B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21845, peress li hemm ċertu flat fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn jidher li l-inkwilin għamel tip ta’ swimming pool u saħansitra poġġa washing machine fix-shaft għal inkonvenjenza tan-nies, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex regolati u jistgħux isiru? Jekk le, x’passi se jittieħdu?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mindu twaqqaf dan il-Ministeru fl-2020, ma kien hemm l-ebda spiża kif qed jiġi ssuġġerit.
Periti biex jivvalutaw proprjetajiet bil-kirjiet pre 95
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħatru periti biex jivvalutaw proprjetajiet li huma bil-kirjiet pre 95?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Periti jiġu mqabbda mill-Qorti waqt is-smigħ tal-kawża. Għalhekk l-Awtorità tad-Djar ma qabbdet l-ebda Perit sabiex jagħmel stimi ta' proprjetajiet mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà privata mikrija lill-Gvern fid-dekasteru tiegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qed tikri 799 proprjetà madwar il-pajjiż kollu mingħand terzi persuni. Dawn ir-residenzi qed jintużaw għall-akkomodazzjoni soċjali.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn hemm rapport ta' kundana ta' post fejn dawn qed jitolbu biex il-post jiġi rranġat?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-post imsemmi ma jappartjenix lill-Gvern jew lill-Awtorità tad-Djar. Għaldaqstant l-Awtorità tad-Djar mhux responsabbli biex tirranġah.
Madankollu, l-Awtorità toffri għajnuna finanzjarja permezz ta' diversi skemi għall-irranġar ta' postijiet diment li l-applikant ikun eliġibbli skont il-kundizzjonijiet tal-istess skemi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21786, peress li l-persuna diġà marret darbtejn il-customer care u baqgħet mingħajr tweġiba, jista' l-ministru jara l-każ peress li jidher li hemm xi diżgwid? Jista' jara li jibda jingħata s-sussidju meħtieġ?
Response (GALDES, RODERICK)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba mogħtija għall-PQ21786.
B’referenza għall-mistoqisja parlamentari 21555 jista' l-Ministru jgħid jekk is-Social Impact Assessment isirx darba biss, jew jekk il-persuni kkonċernati, jibqgħux isegwu l-kazijiet li hemm fil-lista ta' stennija, b' mod regolari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tagħmel eżerċizzju biex l-applikanti kollha fuq il-lista jkollhom social assessment. F’każ fejn l-applikant/a jinforma l-Awtorità li kien hemm tibdil fis-sitwazzjoni li tista' taffetwa s-sitwazzjoni relatata mat-talba għall-akkomodazzjoni, jerġa jsir assesjar.
Fi kwalunkwe każ, isir assessjar finali qabel ma l-applikant jiġi allokat proprjetà.
Peress li hemm ċertu flat fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn jidher li l inkwilin għamel tip ta’ swimming pool u saħansitra poġġa washing machine fix-shaft għal inkonvenjenza tan-nies, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex regolati u jistgħux isiru? Jekk le, x’passi se jittieħdu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar spezzjonat il-blokk imsemmi u sabet li hemm possibilita’ ta’ xi rregolaritajiet fiż-żona tal-parkeġġ ta’ din il-blokka li ma jippartjenux lill-Awtorità tad-Djar imma lill-Awtorità tal-Artijiet.
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddilna d-dettalji tal-
flat
li qed jirreferi għalih sabiex inkunu nistgħu nikkonfermaw li qed nirreferu għall-istess appartament.
Jista’ l-Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jidher li hemm xi diżgwid? Jista’ jara li jibda jingħata s-sussidju meħtieġ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jirriżulta li d-dħul totali tal-persuna msemmija jeċċedi l-ammont stipulat fl-iskema.
Ikun aħjar li din il-persuna tagħmel appuntament mal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex tiġi murija eżatt kif ġie ikkalkulat id-dħul tagħha.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma tat u l-anqas ma ġiet mitluba tħallas għal xi servizzi lill-kumpanija msemmija.
Applikazzjonijiet għal Housing Soċjali – lista ta’ stennija
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21164, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-lista ta’ stennija ta’ applikazzjonijiet għal housing soċjali fl-aħħar tal-2012 u fl-aħħar tal-2020? Jista’ jgħid ukoll, b’mod separat, jekk żdidux l-applikazzjonijiet fuq il-lista għal akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2013, il-lista ta’ stennija li wiret dan il-Gvern kienet ta’ 2910 persuna.
Grazzi għall-ħidma li mbarkajna fuqha u d-diversi skemi li nidejna bħal tal-
equity sharing
, is-self soċjali u t-tisħiħ tal-benefiċċju tal-kera fost oħrajn, illum il-ġurnata il-lista ta’ stennija tinsab fl-inqas livell li qatt kienet u hemm 1,900 persuna.
Fgura – appartamenti li bbenefikaw mill-iskema tal-Programm ta’ Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2015)
Question
B’referenza għall-iskema taħt il-Programm ta’ Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2015), jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra liema appartamenti fil-Fgura minn dan mill-2019 sal-lum? Jista’ jinforma wkoll liema huma previsti li jsiru tul dawn is-sentejn? Jista’ wkoll jinforma jekk fuq dan il-Kunsill Lokali ġiex ikkonsultat?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2019 il-Kunsill Lokali tal-Fgura bbenefika minn żewġ blokok taħt l-iskema tal-Manutenzjoni tal-Komun fil-binjiet tal-Gvern.
