jkun ippublikat wara li jsiru l-verifiki neċessarji mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
COVID-19 – pagamenti lill-kumpaniji li kienu bit-3 u l-4 day week
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta beħsibhom jibdew joħorġu l-pagamenti mwiegħda bħala għajnuna lill-kumpaniji li minħabba l-imxija tal-COVID-19 kellhom imorru għall-4 u 3 Day week? Jista’ jgħid jekk il-kuntratt li l-istess kumpaniji għandhom u jiskadilhom is-Sibt, 13 ta’ Ġunju ġiex imġedded?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.