Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies impjegati fi skali maniġerjali fl-amministrazzjoni ta’ l-MCAST? Tista' tiddistingwixxi bejn il-gradi maniġerjali differenti? Tista' tgħid x’inhu is-salarju li qed jirċievi kull manager li timpjega l-MCAST? Liema managers/gradi ta' managers jingħataw xi tip ta' benefiċċju? X’tip u kemm jammontaw dawn il-benefiċċji? Meta bdew jirċievu dawn il-benefiċċji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-M.C.A.S.T. hemm 7 persuni impjegati fis-skali maniġerjali li huma kif gej:
Grad Maniġerjali
Salarju fis-Sena (€)
Travelling Allowance (€)
Telephone Allowance (€)
Communications Manager
23,992.55
Nil
Nil
Human Resources Manager
23,992.55
Nil
Nil
Administration Manager
23,060.80
Nil
Nil
I.T. Manager
22,129.08
Nil
Nil
Estates Manager
22,129.05
Nil
Nil
Precincts Manager
20,824.56
3,500.00 (mill-2008)
838.56 (mill- 2002)
Health & Safety Manager
18,495.24
Nil
Nil
Junior Lyceum — Eżamijiet tal-Istudji Soċjali u tar-Reliġjon
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni dwar jekk l-eżamijiet tal-Istudji Soċjali u tar-Reliġjon humiex se jsiru għad-dħul fil-Junior Lyceum fis-sena skolastika 2009-2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ġie deciż li l-eżami tal-Istudji Soċjali għad-dħul fil-Junior Lyceum għas-sena skolastika 2010-2011 mhux ser isir.
Ser isiru l-eżamijiet tal-Malti, Ingliż, Matematika u Reliġjon bejn it-3 u s-6 ta’ Mejju 2010.
Kulleġġ San Benedittu — suġġett ta' career guidance
Question
Tista' l-Ministru tgħid f’liema klassi/jiet fil-Kulleġġ San Benedittu tneħħa l-Personal and Social Development u ddaħħal minfloku l-career guidance? Kif ittieħdet din id-deċizjoni? Ma’ min saret konsultazzjoni? X’inhu l-kontenut tas-suġġett il-ġdid? Tista’ tqiegħed deskrizzjoni tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Taħseb li suġġett hekk hu ristrett wisq ħdejn il-ħiliet u l-formazzjoni li għandhom bżonn l-istudenti u li s’issa setgħu jieħdu permezz tal-PSD?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Personal and Social Development ma tneħħa mill-ebda klassi ta’ l-ebda skola tal-Kulleġġ San Benedittu. Li sar huwa, li fl-Iskola Sekondarja tas-Subien f’Ħal Kirkop, il-klassijiet tal-ħames sena u fil-Foundation Class tar-raba’ sena dan is-suġġett issaħħah billi żdieditlu sezzjoni dwar il-Career Education.
Kien ilu żmien twil jinħass il-bżonn li l-istudenti jisipiċċaw il-ħames sena b’orjentament, għodod u ħiliet speċifiċi li jwassluhom jiddeċiedu aħjar dwar il-futur tagħhom fl-istudju u fid-dinja tax-xogħol.
Konxji ta’ dan il-bżonn, it-tmexxija tal-iskola, flimkien mal-għalliema tal-
Guidance and Counselling
, li huma wkoll għalliema tal-
Personal and Social Development
, u mal-
Counsellor
tal-Kulleġġ, roqmu s-sillabu biex inkorporaw miegħu dan il-bżonn ta’ C
areer Education
. Il-kontenut mirqum, permezz tal-prinċipal tal-Kulleġġ, ingħata lid-Diretturi Ġenerali għall-kummenti u l-approvazzjoni tagħhom.
Il-manjera kif il-
Personal and Social Development
jinkludi fih sezzjoni dwar il-
Career Education
, jkompli jsaħħaħ il-kisba ta’ ħiliet li l-istudenti jakkwistaw waqt li jsegwu l-programm ta’ lezzjonijiet tal-
Personal and Social Development
.