Il-blokok kienu s-segwenti:
BLK B1, TRIQ MARTIN LUTHER KING, FGURA
BLK C1, TRIQ IL-GOJJIN, FGURA
Ix-xogħol fi Blk C1, Triq il-Ġojjin huwa ffinalizzat filqwaqt li ta’ Blk B1, Triq Martin Luther King wasal fi stat avvanzat.
Din l-iskema tinħadem flimkien mal-Kunsill Lokali, fejn huwa l-Kunsill Lokali li jidentifika liema blokka jkun jixtieq li tipparteċipa fit-tali sena skond in-numru ta’ blokok li jkunu ġew allokati lilu mill-Awtorita’ tad-Djar. Matul is-sena 2020 l-Kunsill Lokali tal-Fgura ġie allokat 3 blokok oħra sabiex jipparteċipaw ukoll f’din l-iskema. Il-proċess tal-għażla għadu għaddej.
Raħal il-Ġdid – appartamenti li bbenefikaw mill-iskema tal-Programm ta’ Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2015)
Question
B'referenza għall-iskema taħt il-Programm ta' Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2025), jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra liema appartamenti f'Raħal Ġdid ibbenefikaw minn dan mill-2019 sal-lum? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra liema huma previsti li jsiru tul dawn is-sentejn? Jista’ wkoll jinforma jekk fuq dan il-Kunsill Lokali ġiex kkonsultat?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2019 il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid ibbenefika minn sitt blokok taħt l-iskema tal-Manutenzjoni tal-Komun fil-binjiet tal-Gvern.
Il-blokok kienu s-segwenti:
75 A & B, TRIQ TAL-BORG, PAOLA
103 A & B, TRIQ TAL-BORG, PAOLA
123 A & B, TRIQ TAL-BORG, PAOLA
UNIT 3, BLK C, TRIQ SANTA MONIKA, PAOLA
60 A & B, TRIQ SAN GUZEPP, POALA
27/28, TRIQ JOSEPH STIVALA, POALA
Ix-Xogħol f’Unit 3, Blk C, Triq Santa Monika beda u diġa sar l-ewwel pagament fuq ix-xogħol li sar, fil-kumplament tal-blokok l-oħra ix-xogħlijiet għadhom fi stadju inizjali.
Din l-iskema tinħadem flimkien mal-Kunsill Lokali, fejn huwa l-Kunsill Lokali li jidentifika liema blokka jkun jixtieq li tipparteċipa fit-tali sena skond in-numru ta’ blokok li jkunu ġew allokati lilu mill-Awtorità tad-Djar. Matul is-sena 2020 l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid ġie allokat 5 blokok oħra sabiex jipparteċipaw ukoll f’din l-iskema:
Blk A, Unit 3, Triq it-Tempji Neolitici, Paola
112 A & B, Triq San Guzepp, Paola
Blk H, Unit 3, Triq Santa Monika, Paola
Blk I, Unit 3, Triq Santa Monika, Paola
90 A & B, Triq is-Sorijiet, Paola
Dawn il-blokok qegħdin fil-proċess li jiffirmaw il-kuntratti. Din is-sena 2021 ġew allokati 8 blokok oħra lill-Kunsill ta’ Raħal Ġdid liema proċess għadu fl-stadju inizjali tiegħu.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza Ministerjali tat-tip Alfa Romeo Giulia tinkera għal €29.10 (VAT eskluża) kull ġurnata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir manutenzjoni fuq il-binjiet fl-Imtarfa li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ Binja Qlejja u Binja Santa Luċija hemm talbiet simili għal dawk li saru fir-rigward ta’ Binja Buqana fl-istess lokalità. Wieħed għandu jinnota pero li f’Binja Buqana kien ġie kkummissjonat studju li twettaq minn ditta internazzjonali tal-inġinerija fejn instab li kien intuża konkrit ta’ saħħa inferjuri bil-konsegwenza li 80 familja kienu fi stat ta’ periklu minħabba dan id-difett strutturali grossolan fil-proġett.
B’differenza għas-sitwazzjoni f’Binja Buqana, il-problema f’dawn il-binjiet (
ossia
Binja Qlejja u Binja Santa Luċija) tista’ tissolva b’manutenzjoni u mhux b’tiswija strutturali. Il-Gvern m’għandu l-ebda obbligu legali li jagħmel dawn ix-xogħlijiet hu peress li dawn id-djar illum huma privati u l-Gvern m’għad għandu l-ebda titlu fuqhom.
Fil-każ ta’ Binja Buqana, il-Gvern iddeċieda li jintervjeni biss mingħajr preġudizzju. U dan minħabba l-periklu serju u l-fatt li r-residenti ma setgħux finanzjarjament iġorru din l-ispiża waħedhom. L-ispiża ta’ €3 miljuni li kellu jaffaċja dan il-Gvern hu ċertifikat ieħor tal-inkompetenza u n-negliġenza fil-proġetti kapitali u infrastrutturali mibnija taħt l-amministrazzjoni ta’ dak iż-żmien.