Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Gudja li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 21 familja residenti l-Gudja li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €98,488.89.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Santa Luċija li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 3 familji residenti f’Santa Luċija li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €20,434.48.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Ħal Tarxien li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 55 familja residenti f’Ħal Tarxien li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €255,338.58.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31620, dwar residenzi li fihom qed ikun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid kemm effettivament irċeviet rapporti l-Awtorità tad-Djar matul is-sena 2025?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bejn l-1 ta’ Jannar u l-Ħamis, 30 ta’ Ottubru 2025, l-Awtorità tad-Djar irċeviet wieħed u ħamsin (51) rapport dwar allegat residenzi li fihom qed joqogħdu aktar persuni milli hu permess.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Fgura li bbenefikaw minn sussidji fil-kera u kemm ġie mħallas komplessivament matul is-snin 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 96 familja residenti l-Fgura li bbenefikaw minn sussidji fil-kera b’nefqa ta’ €447,395.76.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet l-Awtorità tad-Djar għall-iskema għall-persuni b’diżabilità matul is-sena 2025, sabiex jagħmlu r-residenza aċċessibbli? Kemm minn dawn ġew approvati u kemm ġew rifjutati jew għadhom pendenti? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew approvati fondi għal din l-iskema matul l-istess sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2025, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 888 applikazzjoni taħt l-iskema għall-persuni b’diżabilità. Minnhom, 307 kienu finalizzati, waqt li 386 applikant ieħor jinsab fil-proċess biex jitlestew ix-xogħlijiet approvati. 16-il applikazzjoni kienet invalida, filwaqt li fadal 179 applikazzjoni pendenti.
Ninformah ukoll li matul is-sena 2025, taħt din l-iskema, l-Awtorità tad-Djar ħallset l-ammont ta’ €5,941,336.50, waqt li s'issa approvat l-ammont ta’ €5,927,603.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u meta, l-Awtorità tad-Djar ser iddaħħal pjattaforma diġitali fejn permezz tagħha l-applikanti għas-servizzi tal-Awtorità jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet online u b’hekk ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-progress tal-applikazzjonijiet tagħhom stess?
Response (GALDES, RODERICK)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-viżjoni strateġika tal-Awtorità tad-Djar hija li l-klijent ikun fiċ-ċentru tas-servizzi tagħha (client-centric approach). Għaldaqstant, il-pjan tan-negozju Business Plan huwa mfassal biex tintroduċi pjattaforma diġitali li ser isservi bħala għodda biex ittejjeb kemm l-operat intern kif ukoll il-viżibilità għall-klijent. Bħalissa, l-Awtorità tinsab fi stadju avvanzat fejn inħareġ il-PMC (Public Market Consultation), li mistenni jingħalaq fil-jiem li ġejjin. Paralleli ma’ dan, diġà bdiet il-ħidma sabiex l-applikazzjonijiet u d-dokumenti, kemm eżistenti kif ukoll futuri, jgħaddu mill-proċess ta’ diġitalizzazzjoni. Wieħed għandu jagħmel ukoll referenza għall-fatt li l-Awtorità tad-Djar diġà għandha pjattaforma diġitalizzata taħt qafas regolatorju, dik li hija l-pjattaforma tal-kirjiet residenzjali privati li jaqgħu taħt Kapitolu 604.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet l-Awtorità tad-Djar għall-iskema għall-persuni b’diżabilità matul is-sena 2024, sabiex tagħmel ir-residenza aċċessibbli? Kemm minn dawn ġew approvati u kemm ġew rifjutati jew għadhom pendenti? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew approvati fondi għal din l-iskema matul l-istess sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2024, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 848 applikazzjoni taħt l-iskema għall-persuni b’diżabilità. Minnhom, Infurmat li minnhom 610 kienu finalizzati, waqt li 158 applikant ieħor jinsab fil-proċess biex jitlestew ix-xogħlijiet approvati. 56 applikazzjoni kienet invalida, filwaqt li fadal 24 applikazzjoni pendenti.