Kopja tal-kontenut mirqum u approvat qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta’ l-evalwazzjoni li kellha ssir fuq l-esperjenza tal-Kulleġġ San Benedittu u li ilha li ġiet imwiegħda li kellha ssir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta jgħaddi l-ewwel ċiklu sħiħ ta’ klassjiet li bdew fis-sistema l-ġdida tal-kulleġġi, jiġifieri mill-Form 1 sal-Form 5, imbagħad wieħed jista’ jibda jirrevedi din l-istess esperjenza.
It-tfal li bdew din is-sistema l-ġdida fil-kulleġġ din is-sena qegħdin l-aħħar sena taċ-ċiklu sekondarju.
La dawn ilestu din is-sena, d-Direttorati jkunu jistgħu jibdew evalwazzjoni introduttorja.
Digitization Strategy and Framework for the National Library of Malta
Question
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett Digitization Strategy and Framework for the National Library of Malta? Għaliex inħass il-bżonn li biex tmexxih tinġieb persuna minn Heritage Malta? Kif intagħżlet din il-persuna? Kemm se titħallas din il-persuna? Se tagħmel ix-xogħol tagħha għal-Librerija Nazzjonali waqt ix-xogħol li suppost tagħmel għal Heritage Malta? Għaliex biex tinġieb din il-persuna twarrbet persuna kapaċi u b’ħila f’dan il-qasam u li digà taħdem mal-Librerija Nazzjonali? X’se jkun is-sehem tal-impjegati tal-Librerija Nazzjonali f’dan il-proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett Digitization Strategy and Framework for the National Library of Malta wasal fil-fażi ta’ ħruġ għal sejħiet ta’ offerti għal provvista ta’ software u hardware neċessarji għal proġett.
Kontra għal dak indikat mill-Onorevoli Interpellant, il-proġett huwa mmexxi minn uffiċċjal għoli fi ħdan l-istess Dipartiment tal-Libreriji. Il-persuna li ġejja minn
Heritage Malta
u li għaliha qiegħed jagħmel referenza l-Onorevoli Bartolo ġiet ingaġġata fuq dan il-proġett bħala
IT / Digitisation Specialist
wara li d-Dipartiment tal-Libreriji ħareġ żewġ sejħiet pubbliċi għas-servizz ta’
IT / Digitisation Specialist
u li għalihom ma applika ħadd. Dawn iż-żewġ sejħiet pubbliċi kienu datati 30 ta’ Marzu 2009 u 22 ta’ Mejju 2009. Mentri l-ewwel sejħa għall-offerti dehret fuq il-Gazzetta tal-Gvern, it-tieni sejħa għall-offerti deheret kemm fuq il-Gażżetta tal-Gvern kif ukoll fuq il-gazzetti lokali kollha tal-Ħadd 31 ta’ Mejju 2009. Wara li ġiet evalwata s-sitwazzjoni minn uffiċċjali fi ħdan il-Ministeru, mid-Dipartiment tal-Libreriji u mid-Direttorat Planning and Priorities (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ġie deċiż li jiġi avviċinat il-Kap Eżekuttiv ta’
Heritage Malta
minħabba l-fatt li bħala Aġenzija kienu diġa għamlu proġetti simili fil-passat. Fil-fatt wara diskussjonijiet ma’ l-Aġenzija ġiet identifikata persuna li kellha l-kwalifiċi u l-esperjenza meħtieġa biex tagħmel dan ix-xogħol.
Għaldaqstant, bi qbil bejn il-Ministeru, id-Dipartiment tal-Libreriji u d-Direttorat Planning and Priorities (PPCD), b’konsultazzjoni mal-
Management and Personnel Office
(MPO) saret ittra formali fejn intalbet l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal
direct order
, liema approvazzjoni ingħatat fid-29 ta’ Lulju 2009. Il-valur totali tal-kuntratt hu ta’ EUR 17,000 li jitħallsu fuq medda ta’ sebgħa u għoxrin (27) xahar. L-uffiċċjal għandu l-awtorizzazzjoni mill-Kap Eżekuttiv ta’
Heritage Malta
datata 18 t’ Awissu 2009 sabiex jahdem skond il-kundizzjonijijet speċifikati fil-kuntratt hekk kif indikati fiż-żewġ sejħiet pubbliċi.
