Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3037.

Pannelli solari

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1614 dwar pannelli solari installati fuq entitajiet kulturali, mużewijiet u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni b'mod separat għal kull binja u jgħid ukoll meta saret l-installazzjoni għal kull waħda?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pannelli solari huma installati hekk kif ġej: Entita/mużew/binja Daqs tal-installazzjoni Data tal-installazzjoni kWhr (sa Ġunju 2026) Fortress Builders 118 pannella 2012 291,829 kWh Ġgantija 20 pannella 2015 79,831 kWh MUŻA 682 pannella 2018 117,108 kWh Il-Katakombi ta’ San Pawl 30 pannella 2018 69,516 kWh Valletta Design Cluster 36 pannella 2022 1911.47 KWh

L.S. 350.14 – PBS – Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1121 u 1620 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 18 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tinghata f'seduta ohra.

Birżebbuġa - Konkos fi trejqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlitx investigazzjoni dwar konkos li sar fi trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu, fil-limiti ta’ Birżebbuġa? Jekk iva, jista’ jgħid x’kien ir-riżultat u/jew x’azzjoni ttieħdet u/jew ser tittieħed?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Għar ta’ Calypso – Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Għar ta’ Calypso fix-Xagħra, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux xi xogħlijiet biex l-għar jiġi ppreservat u jekk iva, jindika x-xogħol li sar s’issa kif ukoll x’tip ta’ xogħlijiet huma maħsuba biex dan ma jkomplix jiġġarraf?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda konsulenza mogħtija f’dan ir-rigward.

Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2026?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għal-Kultura, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2026?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għal-Kultura, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

PBS - Impjegati li għandhom rwol mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati tal-PBS, kif ukoll preżentaturi jew produtturi ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti mxandra fuq il-PBS, li fl-istess waqt jokkupaw xi kariga jew rwol mal-Gvern, ma’ Ministeru jew Segretarjat Parlamentari, jew ma’ xi bord, kumitat, entità jew aġenzija tal-Gvern, inkluż bħala persons of trust, konsulenti jew advisors?  Jekk iva, jista’ jagħti lista ta’ dawn il-persuni, l-irwol tagħhom mal-PBS jew fil-programm rispettiv, u r-rwol jew il-kariga l-oħra li għandhom mal-Gvern jew ma’ entità pubblika?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

L.S. 350.14 - PBS - Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1122 u 1621 u jgħid min fil-PBS hu responsabbli li jinforza u/jew li jiġu infurzati sezzjonijiet 18 u 19 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

PBS - Bulettini tal-aħbarijiet - Sound on tape

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Gvern fil-bulettini tal-aħbarijiet tal-PBS u kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Oppożizzjoni f’Ġunju 2026, Lulju 2026, Awwissu 2026 u Settembru 2026?  Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-politiċi u f’liema dati xxandru?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Foss tal-Belt Valletta – Protezzjoni taċ-ċisterni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex jiġu protetti ċ-ċisterni ta’ żmien il-Kavallieri u karatteristiċi storiċi oħra fil-Foss tal-Belt Valletta?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Belt Valletta – Cisterna della Quarantena – Tindif, restawr u użu futur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex iċ-Cisterna della Quarantena fil-Belt Valletta tiġi restawrata bil-għan li terġa’ taqdi l-funzjoni oriġinali tagħha u jekk is-sit huwiex ippjanat li jsir attrazzjoni turistika ladarba jitlesta x-xogħol ta’ tindif u ta’ restawr?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-intervent ippjanat f’dan l-istadju fuq iċ-Cisterna della Quarantena jikkonsisti fir-rikostruzzjoni tal-parti taċ-ċisterna li kkrollat, bil-għan li terġa’ tinkiseb l-integrità strutturali tagħha.

Il-Belt Valletta – Cisterna della Quarantena – Studji arkeoloġiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux studji arkeoloġiċi, storiċi jew tekniċi fuq il-mina u/jew fuq partijiet oħra li ġew skoperti waqt ix-xogħlijiet ta’ skavar fis-sit magħruf bħala Cisterna della Quarantena fil-Belt Valletta? F’każ li l-istudji tlestew, jista’ jqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra u għal kull struttura identifikata jgħid x’kienet il-funzjoni storika tagħha?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ix-Xgħajra – Bieb tal-Fortizza tal-Grazzja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 897, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar il-proċess tar-restawr tal-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja fix-Xgħajra u meta hu mistenni li dan il-bieb jitlesta u jerġa’ jitwaħħal?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ppreparat rapport tal-kundizzjoni ( conditional report) preliminari, kif ukoll restoration method statement. Is-Sovrintendenza qiegħda f’diskussjonijiet rigward il-proċess tar-restawr.

Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru tal-Kultura, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

PBS – Bord Editorjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-Bord Editorjali tal-PBS? Jista’ jgħid ukoll minn meta beda u meta jiskadi t-terminu ta’ kull membru tal-istess bord, u x’inhi r-remunerazzjoni finanzjarja ta’ kull membru?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata fis-seduti li ġejjien.

Valletta Cultural Agency Board – Protokoll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi protokoll li jorbot lill-membri tal-Valletta Cultural Agency Board milli jikkummentaw politikament fuq is-social media?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċeduri u l-obbligi tal-membri tal-bordijiet u l-kumitati tal-Gvern huma stabbiliti fil-Manual for Setting the Categorisation, Classification and Remuneration of Government-Appointed Boards and Committees - July 2026, inkluż il-Kodiċi tal-Etika anness miegħu. Dan ġie rivedut u msaħħaħ fl-aħħar xhur u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 15 tat-22 ta’ Lulju 2026. Il-Manwal ma jipprekludix lill-membri ta’ bordijiet u kumitati milli jikkummentaw u jidħlu f’dibattiti dwar materji politiċi u soċjali, inkluż fuq il-midja soċjali. Fil-fatt il-Gvern ma jaqbilx mal-idea li jpoġġi sarima ma’ ħalq persuni li ġew fdati sabiex jaqdu rwol f’dawn l-organi pubbliċi jew inkella jiddettalhom fuqhiex għandhom jitkellmu.

Valletta Cultural Agency Board – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-Valletta Cultural Agency Board? Jista’ jgħid ukoll: i.    kemm ilha fil-kariga u x’inhi l-kariga li kull persuna attwalment qed isservi; ii.    x’inhi r-remunerazzjoni finanzjarja tagħha; u iii.    abbażi ta’ xiex ġiet magħżula biex isservi?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord tal-Valletta Cultural Agency huwa dak kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern no. 21,467 tal-11 ta’ Lulju 2025, fejn qed inpoġġi Screen shot tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.  Ir-remunerazzjoni annwali ssegwi strettament il-klassifika stabbilita’ fil-Manwal għall-istabbiliment tal-qafas għall-kategorizzazzjoni, il-klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni ta’ bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern, liema kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.