Legislature:
Category:
Reset
Active:

AIMS - Vjaġġi minn uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34937 u jgħid kemm-il vjaġġ sar minn uffiċjali varji tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) minn meta twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika kemm kienet in-nefqa u min kienu l-uffiċjali li attendew?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li mil-2022 s’issa saru 49 vjaġġ u n-nefqa totali kienet ta’ €66,578.94.

Ix-Xewkija - Skola tal-Arti - Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33716 u jgħid kemm kienu l-istudenti li attendew korsijiet fl-Iskola tal-Arti fix-Xewkija matul is-sena skolastika 2023-2024 u 2024-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa n-numru tal-istudenti li bdew korsijiet fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Sena Skolastika 2023-24: 1,099 student Sena Skolastika 2024-25: 1,069 student Sena Skolastika 2025-26: 1,206 student

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33946, 34260, 34644 u 34885 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439 dwar l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva, fejn intqal li “l-evalwazzjoni għadha għaddejja”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-istess rapport issa li għaddew tmien xhur oħra minn meta ngħatat it-tweġiba? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi u liema partijiet mir-rapport fil-fatt iddaħħlu fis-seħħ minn meta tlesta? Jekk le, x’qed iżomm ir-rapport milli jiġi konkluż u kemm hi n-nefqa li tirriżulta biex jitwettaq dak li hu meħtieġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-evalwazzjoni għadha għaddejja.

Proċessi ta’ akkreditazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iwassal biex ikun hemm daqshekk dewmien għall-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ programmi? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm talbiet pendenti u kull applikazzjoni kemm ilha pendenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-MFHEA hija kommessa li tkompli tindirizza l-proċessi ta’ akkreditazzjoni b’effiċjenza filwaqt li kemm huwa possibbli, il-proċessi jitħaffu. Fir-rigward tal- Edukazzjoni Avvanzata (Further Education), preżentement hemm ħdax (11) il-applikazzjoni pendent, li ġew sottomessi mit-12 ta’ Marzu 2026, l’ hawn. Hemm ukoll żewġ (2) programmi li huma pendenti minn Novembru 2025 minħabba dokumentazzjoni nieqsa. Hemm ukoll tlett (3) applikazzjonijiet pendent minn Awwissu 2025, minħabba li għadha ma nstabitx persuna bil-kwalifika meħtieġa biex tgħallem il-lingwa Torka. Rigward l-Edukazzjoni Ogħla (Higher Education), hemm tmintax (18) il-talba pendenti li ġew sottomessi minn Frar 2026 l’hawn.

MFHEA - Komunikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Komunikazzjonijiet maħruġa mill-uffiċjali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) qed jinħarġu bla firma tal-uffiċjal mittenti? Jista’ jgħid ukoll x’wassal biex tinħareġ il-Komunikazzjoni Nru 10/2025, dwar il-lingwa li tintuża fit-tfassil tal-korsijiet applikabbli għall-akkreditazzjoni, li evidentement il-kontenut tagħha jidher li jmur kontra l-prinċipji mħaddna kemm mill-MFHEA, kemm mill-Unjoni Ewropea, u xejn anqas mill-ispirtu tal-Kostituzzjoni ta’ Malta dwar l-Ilsien Malti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34163, 34618 u 34837 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Professjoni tas-social work - Nefqa għall-promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33841 u jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni biex issir promozzjoni tal-professjoni tas-social work fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji matul l-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-promozzjoni ta' karrieri varji huma disponibbli għall-istudent permezz tal-pjattaforma IChoose , li tipprovdi gwida dwar suġġetti ta’ studju u karrieri possibbli.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33839 u jgħid jekk iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work hijiex marbuta ma’ xi kundizzjoni biex l-istudenti jaħdmu fis-settur pubbliku wara li jlestu d-degree tas-social work?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Donazzjoni lid-Dipartiment tal-Anatomija - Studji xjentifiċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33825, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li taw ġisimhom lid-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università ta’ Malta sabiex jintuża għal skopijiet ta’ riċerka u studju wara mewthom, kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kollha kienu residenti f’Malta.

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26296.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji - Arretrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33837 u jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata bl-arretrati minn Ottubru li għadda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33835 u jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata lill-istudenti kollha, jew jekk hemmx xi kundizzjonijiet marbuta ma’ din iż-żieda, per eżempju, il-post fejn jagħmlu l-placement?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33833 u ċjoè: B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti fil-kors tas-social work, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm biss il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-ebda waħda mill-entitatjiet oħra pubbliċi jew mhux governattivi li wkoll jimpjegaw social workers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kors ta' Veterinarju – Studenti li jmorru jistudjaw f’pajjiżi oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student beda l-Kors ta' Veterinarju barra minn Malta fl-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors imsemmi beda jingħata f’Malta f’Novembru tal-2024 u b’hekk l-istudenti m’għadx għandhom il-ħtieġa li jibdew il-korsijiet barra minn Malta.

L-Imġarr - Skola Primarja - Estensjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34847 dwar xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, fejn ġie mwieġeb li “bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.”, jista’ l-Ministru jipprovdi iktar dettalji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx xi nżid mat-tweġiba li diġa ngħatat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34154, 34305 u 34681 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul April 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba moħtija għall-mistoqsija parlamentari w423.

Andorra - Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar - AIMS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li attendew għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm minnhom li kienu akkumpanjati mill-konjugi tagħhom u jekk sarux xi spejjeż relatati ma’ dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.