Infurmata wkoll li kontra għal dak li qiegħed jiġi allegat mill-Onorevoli Bartolo, ma hemm l-ebda uffiċċjal li jaħdem fi ħdan id-Dipartiment tal-Libreriji li għandu l-kwalifiċi jew l-esperjenza meħtieġa sabiex jissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-sejħa għall-offerti.
B’referenza għall-aħħar domanda ta’ l-Onorevoli Interpellant, l-impjegati tad-Dipartiment ser ikunu nvoluti fix-xogħol relatat mal- proċess ta’
digitisation
li ser ikun hemm bżonn isir, kif ukoll ser ikunu mħarrġa fl-użu tas-
software
u l-
hardware
neċessarji sabiex titħaddem is-sistema.
Università ta' Malta — Fakultà tal-Inġinerija - Electromagnetic Theory u Instrumentation and Measurements - lectures
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-istudenti li qed isegwu l-kors f’għadd ta’ snin differenti fil-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta se jitħallew bla lectures fl-Electromagnetic Theory u fl-Instrumentation and Measurement? X’qed isir u x’se jsir biex jiġu rimedjati dawn in-nuqqasijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Universita’ ta’ Malta għandha nuqqas ta’ riżorsi umani fil-qasam konċernat u ippubblikat sejħa għal għalliema part-time fil-ħin. Però, is-sejħa ma ġietx milqugħa fil-qasam konċernat u għalhekk is-suġġetti kellhom jiġu ikkanċellati.
Fil-bidu tas-sena skolastika, l-istudenti gew offruti suġġetti oħra u b’hekk qegħdin jingħataw it-tagħlim kollu li għandhom bżonn għall-programm ta’ studji konċernati fl-inġinerija.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 10219 u tgħid kemm-il skola matul Ottubru 2008 sa Mejju 2009 organizzat outings? Fejn ħadu lil dawn it-tfal skola, skola? Il-ħarġa kienet kulturali, edukattiva, sportiva jew xi ħaġa oħra? Kemm ħallas kull student u studenta għal kull ħarġa li l-iskola tagħha organizzat u kemm toħroġ flus l-iskola għal kull ħarġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċentru tal-Kreattività l-Kavallier ta' San Ġakbu — parti li għaddiet għand it-terza persuna
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-pussess ta' parti miċ-Ċentru tal-Kreattività tal-Kavallier ta' San Ġakbu għadda f'idejn terzi persuni? Għalfejn it-tmexxija taċ-Ċentru tal-Kreattività ħasset li għandha tagħmel dan? Liema parti taċ-Ċentru għaddiet f'idejn terzi? Min huma t-terzi persuni? Saret xi offerta jew tender? Kien hemm shortlistings sa ma eventwalment ġiet identifikata t-terza persuna? Ġie ffirmat xi tip ta' kuntratt mat-terza persuna? X'inhuma l-obbligi u d-drittijiet (1) taċ-Ċentru tal-Kreattività u (2) tat-terz naxxenti minn dan l-kuntratt? Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra dan il-kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċentru tal-Kreattività l-Kavallier ta' San Ġakbu — kumpaniji teatrali jew artistiċi li tellgħu produzzjoni
Question
Tista' l-Ministru tindika fl-aħħar sena liema kienu l-kumpaniji teatrali jew artistiċi jew ta' xorta oħra (inkluż żfin eċċ.) li tellgħu xi tip ta' produzzjoni fiċ-Ċentru tal-Kreattività tal-Kavallier ta' San Ġakbu? F'kull każ, f'liema ġranet dawn għamlu r-rehearsals tagħhom matul l-aħħar sena? F'kull każ kemm ħallsu dawn il-kumpaniji teatrali/artistiċi jew ta' xorta oħra (a) għas-servizz kollu offrut mill-Kavallier ta' San Ġakbu (b) għar-rehearsals biss matul l-aħħar sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skejjel tal-Gvern — studenti li wettqu vjolenza jew offiżi ta' natura sesswali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' studenti li jattendu kwalunkwe skola tal-Gvern fis-sistema ta' skola obbligatorja (sa 16-il sena) li fil-bini tal-istess skola fil-konfront ta' studenti oħra wettqu:
a) vjolenza
grevious bodily harm
?
b) offiżi ta' natura sesswali fl-aħħar sena?