Ninformah ukoll li matul is-sena 2024, taħt din l-iskema, l-Awtorità tad-Djar ħallset l-ammont ta’ €3,986,653, waqt li approvat l-ammont ta’ €6,527,570
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-applikant għall-akkomodazzjoni soċjali jkollu jerġa’ jitfa’ applikazzjoni mill-ġdid kull darba li jibdel l-indirizz ta’ fejn ikun qiegħed jogħqod? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex din il-policy tinbidel u ssir iktar user friendly?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-raġuni prinċipali għaliex applikant għall-akkomodazzjoni soċjali jkollu jerġa’ jitfa’ applikazzjoni kull darba li jibdel l-indirizz hija li l-Awtorità trid tkun infurmata b’kull tibdil, mhux biss fl-indirizz, iżda wkoll fis-sitwazzjoni soċjali tal-applikant. Il-bidla fl-indirizz tista’ tfisser ukoll bidla fil-kundizzjonijiet jew fil-kriterji tal-applikazzjoni, u għalhekk ikun meħtieġ li l-każ jiġi rivedut mill-ġdid sabiex jiġi vverifikat jekk l-applikant għadux jissodisfa l-kriterji meħtieġa.
Barra minn hekk, l-Awtorità teħtieġ indirizz postali validu biex tkun tista’ tikkomunika mal-applikant. Fejn ma jkunx hemm indirizz postali, isiru arranġamenti alternattivi sabiex tiġi żgurata l-komunikazzjoni kontinwa bejn l-Awtorità u l-applikant.
Fir-rigward tal-ħidma biex il-proċessi jsiru aktar sempliċi u faċli “user-friendly”, l-Awtorità diġà bdiet taħdem fuq qafas diġitali, magħruf bħala Digital Document Management System (DMS). Permezz ta’ dan, kull applikazzjoni u dokument li jitwasslu fi ħdan l-Awtorità jiġu diġitalizzati. Dan ifisser li ma jkunx hemm bżonn li jintalbu dokumenti li diġà jkunu ġew ippreżentati u li jistgħu jintużaw għal applikazzjonijiet ġodda. Kif diġà ġie msemmi, l-applikazzjoni hija marbuta mas-sitwazzjoni ħolistika tal-applikant.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30587 u 30588 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u ċjoè: Fid-dawl ta’ ilmenti dwar residenzi li fihom qed ikun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet dwar dawn l-abbużi fil-kera?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li, permezz tal-emendi fil-liġi tal-Kap. 604 li daħlu fis-seħħ fl-ewwel ta’ Settembru, 2024, l-Awtorità tad-Djar tinvestiga kull rapport li jasalha fuq iffullar żejjed pertinenti għal kirjiet fil-privat.
Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli - Espressjonijiet ta’ InteressFondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli - Espressjonijiet ta’ Interess
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31118, peress li l-Ministru ma qalx min huma l-membri tal-kumitat indipendenti li ser jevalwa t-talbiet/espressjonijiet ta’ interess li daħlu, x’miżuri se jkun qed jieħu l-Ministru biex ikun jista’ jserraħ ras iċ-ċittadini li l-għażliet ser ikunu fl-interessi tal-ġid pubbliku?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ evalwazzjoni qed isir b’mod trasparenti u skont il-proċeduri stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-imparzjalità tiegħu. Infakkar li l-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli hija frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Arċidjoċesi ta’ Malta u qed tassigura li l-għażliet isiru fl-interess tal-ġid pubbliku u b’konformità mal-prinċipji ta’ governanza tajba.
Peress li iktar kmieni din is-sena l-art fiż-żona tad-Dib fil-Mosta ġiet akkwistata mill-Awtorità tal-Artijiet u kienet għaddiet lill-Awtorità tad-Djar, u issa r-residenti ta’ din l-akkwata qed jistennew sabiex finalment isiru sidien ta’ djarhom, jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess intern fi ħdan l-Awtorità tad-Djar biex numru ta’ residenti fiż-żona tad-Dib fil-Mosta, ikunu jistgħu jagħmlu l-kuntratt definittiv tal-akkwist tad-dar tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fiż-żona tad-Dib fil-Mosta għaddiet għand l-Awtorità tad-Djar, u issa qiegħda fil-proċess li jsir is-subdiviżjoni tal-art in kwestjoni skont il-‘plots’ rispettivi mid-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet. Malli dan il-proċess jitlesta, jibda l-proċess sabiex jiġu ffirmati l-kuntratti finali.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli - Espressjonijiet ta’ Interess
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30691, jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-kumitat indipendenti li ser jevalwa t-talbiet /espressjonijiet ta’ interess li rċeviet il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proċess jinsab fi stadju ta’ evalwazzjoni u infurmat li sabiex tiġi salvagwardjata l-imparzjalità u l-integrità tal-proċess, ikun aktar xieraq li l-Fondazzjoni, li hija frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Arċidjoċesi ta’ Malta, ma tippubblikax l-ismijiet tal-membri ta’ dan il-kumitat indipendenti.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli - Ħaddiema full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nr 30776.
Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli - Espressjonijiet ta’ Interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet talbiet /espressjonijiet ta’ interess il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli mingħand kumpaniji li wieġbu għall-iskema ta’ akkomodazzjoni affordabbli għall-first time buyers? Jista’ jgħid ukoll jekk l-espressjonijiet ta’ interess li rċeviet humiex ser jiġu evalwati minn bord indipendenti u jekk iva, min huma l-membri ta’ dan il-bord?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, li hija l-frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-Arċidjoċesi ta’ Malta, rċiviet ħdax -il offerta minn seba’ kumpaniji differenti, kif imħabbar mill-istess Fondazzjoni permezz ta’ stqarrija li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif spjegat fl-istess stqarrija, il-proċess issa jgħaddi f’idejn kumitat ta’ evalwazzjoni indipendenti.
Infakkar lill-Onor Interpellant li f’Lulju ta’ din is-sena, il-Fondazzjoni nediet l-inizjattiva ‘Djar Affordabbli’ biex jinbnew mhux anqas minn 260 appartament mifruxin f’erba siti li l-Fondazzjoni kisbet mingħand l-Awtorita tad-Djar fi trasferiment li kiseb l-appoġġ unanimu ta’ din il-Kamra. Dan bl-għan li dawn l-appartamenti jinbiegħu 30% anqas mill-prezz tas-suq għal appartamenti simili fl-istess żoni u jkunu mgħejjuna individwi u koppji li għandhom dħul minn baxx sa’ medju.
Din l-inizjattiva, tifforma parti minn kullana ta’ inizjattivi oħra li fl-aħħar snin ħadna sabiex inkomplu nindirizzaw l-isfidi f’dan is-settur li għal ħafna snin kienu tħallew taħt it-tapit minn amministrazzjoni differenti li hu kien jifforma parti minnha.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm baqa’ fondi f’Malta u Għawdex milquta b’Ordni ta’ Rekwiżizzjoni u jekk hemmx ‘policy’ min-naħa tal-Gvern sabiex anke f’dawn il-każijiet tinħareġ l-apposita Ordni ta’ Rekwiżizzjoni? Jekk hemm raġunijiet speċifiċi, jista’ jgħid għalfejn dawn l-Ordnijiet ta’ Rekwiżizzjoni baqgħu fis-seħħ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għad fadal 120 proprjetà li huma milquta b’Ordni ta’ Rekwiżizzjoni fejn ir-raġuni speċifika għalfejn dawn l-Ordnijiet ta’ Rekwiżizzjoni baqgħu fis-seħħ hija għax mhumiex rikonoxxuti bħala nkwilini mis-sidien u għaldaqstant jiddepożitaw il-kera l-Qorti jew l-Awtorità tad-Djar. Ir-rekwiżizzjoni tiġi rilaxxata hekk kif ikunu milqugħa l-kundizzjonijiet meħtieġa, kif dejjem kienet il-prattika.
Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità tad-Djar kemm assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-snin 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza, min kienu l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ viżitaturi fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2020, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm-il talba rċeviet l-Awtorità tad-Djar minn fuq dan is-sit fis-snin imsemmija?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-ammont ta’ vizitaturi fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2022, 2023, 2024 u 2025.
Il-websajt tipprovdi informazzjoni dwar l-iskemi u l-programmi tal-Awtorità u l-programmi tal-Awtorità, iżda ma tippermettix li jsiru talbiet direttament online.