X'kien l-eżitu tal-proċess ġudizzjarju f'kull każ? Kemm kienet l-età tan-nies involuti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn Jannar 2009 sal-4 ta’ Diċembru 2009, is-settur tal-Anti-Bullying fi ħdan is-Safe School Prgrammes ma rċieva l-ebda referral b’ċertifikat mediku li jgħid li kien hemm vjolenza grevious bodily harm.
Minn Jannar 2009 sal-4 ta’ Diċembru 2009 iċ-
Child Safety Services
irċieva numru ta’
referrals
fuq 12 il-student illi allegatament wettqu offiżi ta natura sesswali fuq 14 il-student ieħor, fil-bini tal-iskola. Peress li mhux ix-xogħol taċ-‘
Child Safety Services
’ li jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet, il-
Unit
m’għandux informazzjoni fuq kemm minn dawn l-allegazzjonijiet kienu fundati jew le, jekk ittieħdux passi legali u x’kien l-eżitu tal-proċess ġudizzjarju.
Dawn huma l-etajiet tal- istudenti illi allegatament wettqu offiża ta' natura sesswali fil-bini tal-iskola kif ukoll tal-allegati vittmi.
Perpetrators
Vittmi
Età
Numru
Età
Numru
15 yrs
3
14 yrs
6
14 yrs
1
13 yrs
3
13 yrs
2
12 yrs
1
12 yrs
1
11 yrs
1
10 yrs
2
8 yrs
1
9 yrs
1
7 yrs
1
7 yrs
2
4 yrs
1
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-inċentivi, jekk hemm, li l-Gvern sal-lum qiegħed joffri lid-djar tal-pubblikazzjonijiet tal-kotba bil-Malti biex is-settur jiġi inċentivat? Kemm kienu l-pubblikazzjonijiet li gawdew minn dawn il-benefiċċji, jekk kien hemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Diġa kien hemm inċentiv zgħir lid-djar tal-pubblikazzjonijiet ta’ kotba bil-Malti fis-sens li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li jingħata €20,500 mill-Gvern għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb kien jiddedika madwar 25% ta’ dawn il-flus f’xiri ta’ kotba ta’ pubblikaturi Maltin jew ta’ awturi/pubblikaturi Maltin.
Fil-baġit ta’ din is-sena tħabbru żewġ inizjattivi oħra li għandhom jgħinu l-pubblikaturi Maltin.
L-ewwel inċentiv hu dak f’forma ta’ benefiċċju fiskali għal spejjeż kwalifikanti biex kittieba Maltin li jkunu eliġibbli (skont regoli li se jitfasslu) isibuha aktar faċli li jippubblikaw ix-xogħolijiet letterarji tagħhom.
Fil-baġit tħabbar ukoll li l-Gvern se jalloka s-somma ta’ €100,000 għax-xiri ta’ kotba ġodda għal-Librerija Pubblika u l-Minsteru ta direzzjoni li fix-xiri ta’ dawn il-kotba għandha tingħata preferenza għal pubblikazzjonijiet Maltin.
Barra minn dan, iċ-Ċentru tal-Kreattività Kavallier San Ġakbu kull meta jkun se jitnieda xi ktieb ta’ awtur Malti, joffri s-swali tiegħu bi prezz sussidjat. Barra minn dan, l-istess Ċentru bħalissa qed jorganizza sensiela ta’ intervisti pubbliċi, mingħajr ħlas, ma’ awturi Maltin.
Settur tal-Edukazzjoni Terzjarja — protezzjoni liċ-ċittadini Maltin
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13283, taf il-Ministru li fil-fatt li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki mhu joffri l-ebda protezzjoni liċ-ċittadini Maltin. Niġbed l-attenzjoni għall-każijiet li qajjem l-Onor. Evarist Bartolo dwar diversi każijiet ta’ ċittadini Maltin li ġew ingannati minn istituzzjoni partikolari bil-barka ta’ Ministeru tagħha stess. Tista’ l-Ministru telenka x’passi ttieħdu mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki fir-rigward ta’ l-istess istituzzjoni dik li hi l-MBA tal-European University rapprezentata mill-EIE? Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk iċ-Ċentru Malti għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki huwiex jinvestiga l-validità ta’ l-MBA ta’ l-IUKB li huma rappreżentati mill-EIE? Jekk fl-affermattiv, x’kienet ir-risposta mill-Kunsill Malti għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-Ċentru Malti għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki qiegħed kontinwament joffri protezzjoni liċ-ċittadini Maltin billi jagħti informazzjoni dwar kwalifiki tant li d-domanda għal din l-informazzjoni fl-2009 qabżet il-5,000 mill-2,500 tas-sena l-oħra.
Iċ-Ċentru Malti għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki diġa ta evalwazzjoni dwar il-kwalifika msemmija mill-Onor. Interpellant. Peress li dan iċ-Ċentru reġa ġie mistoqsi jagħmel evalwazzjoni oħra ta’ l-istess kwalifika, din l-evalwazzjoni għadha qed tiġi iffinalizzata.
Il-kwalifiki li l-EIE (
European Institute of Education
) qed joffri permezz ta’ L-IUKB (Institut Universitaire Kurt Bosch, Sion) huma rikonoxxuti mill-Gvern Svizzeru.
Tista' l-Ministru tara għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irċeviet stipendju inqas mis-soltu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
La darba studenta tal-Università tikkwalifika biex tieħu stipendju, dan ma jitnaqqasx.
Madankollu, jista’ jkun li jekk din l-istudenta tikkwalifika għall-għotja supplimentari, huwa dan il-ħlas li għadha ma rċevitx peress li l-għotja supplimentari titħallas fl-aħħar ta’ Jannar, b’lura minn Ottubru ta’ qabel jew minn liema data jkun approva l-Bord.
Kulleġġ Santa Margerita Junior Lyceum — Free lessons
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kellhom free lessons mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum l-istudenti I fil-Junior Lyceum Kulleġġ Santa Margerita? Tista' taqsamhom separatament skond is-suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid liema dokument jew policy għandu d-Dipartiment tal-Edukazzjoni bħala linji gwida għat-tgħalim tal-Malti għall-years 1 u 2 ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għat-tagħlim tal-Malti għall-ewwel u għat-tieni sena tal-Primarja, hemm is-Sillabu tal-Malti (2006) u n-National Policy and Strategy for the Attainment of Core Competences in Primary Education (2009).
Dipartiment tal-Edukazzjoni — kotba bil-malti pubblikati
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-kotba bil-Malti pubblikati jew maħruġa mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li l-għalliema huma mistennija li jużaw fl-iskejjel tagħna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li ħadu scholarship din is-sena taħt l-iskema MGSS? Min huma? Xi flus ngħataw u jekk impjegati taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni hux se jingħataw is-salarju waqt li jkunu qed jistudjaw barra? Tista' tgħid jekk fost dawk li ngħataw scholarship hemmx min se jżomm is-salarju tiegħu mal-gvern jew minn fondi pubbliċi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-lista ta’ dawk li ħadu l-borża ta’ studju qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfajliet u ġuvintur li qed jattendu xi kors fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, filgħodu u filgħaxija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi hemm 479 student/a li qed jattendu kors full-time. Minn dawn 281 huma tas-sess maskili filwaqt li 198 huma tas-sess femminili. Dawn ma jinkludux 94 student/a - 56 ġuvintur u 38 xebbiet - li jinsabu fit-tielet sena tal-kors u għaldaqstant jinsabu barra minn Malta.
L-istudenti li jattentu kors
full-time
jattendu kemm filgħodu, wara nofsinhar kif ukoll filgħaxija skont it-
time-table
rispettiva.
Madwar 600 student/a jattendu xi kors
part-time
fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi. Il-maġġoranza tal-korsijiet
part-time
isiru matul il-ġimgħa fil-għaxija jew inkella s-Sibt filgħodu.